Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sentenzi li tneħħew minn sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tneħħew mis-sit fl-indirizz http://www.justiceservices.gov.mt?

Response (BONNICI, OWEN)

Mis-sena 2013 sallum kien hemm 22 (tnejn u għoxrin) sentenza li tneħħa ghalihom l-aċċess online lil pubbliku, b’dan illi jiġi ċċarat illi meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li l-kawza titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, fiċ-Ċivil, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi kollha minn fuq il-Lecam. Fir-rigward tal-kawżi kriminali, matul din is-sena qed isir xogħol sabiex dawn ukoll ikunu aċċessibli għal professjoni legali minn fuq il-Lecam, irrispettivament jekk sentenza tkunx tidher online jew le. Dan il-proċess ilu li nbeda mis-sajf li għadda u mistenni jkun lest aktar tard matul din is-sena. Minn dawn it-22 (tnejn u għoxrin sentenza) kien hemm 9 (disgħa) li kienu sentenzi f’kawżi quddiem il-Qorti Ċivili Prim Awla u 13 (tlettax) li kienu sentenzi tal-Qorti Kriminali. Fid-dawl tad-deċizjoni li ttieħdet mid-‘Data Controllor’ biex dawn is-sentenzi ma jibqgħux jidhru online għall-pubbliku in ġenerali, wara li ġew meħudha nkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad-Data Protection Act, tad-Data Protection Directive (95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad-Data Protection Regulation (EU 2016/679) li ser tidħol fis-seħħ, u partikolarment Art. 17 tal-istess, ma jkunx opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati. Madanakollu, sabiex tkun assigurata l-ogħla livell ta’ trasparenza qed ikun suġġerit li Onor. Membru javviċina lid-‘Data Controller’ tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn b’mod kunfidenzjali ikun jista’ jara bil-liberta` kollha kopji tal-istess sentenzi u l-korrispondenza idoneja relattiva.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizzi legali mogħtija minn kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4129, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliżi li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta u li dwarhom il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħallas l-ammont ta' €26,000 għas-servizzi legali mogħtija lilu mill-imsemmija ditta Ingliża?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Valletta 2018 Foundation – Premium Partners, Corporate Partners u Hospitality Partners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlu u x’inhu l-kontribut tal-Premium Partners, tal-Corporate Partners, u tal-Hospitality Partners tal-Valletta 2018 Foundation?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Corporate Business Unit fi ħdan il-Fondazzjoni Valletta 2018 fassal numru ta’ pakketti li jkopru livelli differenti ta’ sponsorship. Kienu diversi l-kumpaniji, kemm lokali kif ukoll barrannin, li ġew avviċinati u saru diskussjonijiet ma’ dawk interessati. Dan wassal biex intlaħaq ftehim mal-partners eżistenti li wrew l-ikbar interess u volontà biex ikollhom sehem fil-Valletta 2018 skont il-kriterji stabbiliti.

Valletta 2018 — freebies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-freebies li tqassmu lill-pubbliku fil-ġimgħa tal-ftuħ tal-Valletta 2018, min kienu s-service providers għal dawn il-freebies u x’kien l-ammont li tħallas għal kull tip ta’ freebie?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-freebies li tqassmu lill-pubbliku kienu: Printed pens b'valur ta' €4,130 (VAT inkluż) Light up gloves b'valur ta' €11,200.56 (VAT inkluż) Printed Scarves b'valur ta' €10,626.49 (VAT inkluż) Keychains b'valur ta' €10,030 (VAT inkluż) Is-Service provider kien Play Craft. Tqassmu wkoll: Lapel pins b'valur ta' € 11,798.63 (VAT inkluż) Football scarves b'valur ta' €11,747.14 (VAT inkluż) Branded Penswith case b'valur ta' €11516.8 (VAT inkluż) Woven Paper Baskets Print b'valur ta' €11,422.4 (VAT inkluż) Is-Service provider kien Prints of Wales.

