Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm iżomm spare capacity ġewwa kull residenza għal anzjani jew djar tal-gvern għal każijiet urġenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità ma jżommx sodod bħala spare capacity, dan minħabba li l-każijiet urġenti jiġu trattati każ, b’każ u t-tim ta’ professjonisti jara li jqabbel il-bżonn tal-klijent ma’ sodda li tkun vakanti. Fir-residenza ta’ San Vinċenz hemm żewġ sodod bħala spare capacity
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm anzjani fil-waiting list biex jiġu rikoverati f'residenzi tal-istat għal anzjani dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena? Jista' ġentilment jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm carers jaħdmu mal-anzjani f’residenzi privati (home care), fir-residenzi tal-istat għal anzjani u f'San Vinċenz de Paul dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li ġiet impoġġija din il-mistoqsija maqsuma residenza residenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' carers preżentement impjegati mal-gvern u kemm hemm persuni impjegati mal-kuntrattur ġewwa kull residenza għal anzjani? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Jista’ jinforma lill-Kamra ta' liema nazzjonalità huma dawn il-carers? Jista’ jelenkahom skont il-post fejn jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, carers li jaħdmu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern hemm 335. Minn dawn hemm 63 impjegat tal-Gvern u 272 impjegat tal-kuntrattur.
It-335
carer
huma mqassma kif ġej, 216 li huma maltin u 119 li huma barranin. Il-
carers
barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi, l-Ingilterra, l-Kroazja, s-Serbja, l-Bulgarija, l-Bożnija, l-Ungerija, l-Ukranja, r-Rumanija, l-Indja, l-Pakistan, l-Filippini, t-Tajlandja, t-Tuneżija, n-Niġerja, ż-Żimbabwe, s-Sudan u l-Ghana. Din it-tabella tindika l-informazzjoni ta’ kull dar tal-anzjani tal-gvern kif mitlub :
Dar MellieħaBormlaŻejtunZammit
Clapp
MostaMtarfaFlorianaMsida
Nazzjonalita’
Ingilterra11000000
Kroazja01000000
Serbja10210000
Bulgarija10000000
Bożnija00010000
Ungerija10000000
Ukraina00010000
Rumanija00100000
Indja802331700
Pakistan10020000
Fillippini3016283010
Tajlandja00010000
Tuneżija01000000
Niġerja30010000
Żimbabwe20000000
Sudan00010000
Ghana10000000
Total 23342394710
Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’
carers
maltin impjegati ġewwa r-Residenza jammonta għal 327
carer,
filwaqt li hemm 231
Carer
barrani u li huma impjegati mal-kuntrattur. Mit-327
carer
malti ġewwa r-Residenza, 257
Healthcare Workers
huma impjegati tal-Gvern.
Il-carers baranin ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, ġejjin mill-Albania, l-Bulgaria, l-Eritrea, l-India, l-Italja, l-Libja, n-Niġerja, l-Pakistan, r-Rumanija, s-Serbja u Tunisija.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jitħallsu paga fis-siegħa l-carers li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? X'differenza għandhom fil-kundizzjoni tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-carers li jaħdmu mal-Gvern jitħallsu bir-rati hekk kif stipulat fil-ftehim kollettiv. Il-carers tal-kuntrattur illi jaħdmu f’kuntratti tal-gvern, jitħallsu skont iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti, 20/2017. Rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol, m’hemm l-ebda differenza bejn il-kundizzjonijiet tal-carers tal-Gvern u dawk tal-kuntrattur.
Awtorità tad-Djar –talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 566 jgħid sal-lum kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum, l-Awtorita` tad-Djar għandha, 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Hemm ukoll 549 talba oħra sabiex l-inkwilini ibiddlu l-post tagħhom ma’ post ieħor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Benefiċjarji li ser jibbenefikaw mir-roħs fil-ħlas tal-kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 568 u jgħid kemm huma l-benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom u dan skont kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-benefiċjarji diġà qed igawdu minn dan it-traħħis u kemm minn dawn il-benefiċjarji rċevew diġà l-ħlas żejda li huma ħallsu minn meta l-Gvern iddeċieda li jgħollilhom il-kera?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kienu 1,433 il-benefiċċjarji li bbenefikaw minn roħs fil-kera kif imħabbar fil-Baġit tal-2017. Il-benefiċċjarji kollha diġa’ rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew minn dan it-traħħis illi sar biex titneħħa ż-żieda. Tajjeb illi nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi, għall-kontra ta’ dak illi qed itenni, din iż-żieda kienet iddaħħlet mill-Gvern preċedenti, liema Gvern kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista.
Jista' l-Ministru jara li l-airconditioner f'Żejtun Home jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, iċ-chillers tad-dar tal-anzjani taż-Żejtun ser jiġu mibdula. Il-proċess tax-xiri huwa finalizzat, l-apparat ordnat u fil-fatt id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, qed jistenna li dan jasal f’Malta dalwaqt, sabiex jiġi nstallat ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dik li kienet Deputy CEO fl-Awtorità tad-Djar, u li wara l-elezzjoni ta' Ġunju 2017 kienet telqet minn dan id-Dipartiment, jekk ġietx lura? Jekk iva f’liema grad qiegħda u x’inhu l-pakkett finanzjarju u x'tip ta' xogħol qiegħda tagħmel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li qed issir referenza għaliha rritornat lura l-Awtorità tad-Djar u qed tokkupa l-kariga ta’ Executive Head. Hija qed taqdi r-responsabbilitajiet marbutin ma’ din il-kariga u qed tirċievi pakkett finanzjarju relatat ma’ din il-pożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jara kif il-blokka tal-housing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn ir-residenti ilhom xhur jirrappurtaw li katusa tal-bejt hi miżduda u anke kien mar perit xi xahar ilu imma baqgħu ma semgħu xejn u għadu ma sar xejn b’detriment għar-residenti u peress li l-ilma qed iċarċar ma kullimkien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub, għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – sid ta’ estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt? Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din ser tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – estensjoni — perjodu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility), xi ħlasijiet ser isiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet? Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – catering għall-estensjonijiet tas-sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall-ħames mitt (500) sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – kopja tal-kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni "Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Miżuri tal-Baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f’Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif jiġri ta’ kull sena, ser jingħata rendikont dwar it-twettiq tal-miżuri tal-baġit fil-jiem li ġejjien.
Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ikunu ilhom li applikaw l-applikanti (jiġifieri anqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin u aktar minn tliet snin)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita` tad-Djar għandha 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u 549 talba, biex isir tpartit ta’ proprjeta`, kif ġej ;
Snin kemm ilhom applikati biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali
Total
Inqas minn sena
367
Bejn sena u sentejn
554
Bejn sentejn u tlett snin
381
Aktar minn tlett snin
1989
Total
3291
Snin kemm ilhom applikati sabiex ipartu l-post mikri mingħand il-Gvern
Total
Inqas minn sena
54
Bejn sena u sentejn
87
Bejn sentejn u tlett snin
60
Aktar minn tlett snin
348
Total
549