Ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10140 u jikkonferma l-eżistenza ta’ ftehim bejn il-Ministeru u/jew id-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi? Jista’ jgħid jekk dan l-Istitut hux qed jipprovdi xi għajnuna teknika, kemm tiswa din l-għajnuna u f’liema setturi qed tingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interperllant li fil-preżent hemm ftehim bejn il-Ministeru u l-Istitut ta’ CIHEAM ta’ Bari.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li hemm fis-seħħ. L-istess kuntratt jindika x’tip ta’ għajnuna teknika u f’liema oqsma qed tingħata, kif ukoll l-ispejjeż għal dawn is-servizzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10139 u jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex ikabbru ż-żebbuġ f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm inġabar żebbuġ għall-għasir fis-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-volum ta’ żejt taż-żebbuġa li ġie maħdum fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jkabbru siġar taż-żebbuġ, skont ir-reġistru ta’ min ikabbar siġar taż-żebbuġ għall-għasir, huwa ta’ 788 persuna.
Ammont totali ta’ żebbuġ li ġie maħsud għas-snin:
2020 - 254.68 tunnellata
2021 - 288.54 tunnellata
2022 - 740.58 tunnellata
Ammont totali ta’ żebbuġ li ġie magħsur għas-snin:
2020 - 31.69 tunnellata
2021 - 36.27 tunnellata
2022 - 96.37 tunnellata
Ammont totali ta’ żejt li ġie prodott miż-żebbuġ magħsur fis-snin:
2020 - 29,154.8 litri
2021 - 33,368.4 litri
2022 - 88,660.4 litri
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10174, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati fis-Servizzi Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – vejikoli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm heavy vehicles, lifters u vannijiet u vejikoli tal-agrikoltura, fid-dekasteru tiegħu u meta saret l-aħħar spezzjoni biex jaraw humiex tajbin għat-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jżid iż-żoni li fihom ikunu jistgħu jgħumu l-klieb f'Malta u f'Għawdex? X'inhi r-raġuni li għaliha s’issa għad m’hemmx żona għal dan il-għan f'San Pawl il-Baħar? Liema siti ġew proposti għal dan l-użu mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar? X'kienet ir-raġuni li għaliha dawn is-siti ma ġewx aċċettati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk xi dipartiment li jaqa' taħtu wettaqx investigazzjoni dwar ir-raġuni li wasslet biex numru ta' tiġieġ u sriedaq instabu mejta fl-inħawi tax-Xemxija, fiż-żona tal-Ġnien Olimpiku? Kemm kien in-numru ta’ tjur li nġabru mejta minn fuq il-post?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-bdiewa li jarmaw fil-Farmers' Market f'Ta' Qali kienu mwiegħda li sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kellha tintrama tinda u jingħata wiċċ ġdid tat-tarmak fejn jarmaw biex ibiegħu l-prodotti tagħhom, tant li l-bdiewa ġew imċaqilqin għal sena sħiħa mill-post originali tagħhom, sal-lum dan ix-xogħol baqa’ ma sarx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Farmers’ Market hija wegħda politika li dan il-Gvern ser iżomm u jwettaq.
Il-proġett il-ġdid tal-Farmers’ Market ser ikun qed joffri spazju adegwat għas-suq bis-servizzi kollha meħtieġa, kif ukoll protezzjoni mill-elementi li jagħmilha aktar komda għall-bejjiegħa u l-konsumaturi. Filwaqt li l-permessi tal-iżvilupp qegħdin f’posthom, bħalissa għaddej ix-xogħol sabiex tiġi ppubblikata t-tender għall-kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minn meta mad-dawra ta' barra fejn jintrama l-Farmers' Market inbniet banking, issa ġie jżomm l-ilma? Jista’ jara li din il-problema tissolva malajr kemm jista’ jkun ħalli bdiewa li jarmaw fil-Farmers' Market ma jkollhomx ibatu l-konsegwenzi hekk kif tagħmel ftit xita?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed jiddiskuti mal-Ministeru responsabbli biex jindirizza s-sitwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kellhom jinżebgħu s-sinjali biex jiġu mmarkati diversi posti ta' diversi bdiewa fil-Farmers' Market f'Ta' Qali, dawn baqgħu ma sarux? Jista’ jgħid meta se jsiru dawn is-sinjali?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-temp ħażin ittardja l-proċess kollu, iżda sadanittant ix-xogħlijiet saru. Il-linji kienu miżbugħin u l-posti kollha huma mmarkati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Farmers' Market ta' Ta' Qali l-bdiewa li jarmaw hemm hux se jingħataw id-dawl u l-ilma bħalma kienu ngħataw dawn is-servizzi meta nfetaħ il-Farmers' Market fi żmien il-Gvern preċedenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret diskussjoni mal-bdiewa u l-produtturi li jarmaw fis-suq, ġie deċiż li s-servizzi tad-dawl u l-ilma ma kienux vijabbli.
Filwaqt li l-Malta Food Agency qed tħares ’il quddiem għall-proġett tal-Farmers’ Market il-ġdid, qed tanalizza wkoll l-ispejjeż involuti biex tkun tista’ tipprovdi dawn is-servizzi. Il-Proġett il-ġdid huwa maħsub b’tali mod li joffri s-servizzi kollha meħtieġa biex kemm min jaħdem u kif ukoll il-klijenti ikollhom servizz xieraq.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm ingħataw direct orders u kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – konsulenti legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Xemxija – tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta mar-roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali għamilx xi investigazzjoni dwar in-numru ta’ tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta fir-roundabout tax-Xemxija, li tinsab qrib il-Ġnien Olimpiku u l-latrina pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li għadu għaddej il-proċess ta’ investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali sabiex jassigura li l-ebda laħam li qed jinġieb minn barra mhux qed jinbiegħ bħala li hu prodott lokali?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru għas-Saħħa peress li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali huwa responsabbli li jagħmel kontrolli inkluż it-traċċabilità tal-laħam fil-ħwienet tal-laħam u ħwienet simili.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9611, ninfurmah li fis-Segretarjati hemm 44 persuni li huma ċittadini Maltin.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — kuntratti mogħtija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Jista’ l-Ministru jgħid liema prodotti agrikoli ġew esportati minn Malta mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema prodotti agrikoli ntbagħtu minn Malta għal pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru ma jkollux tali informazzjoni u dan peress li l-esportatur mhux obbligat li jagħti din l-informazzjoni lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.