Villaġġ tal-Karnival

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest il-Villaġġ tal-Karnival b’mod li jkun jista’ jiġi wżat mill-kumpaniji tal-karnival?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tal-esperjenza tal-Karnival huwa progett li hu funded minn fondi Ewropej u allura, ladarba dan hu ffinanzjat minn fondi Ewropej, t-tlestija tieghu hi determinata minn timeframes prestabbiliti. Nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu biex dan il-progett jassigura funding minn fondi Ewropej li kien pass krucjali 'l quddiem fit-twettieq ta' dan il-progett. Ix-xoghol ghaddej b'mod tajjeb hafna. It-tlestija se ssehh fl-2020.

Restawr u rijabilitazzjoni tal-Abbatoir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-restawr u rijabilitazzjoni tal-Abbatoir fi ‘creative industries cluster’?

Response (BONNICI, OWEN)

Bi pjacir ninforma lill-Onor Interpellanta li x-xogħol fuq ir-restawr u r-rijabilitazzjoni tal-binja tal-Biċċerija l-Antika din is-sena daħal fil-fażi tal-implimentazzjoni fiżika tiegħu. Ix-xogħol prinċipali tar-restawr u civil works beda fi Frar waqt li għaddejjin it-tħejjijiet biex jitnedew it-tenders tas-servizzi tal-M&E mill-konsulenti tal-inġinerija. Dan hu progetti sabih immens li se jaghmel gid kbir ghar-rigenerazzjoni ta' din in-naha tal-Belt kapitali taghna.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — spejjeż ta' media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Lokali Mellieħa – minuti tal-laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li saru bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, fejn matulhom issemma jew ġie diskuss il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fiż-żona Ta’ Masrija, liema binja tagħti wkoll fuq il-bypass tal-Mellieħa? Jekk jogħġbu l-Ministru jista’ jpoġġi wkoll kull korrispondenza li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u entitajiet/awtoritajiet governattivi dwar dan il-proġett matul dawn is-snin imsemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba għall-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, hekk kif provduti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2014 u 2015 kif ukoll l-unaudited financial statements tal-2016 u 2017. Dwar dawn tal-aħħar intqal lili li qed issir il-verifika tagħhom mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Valletta 2018 Foundation – persuni impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm impjegata mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk humiex fuq impjieg full jew part-time , jekk humiex fuq kuntratt definit jew indefinit, u jekk huma fuq kuntratt definit, meta jiskadi t-terminu tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 timpjega 17-il ħaddiem fuq bażi full-time u 4 ħaddiema fuq bażi part-time. Il-Kuntratti huma kollha definiti u jiskadu fil-31 ta’ Marzu 2019.

Valletta 2018 Foundation – persuni ngaġġati bħala konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm ingaġġata bħala konsulent mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk dan l-ingaġġ sarx wara sejħa pubblika jew ingħatax b’mod dirett, l-iskop għal dan l-ingaġġ, it-terminu tal-ingaġġ u l-ħlas li qiegħed jingħata għal dan l-ingaġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandha ingaġġat magħha konsulent wieħed. Dan ġie ingaġġat b’mod identiku għal dak użat meta l-Onor. Interpellant kienet ġiet ingaġġata biex tagħti konsulenza legali lill-PBS fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. L-imsemmi konsulent jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq strateġija u kommunikazjoni għall-Fondazzjoni. L-ingaġġ huwa sal-31 ta’ Marzu 2019 bi ħlas ta’ €32,307.69 fis-sena eskluża it-taxxa tal-valur miżjud.

