Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu ¿mien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-uzu ta’ ħafna rizorsi umani tal-entitajiet varji.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura
b’miżura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena, tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn uħud mill-ħaddiema tal-eks Telemalta ma ħadux kumpens mill-
units
li kienu ġew mogħtija lil kulħadd fil-qalba tal-kumpanija minn Telemalta għal Maltacom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-valur tal-unitajiet li jappartjenu lill-impjegati li jirtiraw huwa stabbilit fl-aħħar tas-sena li jirtiraw fiha.
Skont ir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, l-unità hija l-Valur Nett tal-Assi (VNA) tal-Fondazzjoni, diviz bin-numru totali ta’ unitajiet ta’ dik is-sena, mmultiplikata bin-numru tal-unitajiet mizmuma mill-impjegat.
Jekk il-VNA ikun negattiv, il-valur tal-unità se jkun issettjat ghal zero. Minħabba din il-klawzola, ħafna impjegati li jirtiraw sa tmiem is-sena fejn il-VNA ikun negattiv, ma jkunux intitolati ghall-ebda ħlas, sakemm ma jkunx hemm bidla fir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, li hija materja privata bejn il-membri tal-istess Fondazzjoni.
Dan il mekkanizmu hu stabbilit skont statut li sar 23 sena ilu, liema statut jista jinbidel biss b’vot partecipattiv ta 90 fil mija jew aktar tal membri ezistienti, cioe il-ħaddiema attivi mal-kumpanija dak inhar li isir l istess vot.
Jista' l-Minstru jgħid jekk Malta reġgħetx tpoġġiet fuq il-“white list” għall-finijiet tal-iSwedish Income Tax Act wara li kienet tneħħiet b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma rċieva l-ebda notifika, la fl-2019 u lanqas wara, dwar dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost jaħdmu sigħat kuljum l-imsieħba fil-Community Workers Scheme? Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa sodisfatt li l-imsieħba kollha qed jaħdmu s-sigħat kif suppost u min hu responsabbli jassigura li l-imsieħba kollha jkunu regolarment fuq il-lant tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-imsieħba tal-Community Work Scheme huma ngaġġati fuq bazi full-time mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation. Dan ifisser li l-ħaddiema jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa. Dawn jaħdmu fl-istess ħinijiet tal-ħaddiema tal-entitajiet li jkunu allokati magħhom. Jista jkunu hemm eċċezzjonijiet fejn l-imsieħba jaħdmu fuq bazi part-time jew reduced u għalhekk f dawn il-kazijiet huma obligati jaħdmu sigħat skont il-kuntratt tagħhom.
L-entita’ li jkollha magħha dawn il-ħaddiema hi responsabbli li zzomm l-attendenza ta’ kuljum u tara li jkunu fuq xogħolhom. Il-Fondazzjoni wkoll tagħmel spezzjonijiet perjodiċi biex tassigura li kullħadd qiegħed fuq xogħolu. Kull xahar il-Fondazzjoni tibgħat rapport ta’ attendenza lil Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23237 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b’sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta’ din l-Iskema jsibu impjieg fis-settur privat, u jgħid kif is-settur privat jista’ jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f’din l-Iskema ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-iskema fl-2016.
Sena
Total
2016
8
2017
16
2018
2
2019
13
2020
7
2021
15
L-iskopijiet tal-iskema huma:
· Biex titwaqqaf fondazzjoni li timpjega persuni vulnerabbli;
· Tagħmel profil tal-parteċipanti u tidentifika taħriġ li għandhom bzonn u
· Tidħol fi ftehim ma’ Kunsilli Lokali, skejjel pubbliċi, NGOs u għaqdiet bi skopijiet soċjali biex tallokalhom parteċipanti biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol.
Permezz tat-taħriġ u esperjenza ta’ xogħol provduti taħt din l-iskema, persuni vulnerabbli jkunu megħjuna u mħajra biex issibu impjieg fis-settur privat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8075, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru konvenji ta’ proprjetà, xahar b’xahar mill-1 ta’Jannar 2020 sat-30 ta’ Ottubru 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan ir-rizultat kien il-frott il-mi¿ura li kienet tħabbret fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomiku li ser tintemm hekk kif kien stipulat, jiġifieri konvenji sa’ l-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena u kuntratti sa’ Ġunju 2022.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8076, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjeta, xahar b’xahar mil-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ottubru 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan ir-rizultat kien il-frott il-mi¿ura li kienet tħabbret fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomiku li ser tintemm hekk kif kien stipulat, jiġifieri konvenji sa’ l-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena u kuntratti sa’ Ġunju 2022.
Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4663, 2095 u 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti sas-sena finanzjarja 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 5 trusts li dwarhom l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi huwa nfurmat skont Artiklu 24B tal-Income Tax Management Act.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22923 u jgħid għala l-audited accounts tal-Air Malta p.l.c. għas-sena 2019 u s-snin suċċessivi, għadhom ma ġewx approvati u ppubblikati? Jista' jispjega kif il-Gvern qed jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tapprova pjan għall-għajnuna statali, mingħajr l-audited accounts approvati tal-aħħar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entita kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu zmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna rizorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16354, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.
Sena
Total
2010
267
2011
269
2012
260
2013
257
2014
266
2015
274
2016
289
2017
303
2018
323
2019
351
2020
364
Mejju 2021
371
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.
Sena
Total
2010
282
2011
284
2012
295
2013
298
2014
306
2015
319
2016
339
2017
336
2018
381
2019
402
2020
434
Mejju 2021
452
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Heliport Limited hijiex entità governativa? Jista' jgħid sena b'sena f'dawn l-aħħar seba' snin, kemm kien hemm flus ivvutati f'kull baġit, kemm intużaw minnhom u għal xiex intużaw dawn il-fondi? Jista' jpoġġi kopja tal-audited accounts ta' din il-kumpanija għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor/ Interpellant illi l-informazzjoni rigward kemm kien hemm flus ivvutati f’kull baġit huwa kif muri hawn taħt. Għall-bqija tal-informazzjoni, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Approved
€’000
Actual
€’000
2018
200
100
2019
200
126
2020
200
101
Approved budget and actual expenditure, since the Gozo Heliport item was created in 2018