B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20544 li ngħatat fl-10 ta' Mejju 2021 jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għala għaddew ħames xhur u Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, għadha ma saritx fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġjata minn oħra? Jista’ jgħid meta ser isiru,peress li hemm periklu kbir f'din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali tan-nofs biż-żebgħa saru. Rigward iż-żebra crossing, id-dawl ser jiġi nstallat x’ħin tiġi awarded it-tender tal-pjazza.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' restawr tal-Akwedotti? Jista’ jgħid x'tip ta' xogħol infrastrutturali sar fuq dan il-proġett matul is-sena 2021 u x'hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2021 ħarġet it-‘Tender for the Design, Supply, Erection, Certification, Maintenance & Dismantling of Structural Shoring to Part of the Aqueducts at Triq Papa Gwanni Pawlu II, Victoria, Gozo’, liema tender tagħlaq fid-29 ta’ Ottubru 2021.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-Gvern iqis il-Gozo Heliport bħala entità governattiva u fl-Estimi 2022 qed jipproponi spiża ta' €300,000 taħt Vot 6844? Kif ser jintefqu dawn il-flus u kif ser jintefaq l-ammont addizjonali ta' €100,000 (Vot 7240) għar-riġenerazzjoni tal-mitjar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif intqal fid-diskors tal-budget, dan il-Gvern ser itejjeb il-konnettività bejn il-gżejjer Maltin u Għawdxin u ser jiġu mmodernizzati l-faċilitajiet tal-Heliport fix-Xewkija.
Ministeru għal Għawdex — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm u ma hemm l-ebda negozzjat għaddej għal kiri jew xiri ta’ xi ufiċċju jew sular tal-quad towers minn dan il-Ministeru u anqas mill-entitajiet li jaqew taħt l-istess Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) inkarigati mill-Ministeru fuq il-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Mġarr fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17156 u 21028 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jagħti l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Gozo Employment Scheme – fondi għall-Personal Emoluments (Salaries and Wages)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma meħtieġa aktar fondi għall-Personal Emoluments (Salaries and Wages) u għall-Contractual Services u kemm hu previst li ser ikun hemm tnaqqis fl-infiq tal-Gozo Employment Scheme fl-estimi riveduti tal-2021?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista il-Ministru jaġġorna lil-Kamra dwar il-Master Plan tax-Xlendi u jgħid fil-konkret x' sar f' dawn l-aħħar xhur rigward dan il-Master Plan? Jista' jgħid ukoll meta nbeda dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jiġi konkluż dan il-Master Plan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernati tinsab fil-fażi finali. Apparti hekk, bħalissa għaddejjin wkoll f’kommunikazzjoni mal-ERA.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar għaxar xhur u nofs, ma sar ebda tip ta' xogħol infrastrutturali fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex, li hu ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u dan minkejja li l-permesi neċessarji biex isir dan il-proġett ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fit-12 ta' Novembru 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iż-żmien intuża biex jiġu aġġornati u ffinaliżżati l-pjanti u l-construction drawings mill-kuntrattur skont il-kundizzjonijiet tal-permess.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16889 li ngħatat fit-2 ta' Novembru 2019, u l-mistoqsija parlamentari 21026 li ngħatat fl-1 ta' Ġunju 2021, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar ix-xogħol fuq Osservatorju Astronomiku fil-Qortin? Jista’ jgħid jekk l-istruttura tal-Osservatorju tlestitx, u jekk iva meta tlestiet u fejn tinsab u jekk din l-istruttura tpoġġietx fuq il-bejt tal-kmamar eżistenti li hemm fil-Qortin t’Isopu u jekk le x’inhi r-raġuni li għadha ma tpoġġietx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 21026. Bħalissa l-istruttura tal-osservatorju għadha qiegħda tiġi mmanifatturata mill-kuntrattur.
Ministeru għal Għawdex – impjegati self-employed — servizz
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22264 u jgħid kemm ġew ingaġġati individwi self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħata għal dawn l-ingaġġi? Jistax il-Ministru jikkonferma illi dawn l-ingaġġi ma jsirux mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku peress li dawn m'humiex uffiċjali pubbliċi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22459.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jintefqu t-€8 m li qed jiġi propost li jiġu vvutati għal "Contractual Services" (Vot 30(E2330)) fl-estimi tal-2022? Kemm qed jiġi previst li ser jintefqu f'dawn il-"Contractual Services" fl-2021?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jintefqu €400,000 li qed jiġi propost li jiġu ivvutati fl-Estimi tal-2022 għall-Qrati tal-Ġustizzja (Vot 7241)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-somma hija parti mill-pjan għall-qorti l-ġdid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21731 u ċjoè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16773 li ngħatat fis-27 ta' Ottubru 2020 rigward il-Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u l-proġett tal-Petting Farm u faċilitajiet ġodda għall-SPCA u l-Animal Welfare, fejn intqal li 'l-applikazzjoni ta’ dan il-masterplan kienet sottomessa f’Novembru tal-2019, u li l-applikazzjoni għadha fi stadju ta’ screening', jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x'sar f'dawn l-aħħar seba’ xhur rigward dan il-proġett ferm bżonnjuż u importanti? Jista’ jgħid jekk l-applikazzjoni għadhiex fl-istadju ta' screening?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli li ġew ippreparati l-pjanti meħtieġa għas-sottomisjoni tal-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ it-tender biex jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-iskop?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposti li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamantari 19150, 21033 u 21781.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali mis-sena 2019 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22330 - Spiża fuq konsulenzi u pariri legali.pdf
Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Services Gozo Directorate — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21112 u jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għas-'Services Gozo Directorate' taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett u inizjattiva?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22331 - Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Services Gozo Directorate - nefqa.pdf
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18907 li ngħatat fis-16 ta' Frar 2021 u fis-6 ta’ Lulju 2021 fejn ingħad fit-tweġiba li 'fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tingħata' t-tieni kisja asphalt (wearing course) lil Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex’ jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għaddew iktar minn tliet xhur u nofs u din l-imsemmija triq għadha b'kisja waħda asphalt? Jista' wkoll b'referenza għal Triq tal-Ħanaq fin-Nadur jgħid kif wara ħames snin din it-triq għadha wkoll b'kisja waħda ta' tarmac u x-xogħol baqa' ma nagħlaqx wara dawn is-snin kollha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ Triq Ħanaq hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati. Dwar Triq il-Pitkalija l-Ministeru qiegħed jistenna li jsiru xi xogħlijiet minn entitajiet oħra sabiex ikun possibli li l-Ministeru jagħti t-tieni kisja asphalt.