Valletta 2018 Foundation Endorsement — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal ‘Valletta 2018 Foundation Endorsement’ irċeviet il-fondazzjoni, kemm-il waħda ġiet aċċettata u mogħtija l-endorsement? Jista’ l-Ministru jippreżenta lista’ ta’ dawk il-proġetti li sax-xahar ta’ Marzu 2018 huma endorsed mill-fondazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mill-ftuħ ta' din l-inizjattiva, l-Fondazzjoni rċeviet mija u tnejn applikazzjoni, li minnhom approvat tmienja u sittin kif ukoll hemm tnax-il applikazzjoni oħra li qegħdin fil-proċess li jiġu evalwati. Il-lista tal-applikazzjonijiet tinsab mehmuża. Tabella PROJECT TITLEENDORSEMENT STATUSDATE ENDORSED Cliff Zammit Stevens' ConcertENDORSED09.08.2016 Ghaqda Hbieb tal-PresepjuENDORSED17.08.2016 Gozo LiveENDORSED17.08.2016 The Maltese Island Festival (MIF)ENDORSED19.10.2016 Malta Institute of Professional PhotographyENDORSED19.10.2016 VIctor Pasmore Gallery ProgrammeENDORSED09.11.2016 Malta International Organ Festival FoundationENDORSED16.11.2016 Ghana and NasoriENDORSED04.01.2017 The Artracker Biennal Awards and the Art of Peace ExhibitionENDORSED04.01.2017 International Ballet Summer ProgrammeENDORSED15.02.2017 Qormi Wine FestivalENDORSED15.02.2017 Bricks (Urban Game)ENDORSED09.03.2017 La Lupa, Gozo Creative TheatreENDORSED09.03.2017 Malta International Music FestivalENDORSED13.03.2017 Malta International Music CompetitionENDORSED12.05.2017 Ballet Intensive InternationalENDORSED22.05.2017 Zejtun Treasure HuntENDORSED22.05.2017 Silent Scream, St Benedict CollegeENDORSED22.05.2017 Oca Dome Mandala Wisdom, Condomble Kollektif'ENDORSED22.05.2017 Pope JoanENDORSED22.05.2017 Pub Quiz in Valletta (Kopin)ENDORSED26.05.2017 Zejt iz-ZejtunENDORSED16.06.2017 ManaTapu, Album Launch Concert 2018ENDORSED16.06.2017 After MedeaENDORSED23.06.2017 46th Esta International ConferenceENDORSED23.06.2017 Malta Poland ExhibitionENDORSED25.07.2017 The Power of StorytellingENDORSED25.07.2017 The 220th Anniversary of the 2-year French Blockade of MaltaENDORSED25.07.2017 Belt il-Bniedem (City of Humanity)ENDORSED10.08.2017 PAX - The Puzzle that is PeaceENDORSED10.08.2017 Action PlanetENDORSED06.09.2017 Malta Innovation SummitENDORSED07.09.2017 Sonic Structures - Sound Interventions in VallettaENDORSED07.09.2017 Merhba SengleanaENDORSED07.09.2017 16 Days of ActivismENDORSEDN/A Malta Comic ConENDORSED10.10.2017 Ex LibrisENDORSED11.10.2017 Malta International Organ FestivalENDORSED30.10.2017 Collective Imagination - Unfolding the Possibilities of Shared UnconsciousnessENDORSED13.11.2017 Storie di fede, Storie di ReENDORSED13.11.2017 Recyled Christmas CraftsENDORSED24.11.2017 Malta Public Transport - Tallinja Valletta CardENDORSED01.12.2017 Science In The CitadelENDORSED04.12.2017 Inspired in China - Fine Art Exhibition by Maltese Artists’ 2017-2018ENDORSED04.12.2017 Art Exhibition by Raymond DarmaninENDORSED10.01.2018 Legio Fretensis MaltaENDORSED10.01.2018 Canta e Cammina - Sing and WalkENDORSED10.01.2018 The Biggest Crochet Blanket for CharityENDORSED10.01.2018 The Art of Stained Glass and the Science behind itENDORSED10.01.2018 Malta Film ExpoENDORSED10.01.2018 Malta Short Film Festival 2018ENDORSED10.01.2018 Lookout For LoveENDORSED11.01.2018 Valletta - Route 133ENDORSED15.01.2018 Dynamics of Mediterranean Artistic Interaction in the Late Middle Ages and early Modern PeriodsENDORSED16.02.2018 The Beer Cave - Live EventsENDORSED16.02.2018 Book Club – GozoENDORSED16.02.2018 A Female Musical Blast - Graduation Ceremony - Imriehel Secondary SchoolENDORSED16.02.2018 Valletta Lions Table Football Club & Valletta Subbuteo ClubENDORSED16.02.2018 Soul of MaltaENDORSED16.02.2018 Malta International Fireworks Festival 2018ENDORSED19.02.2019 The Countess of WessexENDORSED02.03.2018 It's Schiller! - Dance Theatre PerformanceENDORSED02.03.2018 Festa QarghaselENDORSED02.03.2018 It-Twaqqif Tal-EwkaristijaENDORSED02.03.2018 MotusENDORSED02.03.2018 Hlas - Ikun li trid Int MusicalENDORSED02.03.2018 EspRimi - A Book of Poems and PaintingsENDORSED02.03.2018 Psychiatry and Art ConferenceENDORSED02.03.2018

Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentru – għoti ta’ flus għal attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ingħataw flus, imqabbla mas-sena l-oħra, għal attivitajiet din is-sena fil-kunsilli lokali tar-Reġjun Ċentru, lokalità b'lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni dwar il-flus kommessi u mgħotija relatati mal-attivitajiet kulturali lill-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentrali. Local Council2017Funding amount CommittedSettledStatus BalzanBalzan Arts & Music Festival€6,000€0Claim being vetted B'KaraAmare Argento€6,000€6,000Settled Ta' XbiexConnecting Through Culture€6,000€6,000Settled Local Council2018Funding amount CommittedSettledStatus B'KaraMuzika & Moda€8,000Activity not done yet GziraProgress in Integration through Cultural Promotion in Gzira€8,000Activity not done yet LijaCitrus & Harvest Festival€3,000€0LC to send claim SliemaSliema Arts Festival€11,000Activity not done yet Ta' XbiexConnecting through Cultures€4,000Activity not done yet

Kunsilli Lokali – Segretarju Eżekuttiv

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 4517 u 4518, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar jekk Segretarju Eżekuttiv f’kunsill lokali jistax iservi bħala aġent ma’ kunsill lokali ieħor, u jekk il-policy tgħid li dan ma jistax, għaliex hemm min qed iservi ma’ iktar minn kunsill lokali wieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Artikolu 49 tal-Att dwar il-Kunsill Lokali jgħid: (4) Meta Kunsill jirrifjuta jew jonqos milli jinnomina Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv, il-Ministru għandu jinnomina aġent Segretarju Eżekuttiv jew aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv rispettivament mill-istess pool. Il-Kunsilli Lokali ġew imwissija kemm il-darba mid-Dipartiment sabiex il-proċess tal-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv jiġi konkluż. Ta’ min jirrimarka illi bħalissa hemm l-inqas ammont ta’ aġenti segretarji eżekuttivi għal ħafna snin

