Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26785 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20682, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati fondi għad-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta fl-2024 u fl-2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jitħarrġu fuq din d-dgħajsa u liema kienu t-tlielaq offshore internazzjonali li ħadet sehem fihom? Jista’ jgħid ukoll fejn qed tinżamm din id-dgħajsa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dgħajsa msemmija għaddiet għand il-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar.
L-Università ta' Malta — Studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ASD
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22828 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-autism spectrum disorders (ASD), jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Università ta’ Malta hemm 57 student bil-kundizzjoni tal-Autism Spectrum Disorder.
L-Università ta' Malta — Studenti bil-kundizzjoni tal-ADHD
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27090 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22384 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa fl-Università ta’ Malta hemm 168 student bil-kundizzjoni tal-ADHD. Hemm ukoll 30 student ieħor li għandhom l-ADHD flimkien ma’ kundizzjoni oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942, 26330, 26479, 26659 u 26909 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali dokumenti huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331, 26480, 26660 u 26910 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali dokumenti huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27055 u jgħid kemm hu kbir kull container li ser ikun qed iservi bħala klassi u jgħid ukoll kull container kemm ser ikollu studenti fih?
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Post għall-containers li ser iservu bħala klassijiet – Studji u rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27056 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji (Studji / rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (inklużi dawk sanitarji) fl-interess tat-tfal, l-għalliema u l-ħaddiema kollha li ser ikunu qed iwettqu l-ħidma tagħhom fiż-żona fejn ser jitpoġġew il-containers u l-impatt tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona ta’ Braġ u l-Kortin) kollha li saru relatati mal-għażla tal-post (Park tal-Familja) ta’ fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet?
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27057 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li juru kemm ser tkun qed tiżdied il-popolazzjoni tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa għall-10 snin li ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Xogħol ta’ twaqqigħ u bini mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27058 u jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol tat-twaqqigħ tal-bini tal-Iskola Primarja eżistenti fil-Mellieħa u allura meta mistenni li jitlesta l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li x-xogħol ta’ skavar mistenni jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin skont PA/2255/18.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27059 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport tal-periti fejn indikaw li l-lukanda Selmun Palace ma tistax tiġi rranġata biex tintuża temporanjament bħala skola sakemm jitlesta x-xogħol tat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lukanda ma tista’ qatt tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ skejjel moderni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26661 u 26928 u jgħid jekk l-art kollha li hemm bżonn biex fuqha ssir it-Trakka l-Kbira f'Ħal Far hijiex għand il-Gvern u jekk le, x'fadal xi jsir biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-artijiet huma kollha propjeta tal-Gvern. Bħalissa għaddej process neċessarju sabiex dawk l-artijiet li huma użati minn terzi jiġu rilokati.
L-Università ta' Malta — Studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27091 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22383 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa fl-Università ta’ Malta hemm 79 student li għandhom kundizzjoni tad-dyslexia.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27140 u 27426 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27432 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni mill-Imġarr, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u Ħal Luqa li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin indikati, it-total ta' impjegati ġodda mill-lokalitajiet imsemmija kien ta' 16-il impjegat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27433 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Gvern u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), mill-2017 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672 u 26989, u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673 u 26988, u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599 u 26817, u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600 u 26816, u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601 u 26815, u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.