Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – każi ta’ money laundering relatati ma’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' money laundering marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru mill-Pulizija, il-każijiet ta' ħasil ta’ flus marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt; Sena Kazijiet ta’ ħasil ta’ flus relatati ma droga 2013 0 2014 1 2015 2 2016 3 2017 4 2018 8 2019 5 2020 7 2021 13 2022 14

Korp tal-Pulizija – Ingaġġ ta’ rekluti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Pulizija ġodda wara s-sejħa li saret għar-rekluti ġodda u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Lulju 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi mis-sejħa li saret għar-rekluti ġodda u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Lulju 2022, bħalissa hemm tnejn u erbgħin (42) rekluta li qed jattendu t-taħriġ relatat mal-istess reklutaġġ fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinat.

Aġenzija LESA – Uffiċjali tal-Komunità – body cams

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li l-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens) jiġu fornuti b’body cams fuq l-istess mudell ta’ kif jaħdmu l-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-aġenzija LESA qed taħdem fuq introduzzjoni ta' bodycams għall-uffiċjali tagħha.

Aġenzija LESA – Uffiċjali tal-Komunità – uniformijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li l-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens) jiġu fornuti b’uniformijiet ġodda aktar komdi u prattiċi biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom aħjar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-aġenzija LESA qed taħdem fuq dan u bħalissa qed isir market research.

Korpi Dixxiplinati — Persuni li taw il-25 sena servizz - pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5384 u jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li, kontra l-premessa żbaljata tiegħu, kemm il-membri tal-Korp tal-Pulizija u anke dawk tal-Forzi Armati ta’ Malta minn dejjem jieħdu l-pensjoni sħiħa wara 25 sena servizz, skont ir-regoli rispettivi. Minbarra hekk, uffiċjali (gwardjani) tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bdew igawdu minn pensjoni sħiħa sa mill-1999, b’emenda seba’ snin wara fl-2016, waqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bdew jingħataw l-istess trattament minn Marzu tal-2015. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħah il-penzjoni tas-servizz billi jimplimenta dak li wieghed fil-manifest elettorali.

Pulizija – Ostaklu ta’ vettura waqt li jkun għaddej xogħol f’dar privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jinforza permessi li jkunu ġew imħallsin sabiex iħallu parkeġġ vojt biex isir xogħol, ngħidu aħna, f’xi dar privata f’każ li l-karozza tibqa’ ma titneħħiex? Peress li dawn il-permessi joħorġu mill-Kunsilli Lokali, fuq min jista’ jdur il-Kunsill jew inkella l-individwu konċernat biex il-karozza titneħħa jew għall-inqas iċemplu ħalli jneħħi l-karozza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar dak li ġie mistoqsi mill-Onor. Interpellant, it-tneħħija ta’ vetturi tista' ssir minn dawk l-awtoritajiet imsemmija bir-Regolament 3 tal-Liġi Sussidjarja 65.13 kemm-il darba jkun hemm permess maħruġ u mwaħħal skont il-liġi. Infurmat li kien hemm sentenza tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva dwar dawn il-permessi.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – taħriġ lill-ħaddiema dwar terremoti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jew dipartimenti oħrajn li jaqgħu taħtu ġewx imħarrġa dwar terremoti ta’ skala mdaqqsa li jistgħu jolqtu lil pajjiżna? Jekk iva, x’taħriġ ingħata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Protezzjoni Ċivili ilha titħarreġ għal diversi snin fuq taħriġ intensiv fuq terremoti u tsunami, kif indikat hawn taħt: · Eżerċizzju ma THW (Germanja) 2010 · Eżerċizzju Twist 2013 · Eżerċizzju Simit 2015 · Eżerċizzju Simit Tharsy 2022 · Eżerċizzju ma UK ISAR 2016 · Eżerċizzju PACES 2019 · Dawn minbarra diversi e¿erċizzji zgħar oħra fejn ipparteċipajna b’osservaturi, jew oħrajn li saru lokali mid-DPĊ sabiex jiġu mħarrġa teams lokali.

San Ġiljan – każijiet ta’ bodily harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa San Ġiljan, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irrapportati għal-lokalita ta’ San Ġiljan bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella, prinċipalment minħabba r-restrizzjonijiet imposti f’dak il-perjodu, fejn il-kongregazzjoni ta’ nies fil-lokalita kienet naqset drastikament. Fil-fatt l-ammonti bdew jiżdiedu fis-sena 2022 meta r-restrizzjonijiet bdew jonqsu u eventwalment tneħħew. Ukoll, juri kif matul l-aħħar snin ir-rapporti ta' bodily harm f'San Ġiljan naqsu. Sena Rapporti ta’ Bodily Harm 2000 173 2001 143 2002 140 2003 158 2004 186 2005 158 2006 154 2007 194 2008 179 2009 177 2010 181 2011 267 2012 212 2013 184 2014 216 2015 144 2016 131 2017 109 2018 106 2019 135 2020 67 2021 67 2022 97

Belt, Valletta – każijiet ta’ bodily harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa l-Belt Valletta, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irraportati għal lokalità tal-Belt Valletta bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, jidhru fit-tabella hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett, iżda mhux daqstant visibbli, fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella. Ir-restrizzjonijiet imposti waqt il-pandemija u tnaqqis ta’ moviment ta’ nies fil-lokalità f’dak il-perjodu, ftit għamlu effett meta mqabbla l-ammonti ta’ dawn il-każijiet. Sena Rapporti ta’ Bodily Harm 2000 7 2001 6 2002 7 2003 9 2004 20 2005 15 2006 36 2007 38 2008 26 2009 31 2010 41 2011 44 2012 36 2013 25 2014 26 2015 46 2016 36 2017 32 2018 31 2019 26 2020 29 2021 26 2022 35