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura yu Gvern Lokali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta: Entita’PożizzjoniĦlasBeda wara it-3 ta’ Ġunju 2017 Broadcasting AuthorityKonsulent Legali€5823 per annumLe Gharghur Transmitting Station Technical Consultant€6,996 per annumLe BA Archives Administration and Consultancy€5,664 per annumIva Courts of JusticeKonsulenti dwar proġetti infrastruttarli ġodda.5.85% tal-valur totali tal-proġettLe Inginier konsulent dwar manutenzjoni ta’appart eletriku u tagħmir ieħor.€2800 fis-senaIva Konsulent Legali€6,058 fis-senaLe Konsulent Legali€6,058 fis-senaLe Konsulent dwar introduzzjoni u tħaddim ta' sitema komputerizata għat- tħaddim tal-awli€7,475 fis-senaLe National Orchestra LtdArtistic Programme Consultant €10,000 per annumLe Artistic Programme Committee Member€2000 per annumLe Culture DirectorateKunsulent dwar il-Politika Kulturali Nazzjonali€33,600 (VAT eskluża) għal 768 siegħa ta' xogħol fuq medda ta' sentejn sa tmiem l-2019.Iva Local Council AssociationContract for Service - EU and International Affairs Consultant €1,500/month - DSA - Flight tickets Iva Valletta 2018Consultant of Strategy and Communications to the Chairman and Executive Director32307.69 Excluding VAT per annumKuntratt ilu mill-2015 ġie mġedded wara it-3 ta' Ġunju. Medicines AuthorityAdvisor€25 per hour up to €10,000Iva Advisor€25 per hour up to €10,000Iva Advisor/Assessor€25 per hourKuntratt ilu mill-2010 ġie mġedded fl-1 ta Jannar 2017 Advisor€25 per hour up to €10,000Iva Advisor/Assessor€25 per hour up to €10,000Iva Legal Advisor€25 per hour up to €5,000Kuntratt ilu mill-2014 ġie mġedded wara it-3 ta' Ġunju. Legal Advisor€25 per hour up to €5,000Kuntratt ilu mill-2014 ġie mġedded wara it-3 ta' Ġunju. Teatru ManoelArts Education Consultant€30,600 per annumLe Architects10% of project costsLe Mechanical and Electrical Engineers10% of project costsLe Lawyer€10,000 per annumIva Fire Engineers4.5% of project costsIva Consultancy for new seating in the Auditorium€10,000Le

Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti l-każijiet quddiem il-Kummissjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet ta’ korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' korruzzjoni li tressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew konklużi u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ każijiet ta’ korruzzjoni mressqa quddiem il-Kummissjoni sena b’sena mis-sena 2000 sal-2018 huwa kif muri fit tabella annessa: Sena Każijiet pendenti mis-sena preċedenti Każijiet ġodda matul is-sena 2000 103 13 2001 77 12 2002 53 15 2003 38 3 2004 20 9 2005 12 9 2006 11 5 2007 6 14 2008 15 2 2009 4 7 2010 3 4 2011 6 3 2012 7 12 2013 19 3 2014 9 4 2015 11 2 2016 10 6 2017 12 5 2018 17

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta: Isem id-Dipartiment / Entità Data Tip ta' Xogħol jew xiri Direct Order/Tender Spiża Dipartiment tal-Gvern Lokali 2002 Xiri ta' kotba Direct Order €321.45 Kunsill Malti għall-Arti 24/02/2003 20 kopja personalizzata ta' 'Malta 360' L-informazzjoni fuq x'tip ta' proċedura ntużat mhijiex disponibbli għax kif inhi l-proċedura, il-Kunsill iżomm dokumenti sa terminu ta' 10 snin €1,514.09

MCCAA — Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – emendi fil-liġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1990, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu ppubblikati l-emendi fil-liġi, maħsuba biex id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ikollu l-poteri neċessarji biex jassigura konformità mal-liġijiet dwar l-kompetizzjoni u dan fid-dawl ta’ dak li ġie deċiż mill-Qorti Kostituzzjonali fis-sentenza li ngħatat f’Mejju 2016 fil-każ bejn il-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et? Sadanittant x'miżuri hemm fis-seħħ biex l-istess Direttur Ġenerali jkun jista’ effettivament jimponi penalitajiet kontra min ma jkunx konformi ma’ xi dispożizzjoni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' abbozzar ta' emendi fl-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u fil-liġijiet sussidjarji tagħhom wasal fi tmiemu. Għalkemm l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni mhux f'pożizzjoni li jimponi multi xorta għadu għaddej bil-ħidma tiegħu u fejn ħass il-ħtieġa uża l-poteri li ttih il-liġi bħal impożizzjoni ta' miżuri interim fuq numru ta' intrapriżi, liema intrapriżi imxew mal-miżuri imposti fuqhom mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju evalwa wkoll numru ta’ amalgamazzjonijiet u akkwisti filwaqt li għadu għaddej bl- investigazzjonijiet tiegħu.