Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-persuni li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari servew jew qegħdin iservu bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija rċevew l-ittra tal-ħatra tagħhom bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll id-data ta' meta kull wieħed mill-istess persuni ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija ittri tal-ħatra kif ukoll tal-ġuramenti tal-ħatra tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fis-sena 2019 skontaw is-sentenza ta' priġunerija tagħhom u konsegwentament ġew rilaxxati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li fis-sena 2019 skontaw is-sentenza ta' priġunerija tagħhom u konsegwentement ġew rilaxxati kien jammonta għal 384.
Priġunier li nżamm taħt kustodja wara li kien skonta s-sentenza
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xahar ta' Jannar 2020, kien hemm priġunier li ġie rilaxxat wara li ġie skopert li din il-persuna kienet ilha li skontat is-sentenza tagħha u minkejja dan baqgħet tinżamm taħt kustodja? Jista' l-Ministru jgħid meta kienet skontata s-sentenza u meta effettivament seħħ ir-rilaxx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtoritajiet tal-Ħabs infurmawni li l-ebda priġunier ma baqa’ mi¿mum taħt il-kustodja ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li kien notifikat b’deċiżjoni tal-Qorti li kienu jitolbu li priġunier ma jibqax jinżamm fil-faċilità.
Priġunier li ġie rilaxxat qabel ma skonta s-sentenza
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xahar ta' Jannar 2020 ġiet rrilaxxata bi żball persuna li kienet għadha ma skontatx is-sentenza ta' priġunerija tagħha? Jista' jgħid meta sar dan ir-rilaxx u kemm suppost kien għad baqa' żmien sabiex ikun skada t-terminu ta' priġunerija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-verifiki neċessarji, it-tmexxija tal-ħabs infurmatni li l-ebda priġunier ma ġie rrilaxxat qabel ma skonta t-terminu tas-sentenza tiegħu. Kull priġunier li ġie rrilaxxat matul ix-xahar ta’ Jannar sar hekk kif hemm skedat fl-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Kap 516 Art 20 sa 25. Jekk hemm xi informazzjoni ulterjuri li tista’ tgħin biex jiġi indikat dak li hemm fil-mistoqsija nitlob li tingħatalna biex isiru l-verifiki neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ serq xahar b'xahar minn Jannar 2019 sal-lum f'dawn il-lokalitajiet Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa, separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serqiet rapportati lill-Pulizija kull xahar minn Jannar tas-sena 2019 sat-28 ta Jannar 2020, fil-lokalitajiet elenkati mill-Onorevoli Interpellant, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Lokalità
2019
2020
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Ġunju
Lulju
Aww
Sett.
Ott.
Nov.
Diċ.
Total
Jan
sat-28th
Marsaskala
3
13
25
8
14
15
14
10
29
11
7
7
156
10
Marsaxlokk
5
2
14
10
7
8
8
1
8
6
9
3
81
3
Ħal Għaxaq
1
3
3
4
2
0
1
5
4
2
0
2
27
0
Żejtun
0
1
1
0
0
0
0
0
1
0
0
0
3
0
Birżebbuġa
17
20
9
6
16
28
23
16
8
8
6
9
166
4
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' serq f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi waqt illi l-figuri għall-Jannar 2020 għadhom qed jinġabru, bejn Jannar u Dicembru 2019 kien hemm wieħed u għoxrin (21) persuna li tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' serq fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant. Dawn tressqu fix-xhur u lokalitajiet kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Sena 2019
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Ġunju
Lulju
Aww
Set
Ott
Nov
Diċ
Total
Marsaskala
1
-
-
-
1
-
-
-
2
2
-
-
6
Marsaxlokk
-
-
-
-
-
-
-
1
1
-
-
-
2
Ħal Għaxaq
-
-
-
1
-
-
-
-
-
-
-
-
1
Żejtun
-
-
2
1
-
-
1
2
1
-
-
-
7
Birżebbuġa
1
-
-
-
-
1
-
-
-
3
-
-
5
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' droga f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li waqt li l-figuri għal Jannar 2020 għadhom qed jinġabru, bejn Jannar u Diċembru 2019 kien hemm sebgħa u għoxrin persuna (27) li tressqu quddiem il-Qorti jew it-Tribunal mill-pulizija fuq każi ta' drogi fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant. Dawn tressqu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena 2019
