Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16947.

Riforma — sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata r-riforma li fl-2023 kienet is-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika ‘Dokument ta' Diskussjoni dwar emendi proposti relatati mas-sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp’?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tankijiet tal-asbestos – Tneħħija minn residenzi privati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’jiġri mill-materjal meta jinqalgħu tankijiet tal-asbestos minn fuq il-bjut ta’ residenzi privati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos – Proċeduri għar-rimi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid xi proċeduri jintużaw biex jintremew it-tankijiet tal-asbestos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċirkewwa and Imġarr passenger ferry terminals — sejħa għal e-ticketing project

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu lesti l-affarijiet kollha mitluba minn din is-sejħa u meta ser tibda topera s-sistema ta' e-ticketing?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-commissioning ta’ ticketing system sar f’Jannar ta’ 2023. Il-construction and finishing works fit-terminal ta’ Ċirkewwa huma pjanati li jsiru matul ix-xitwa li ġejja.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma għandha l-ebda kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.

Awtorità tal-Ippjanar — Proċedura dwar encroachments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18835, fejn intqal ‘li l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ biss permessi għal użu tal-art’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tintuża biex toħroġ encroachment u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-proċedura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat, minħabba l-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar ma toħroġ l-ebda tip ta’ encroachments.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma ngħataw l-ebda servizz mil-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Rabat, Għawdex — Triq Papa Ġwanni Pawlu II - Proċess ta' aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa 'CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures', li għalqet fid-19 ta' Diċembru 2023, u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jingħalaq biex b'hekk ikun jista’ jibda x-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa 'CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures', li għalqet nhar id-19 ta' Diċembru 2023, għadha fl-istadju ta’ evalwazzjoni.

Il-Mosta — Triq il-Waqqafa - Permessi biex jinfetaħ ħajt diviżorju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19169, jista' l-Minsitru jgħid x’permessi relatati kien hemm biex jinfetaħ il-ħajt diviżorju fi Triq il-Waqqafa, il-Mosta, li jagħti għall-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jidher li l-fetħa li saret fis-sit inkwistjoni, hemm triq li ġiet skemata skont il-mappa tal-Pjan Lokali 2006 MOM2, hekk kif approvata mill-Parlament f’Lulju tal-2006. Il-ftuħ tat-toroq ma huwiex regolat mill-Kap 552 u għalhekk m’huwiex kompitu tal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.

Għawdex — Kampus Universitarju - Fondi għall-estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qegħdin jintużaw il-fondi li kienu allokati għall-estensjoni tal-Kampus Universitarju f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar- Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16947.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16947.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-mistqosija parlamentari 8733.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12042 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Ir-Rabat, Għawdex – Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor hemm ippjanat li jsir minn issa sal-aħħar tas-sena 2024 fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 saru xi spezzjonijiet f’dan iċ-ċimiterju fejn ġew identifikati ċerti interventi meħtieġa għar-restawr u l-konservazzjoni ta’ dan il-post storiku. Fost l-interventi identifikati hemm il-bini mill-ġdid ta’ ħitan imġarrfa mal-periferija tas-sit kif ukoll tindif minn veġitazzzjoni eċċessiva li kibret matul is-snin. F’dawn l-aħħar xhur bdew studji fuq pjanti u stimi tax-xogħlijiet li jeħtieġ li jsiru kif ukoll bdew kunsultazzjonijiet mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u entitajiet oħra sabiex eventwalment issir applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar aktar tard matul din is-sena.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Coastal defence system at Marsalforn Bay

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bħalissa u x'hemm maħsub li jsir fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin dwar l-applikazzjoni PA/02106/21 ERA Reference: EA/00004/21; Project Title: Coastal defence system at Marsalforn Bay consisting of the reconstruction of Santa Marija breakwater, construction of a rubble mound berm on the Menqa site, two rubble mound groins at the valley outfall and replenishment of the beach; Location: Site at Il-Bajja Ta' Marsalforn, Marsalforn, Żebbuġ (Gozo)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19274, l-applikazzjoni PA2106/21 tinsab fl-istadju ta’ Screening fejn qed tistenna sottomissjonijiet minn naħa tal-applikant li jinkludu il-pożizzjoni finali tal-ERA kif ukoll tal-SCH biex b’hekk tkun tista’ titqies bħala applikazzjoni valida u tgħaddi għall-proċess sħiħ tal-ippjanar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direttur Ġenerali (Operations)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li f'dawn l-aħħar ġimgħat u fil-preżent, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Operations) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti mis-Senior Advisory Appointments Committee?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Direttur Generlali (Operations) imtliet bi proċess mis-Senior Advisory Appointments Committee.