Pulizija – ċitazzjonijiet fuq speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet mill-enforcement officers ta’ Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-enforcement officers ta' Transport Malta (TM), sena b'sena mill-2020 sal-lum? Kemm ġew kontestati u kemm minnhom revokati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ċitazzjonijiet mill-pulizija tat-traffic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija tat-traffic, sena b'sena mill-2020 sal-lum? Kemm ġew kontestati u kemm minnhom revokati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-dettalji dwar in-numru ta’ taħrikiet ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija, sena b'sena mill-bidu tas-sena 2020 sal-aħħar tas-sena 2022, skont is-sistema elettronika sal-ewwel ta’ Frar 2023, jinstabu fit-tabella riprodotta hawn taħt: Contraventions issued by Police between 1st Jan 2020 and 31st Dec 2022 split by Year of Issue showing the total contraventions - status as at 1st Feb 2023 2020 2021 2022 Total Issued 42,910 87,637 79,107 Contested (via Petitions) 3,199 7,610 6,844 Petitions Accepted 1,110 3,523 2,667 Petitions Not Accepted 2,017 3,981 3,703 Accepted Partially 70 105 60 Pending Decision 2 1 414 Contested (At Tribunal) 3488 5,340 2,795 Not Guilty 3,063 4,489 2,205 Confrimed (Guilty) 425 851 590

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 8 - health and wellness

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 8) kien li ser jinbeda proċess ta' ‘health and wellness’ biex kull membru fil-Korp ikollu s-sapport rigward issues ta’ ‘mental health’, u b’hekk ikollna Korp b’saħħtu kemm fiżikament kif ukoll mentalment, jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq dan? Kif qed jingħata dan is-suppost sapport?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3992.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 9 - kwalifiki u entry criteria

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025,fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 9) kien li fil-Malta Police Force (MPF) ser jibda proċess divers biex jitjiebu l-kwalifiki u "entry criteria" biex wieħed jidħol jaħdem fil-Korp u li l-għan huwa biex il-Korp ikollu nies li huma kompetenti u saħansitra accountable fid-diversi setturi fi ħdan il-MPF, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proċess divers ta’ ‘entry requirements’ bediex u jekk iva, f’liema gradi tad-dħul? U jekk kellu jsir hekk, allura għaliex fl-aħħar sejħa għar-rekluti ġodda tnaqqsu l-kwalifiki meħtieġa biex tapplika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3993.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 9 - proċess ta' career paths

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 9) kien li ser jinbeda proċess ta’ "career path" biex kull membru fil-Korp ikollu opportunità indaqs biex jiġi promoss u anke jmur ġo diversi units biex isaħħaħ l-abbiltà tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid x’sar eżattament u b’mod konkret biex dan l-oġġettiv jintlaħaq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3994.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 9 - supervisors

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 9) kien li ser tinħoloq sistema fejn il-livell ta’ sodisfazzjon ta’ kull membru fil-Korp ikun imkejjel, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema bdietx titħaddem u jekk iva, f’liema areas il-membri huma l-iktar kuntenti u oħrajn inqas kuntenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3995.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 10 - leaders

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 10) kien li ser jinbena programm biex ikunu stabbiliti "leaders", jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-programm bediex u jekk iva, kif qed jiġu identifikati u stabbiliti dawn il-leaders?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3996.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 10 - forum bejn it-top management u l-Police Governance Board

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 10) kien li ser jinħatar "forum" bejn it-top management u l-Police Governance Board rigward id-direzzjoni u viżjoni ġdida fil-Malta Police Force (MPF), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-‘forum’ bediex jiltaqa’ u jgħid jekk sarx xi tibdil fid-direzzjoni strateġika tal-MPF?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3997.

Awtorità dwar l-Użu responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4575 u ċjoè: B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid, x’għamlet s’issa l-Awtorità fuq dawn: i. The Authority is presently in the phase of establishing an effective and efficient system that ensures the responsible use of cannabis? ii. The Authority, whilst remaining steadfast in the approach of discouraging and delaying cannabis use, will through responsible and legal regulation allow restricted access to cannabis use by aspiring to advance the goals of public health and safety?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis ffirmat ftehim mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) sabiex numru ta' professjonisti mill-aġenzija msemmija jwettqu kampanji ta' taħriġ u informazzjoni dwar riskji relatati mal-abbuż u l-użu tad-drogi, inkluż il-kannabis. Ukoll, infurmat li wettqet kampanja edukattiva permezz tas-social media li laħqet iżjed minn 200,000 persuna.

Fgura – Triq Hompesch u Triq Żabbar – Ċitazzjonijiet lil Vetturi Kummerċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3349, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Pulizija u l-LESA lill-vetturi kummerċjali li għaddew mit-toroq Hompesch/Żabbar fil-Fgura u ma kinux se jagħtu servizz fil-lokalità fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2022? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sistema elettronika jidher illi ngħataw tliet taħrikiet mill-Pulizija u l-LESA fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru bejn Novembru u Diċembru 2022 lill-vetturi kummerċjali li għaddew mit-toroq Hompesch/Żabbar fil-Fgura u ma kinux se jagħtu servizz fil-lokalità.