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Ġunju
Lulju
Aww
Sett
Ott
Nov
Dic
Total
Marsaskala
Tribunal
1
-
-
-
-
2
2
-
-
2
-
-
7
Qorti
-
1
-
-
-
-
-
1
-
-
-
-
2
Marsaxlokk
Tribunal
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Qorti
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Ħal Għaxaq
Tribunal
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Qorti
-
1
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
1
Żejtun
Tribunal
-
1
-
-
-
1
-
-
-
-
-
-
2
Qorti
-
1
2
-
-
3
-
-
-
1
-
-
7
Birżebbuġa
Tribunal
-
-
-
-
-
1
1
-
-
1
-
-
3
Qorti
-
3
1
-
-
1
-
-
-
-
-
-
5
Persuni mressqa l-Qorti fuq każijiet ta’ ġlied u vjolenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' ġlied u vjolenza domestika f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li minn verifiki li saru manwalment jirriżulta li l-persuni li tressqu l-Qorti mill-pulizija fuq każi ta' ġlied u vjolenza domestika, fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Interpellant xahar b’xahar bejn Jannar u Diċembru 2019 kienu kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. Il-figuri ta’Jannar 2020 għadhom qed jiġu miġbura.
Persuni mressqa l-Qorti fuq ġlied
Sena 2019
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Ġunju
Lulju
Aww
Set
Ott
Nov
Diċ
Total
Marsaskala
10
-
4
3
-
1
28
5
nil
8
11
6
76
Marsaxlokk
-
-
-
-
3
3
3
-
3
1
1
-
14
Ħal Għaxaq
-
2
1
2
3
9
-
2
5
-
-
-
24
Żejtun
2
2
3
-
5
5
7
2
3
10
8
2
49
Birżebbuġa
1
-
2
2
1
1
6
4
2
3
5
1
28
Persuni mressqa l-Qorti fuq vjolenza Domestika
Sena 2019
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Ġunju
Lulju
Aww
Set
Ott
Nov
Diċ
Total
Marsaskala
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Marsaxlokk
-
-
-
-
-
-
-
-
-
1
-
-
1
Ħal Għaxaq
-
-
2
1
3
-
-
-
-
-
-
2
8
Żejtun
-
3
-
3
1
1
2
1
3
2
2
1
19
Birżebbuġa
-
-
2
2
-
2
-
-
4
1
1
1
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri barranin f’dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom, wara li skontaw is-sentenza tagħhom, ġew deportati lejn pajjiżhom?’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ priġunieri barranin li daħlu l-ħabs kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb li jingħad li ż-żieda fl-2019 kienet in parti kkaġunata minn 128 immigrant li ntbagħtu l-ħabs wara rvellijiet li għamlu fiċ-ċentri f’diversi okkażjonijiet.
Sena
Ammont
2015
236
2016
248
2017
265
2018
282
2019
531
Mit-tagħrif kif jinżamm mill-awtoritajiet, fl-istess perjodu, l-ammont ta’ priġunieri barranin li ġew irreferuti lill-Pulizija kull sena mill-awtoritajiet tal-ħabs u ġew ‘ripatrijati’ wara li skontaw is-sentenza, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dawn però mhux neċessarjament daħlu l-ħabs f’dik is-sena li ġew riferuti:
Sena
Ammont
2015
27
2016
21
2017
31
2018
54
2019
34
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ delitti reġistrati fl-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm rapporti ta’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti li seħħew u ġew reġistrati mal-Pulizija għal-lokalità ta’ Santa Luċija fis-sena 2019 kien ta’ sitta u sittin (66) każ. Minn dawn ħmistax (15) kienu każijiet ta’ serq.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipediea page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12401, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun mgħarraf illi kemm jiena, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat fil-kariga uffiċjali tagħna, qatt ma ltqajna mal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx intitolat għall-performance bonuses fil-perjodu li kien jokkupa l-kariga bħala Kummissarju tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk dan il-performance bonus effettivament ingħatx lilu u meta ngħata lilu? Kemm kien l-ammont imħallas?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-ex Kummissarju Lawrence Cutajar kien intitolat għal performance bonus kif indikat hawn taħt. L-assessment għas-sena 2019 għad irid jinħadem.
