Legislature:
Category:
Reset
Active:

Omiċidji

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li in-numru ta’ każi ta' omiċidju li seħħew mis-sena 2004 sal-10 ta’ Frar 2025 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ka ż ijiet ta’ Omiċidji – 2004 sa 10 ta’ Frar 2025 Numru ta’ ka ż i Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2008 7 4 3 2009 4 3 1 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 2 2 0 2024 5 5 0

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Credit/Debit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kuntratt ta’ impieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-kuntratt ta' ingaġġ tal-ħaddiema fi ħdan is-Segretarjat tal-Ministeru huwa skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa Ħaż-Żabbar kien hemm erba’ mija u sittax (416) il-reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom mija u tnejn (102) kienu każi ta’ serq, u erba’ (4) każi ta’ attentat ta’ serq.

Bormla – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Bormla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa Bormla kien hemm mitejn u każ (201) ta’ reati irrapurtati mal-pulizija, li minnhom wieħed u sittin (61) kienu kazi ta’ serq, u ħames (5) każi ta’ attentat ta’ serq.

Il-Kalkara – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Kalkara u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa l-Kalkara kien hemm tlieta u tmenin (83) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom tnejn u tletin (32) kienu każi ta’ serq, u każ (1) ta’ attentat ta’ serq.

L-Isla – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Isla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 ġewwa l-Isla kien hemm tlieta u erbgħin (43) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom ħdax (11) kienu każi ta’ serq.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi konsulenza/i mal-Ministeru tiegħu jew ma’ entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u x’inhuma l-kundizzjonijiet u l-ħlas tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.

Għawdex — Reati relatati ma’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24805 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid x’inhu n-numru ta’ reati li seħħew ġewwa Għawdex li kienu relatati ma’ traffikar ta’ droga, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Birkirkara — Għassa tal-Pulizija - Tipjip ta' marijuana - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal l-Għassa ta' Birkirkara dwar allegat tipjip ta' marijuana fil-madwar tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk saru, jista' jgħid kemm saru rapporti fl-aħħar 12-il xahar u jekk ittieħdux passi mill-Pulizija tal-Għassa jew mod ieħor? Jekk ittieħdu l-passi, jista' jgħid x'kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm rapport wieħed reġistrat fil-lokalità ta' Birkirkara fejn mill-investigazzjonijiet irriżulta li l-persuni kienu minuri.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Lista ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: a. f’positions of trust; b. persons of trust; u ċ. taċ-ċivil?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24405 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Santa Luċija (Malta) – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Santa Luċija (Malta) u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Santa Luċija (Malta) kien hemm erbgħa u tmenin (84) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom wieħed u għoxrin (21) kienu każi ta’ serq, u każ wieħed (1) ta’ attentat ta’ serq.

Ħal Tarxien – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 f’Ħal Tarxien kien hemm mija u tlieta u disgħin (193) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom sebgħa u erbgħin (47) kienu każi ta’ serq, u ħames (5) każi ta’ attentat ta’ serq.

Il-Birgu – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2024 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 fil-Birgu kien hemm sitta u sebgħin (76) reat irrapurtat mal-pulizija, li minnhom sitta u għoxrin (26) kienu każi ta’ serq, u żewġ (2) każi ta’ attentat ta’ serq.

Direttiva NIS 2

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22885, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal issa x-xogħol fir-rigward tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea numru 2022/255 (id-Direttiva msejħa NIS 2) li kellha tiġi adottata minn kull pajjiż membru tal-UE (inkluż Malta) sas-17 ta’ Ottubru 2024, u li sal-lum għadha ma ġietx implimentata tramite l-liġi domestika kif meħtieġ? Jista’ jgħid ukoll jekk Malta ġietx avżata li ser jittieħdu passi mill-UE minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni fiż-żmien approprjat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-każ ta’ pajjiżna x-xogħol relatat mat-traspożizzjoni tad-direttiva jinsab għaddej b’ritmu tajjeb fejn saru anke l-konsultazzjonijiet meħtieġa li kienu jeħtieġu l-ħin tagħhom. Ukoll, infurmat li fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra 23 stat membru inkluż Malta.

LESA — Bord tal-Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat ta’ dan il-Bord u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-membri tal-bord huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.