Perijodu
Performance Bonus Mħallas
Data ta’ Pagament tal-Performance Bonus
1
st
August 2016-31 December 2016
2002.95
May-17
1
st
January 2017-31
st
December2017
4876.08
Mar-18
1
st
January 2018-31
st
December 2018
5582.52
Mar-19
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed joffri lill-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid kif saret il-ħatra u l-ingaġġ ta’ dan l-individwu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relatat għal din il-ħatra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi s-servizzi li qed joffri lill-Korp tal-Pulizija l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jinkludu servizzi relatati ma’ relazzjonijiet mal-Media, fosthom informazzjoni dwar delitti jew inċidenti gravi, rilaxx ta’ informazzjoni jew risposti għall-mistoqsijiet mill-media, proċessor ta’ talbiet ta’ Dritt għar-Risposta u xogħol ieħor relatat ma’ din is-sezzjoni. Dan l-individwu ġie sekondat minn mal-PBS u għalhekk ma hemmx kuntratt relatat għal din il-ħatra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ priġunieri li huma assenjati xogħol fil-Faċilità Korrettiva? X’tip ta’ xogħol iwettqu u kemm jingħataw flus għax-xogħol li jwettqu għal kull siegħa li jaħdmu? X’qiegħed isir mill-awtoritajiet sabiex il-priġunieri kollha jkollhom opportunità li jkollhom xogħol fil-Faċilità Korrettiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fil-Faċilità ta’ Kordin hemm 272 priġunier li jaħdmu ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Mnn dawn 235 jaħdmu bħala purtelliera (tindif) ġewwa d-diviżjonijiet rispettivi tagħhom. Imbagħad hemm 37 priġunier li għandhom is-snajja’ li dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħal żebgħa, xogħol ta’ bini, xogħol ta’ gypsum, xogħol tal-ħadid, xogħol tal-ħjata, xogħol fil-mess tal-uffiċjali, fil-forn tal-ħobż li hemm fil-ħabs, fil-kċina tal-ħabs kif ukoll fl-istores. Il-priġunieri jaħdmu b’sistema ta’ rotazzjoni bil-għan li l-ħinijiet jinqasmu bejn aktar persuni. Kull xaħar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiddedika mal-€10,000 għal dan il-għan. Min-naħa tal-awtorità tal-ħabs qed issir ħidma biex iktar priġunieri jkunu jistgħu jaħdmu anke barra l-ħabs. Infatti hemm 22 priġunier jaħdmu bħala parti mill-prison industry ma’ kumpaniji privati.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' studju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja u pjanti ta' dawn l-istudji biex issir it-tkabbir tal-helipad tal-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi l-istudju msemmi għadu għaddej u għadu ma tlestiex. Dan minħabba proġetti oħra militari meqjusa iktar ta’ prijorità mill-imsemmi proġett u l-FAM bħalissa qed taħdem fuqhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ delitti reġistrati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm rapporti ta’ serq fl-istess lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
‘Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti li seħħew u ġew reġistrati mal-Pulizija għal-lokalità ta’ Raħal Ġdid fis-sena 2019 kien ta’ tliet mija u erbgħa u disgħin (394) każ. Minn dawn mija u wieħed u sittin (161) kienu każijiet ta’ serq.’
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ delitti reġistrati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm rapporti ta’ serq fl-istess lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti li seħħew u ġew reġistrati mal-Pulizija għal-lokalità ta’ Ħal Tarxien fis-sena 2019 kien ta’ mija u tnejn u ħamsin (152) każ. Minn dawn tlieta u erbgħin (43) kienu każijiet ta’ serq.’