Postijiet ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja qed jingħataw postijiet li huma ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali u jekk hemmx xi lista ta' dawn il-postijiet li huma magħrufa bħala postijiet ta' attrazzjoni turistika fuq livell nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Iskema għall-Proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli għall-Intrapriżi Privati, għandha l-faċilita’ li tiffinanzja proġetti f’attrazjonijiet turistika. L-iskema tkopri interventi varji li jiffukaw fuq il-prodott, l-ambjent, informatika, studji speċjalizzati u marketing.
Taħt l-ewwel sejħa ta’ l-iskema tletin benefikant ġew allokati fondi. Minn dawn il-benefikanti, l-iskema ffinanzjat tlett proġetti li huma attrazzjonijiet turistiċi taħt l-ewwel sejħa. Dawn huma Maypole Valletta Ltd, Katridral Metropolitan ta’ Malta u l- Limestone Heritage.
Barra minn hekk, il-mużewijiet u s-siti storiċi mmexxija minn Heritage Malta ukoll huma attrazzjonijiet turistiċi u dawn jingħataw finanzjament mill-Gvern ukoll.
Attrazzjonijiet turistiċi jinkludu ukoll postijiet naturali u ta’ valur ambjentali bħar-riżervi naturali.
Rigward fondi mill-Unjoni Ewropea, bħalissa qed jiġu implementati diversi proġetti f’postijiet ta’ attrazzjoni turistika. Fost dawn hemm proġett ta’ titjib fil-Qawra (permezz ta’ akkwarju, mużew tal-arkeoloġija ta’ taħt il-baħar, skola tad-
diving
, eċċ), f’Pembroke (tisbiħ tal-patrimonju naturali) u f’San Pawl il-Baħar (titjib fil-pavimentar tal-promenade). Apparti minn hekk, grazzi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, qed isiru wkoll proġetti ta’ tisbiħ, ċentru/i għal viżitaturi, passaġġi, programmi ta’ moniteraġġ, riċerka u analiżi, ilqugħ protettivi u miżuri oħrajn għal protezzjoni mill-elementi f’siti ta’ importanza arkeoloġika bħalma huma l-Katakombi ta’ San Pawl, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien u t-Tempji tal-Ġgantija.
Attrazzjonijiet turistiċi jinkorporaw attrazzjonijiet storiċi, kulturali, ambjentali, rurali, arkitettoniċi u ta' divertiment fost l-oħrajn. It-tipi ta' attrazzjonijiet ivarjaw skond l-interessi partikolari tal-vjaġġatur jew turist. Minħabba n-natura diversa ta' dawn l-attrazzjonijiet ma jkunx possibbli jew prattiku li wieħed jiġborhom f'lista waħda iżda li jippreżentahom b'mod kategorizzat bħal ma wieħed jista jsib fil-portal www.visitmalta.com. It-teknoloġiji tal-Web 2.0 li se jiġu nkorporati f'dan il-portal meta jiġi mġedded aktar tard din is-sena, se jippermettu li listi bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jiġu ntegrati f'sistemi ta' mapep virtwali li permezz ta'
layering
wieħed ikun jista' jindika x'tipi ta' attrazzjoni qiegħed ifittex u jiġġenera mappa lokali li tindika fejn jinsabu dawn l-attrazzjonijiet flimkien ma link lejn il-websajt uffiċjali tagħhom.
ħajt mibni madwar kull għalqa li tmiss ma' triq pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li teżisti liġi li tesiġi li kull għalqa li tmiss ma' triq pubblika għandu jkollha ħajt li jdawwarha? Jista' jgħid jekk sarx xi studju sabiex juri kemm fadal għelieqi li għad m'għandhomx dan il-ħajt mibni fiċ-ċirkonferenza? Veru jew mhux veru li hemm pieni f'multi ta' flus għal dawk li għadhom ma bnewx dan il-ħajt? Kemm hawn għelieqi li għad m'għandhomx dan il-ħajt mibni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jistgħu jiġu aċċettati kumpaniji li jieħdu kuntratti mal-Gvern meta l-istess kumpaniji jagħmlu waħda mill-kondizzjoni lill-impjegati li jkunu sejrin jimpjegaw magħhom li ma jistgħux jidħlu ġewwa union għaliex inkella jkeċċuhom? Kif nistgħu naċċettaw dawn il-kundizzjonijiet li jiċħdu drittijiet bażiċi tal-ħaddiema li jħaddmu magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ħaddiem għandu l-protezzjoni tal-liġi ndustrijali u ma jistax jitkeċċa sempliċiment għax ikun imsieħeb f’union.
F’każ li xi ħadd jiġi mkeċċi mix-xogħol għal xi raġuni li ma tinħassx li tkun ġustifikabbli, l-Liġi tipprovdi li l-ħaddiem jista’ jirreferi l-każ tiegħu lit-Tribunal Industrijali. Jekk jinstab li l-ħaddiem ikollu raġun, it-Tribunal jista’ jordna lil min iħaddem iħallas kumpens għal-aġir illegali li jkun wettaq fil-konfront tal-ħaddiem. Dan minn barra li t-Tribunal jista’, jekk ikun hemm talba f’dan is-sens, jordna li l-ħaddiem jingħata ri-impieg.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-allokazzjoni li ngħatat lil kull kunsill lokali għas-sena li tagħlaq fl-2010 kif ikkomparata mal-istess perjodu għas-sena preċedenti fl-oqsma ta':
a)
parks and gardens
?
b) soft areas and verges?
ċ) street sweeping?
d) road signs and markings?
e) road maintenance?
f) street lighting?
g) bus shelter?
ġ) public conveniences?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13861.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandux Research Unit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandux Research Unit, uffiċjali mid-Dipartiment jagħmlu riċerka skont il-ħtieġa tax-xogħol. Għal dan l-iskop isir użu minn diversi sorsi fosthom: Il-Kunsill tal-Ewropa, Organizzazzjonijiet speċjalizzati fir-riċerka bħal per eżempju: il-Council of European Municipalities and Regions (CEMR) u d-Dexia, studenti tal-Università ta’ Malta, kif ukoll permezz ta’ kuntatti li għandu ma’ Dipartimenti analogi f’pajjiżi oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2009? Liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw xi attività kulturali? Meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet u x-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm ġiet tiswa fi flus kull attività? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali u ċioe kemm ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm ħarġet kull awtorità governattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2009, il-Gvern ħareġ € 129,000 għall-iskema Attivitajiet Kulturali. Il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn din l-iskema huma:
Kunsill Lokali
Ammont
€
L-Imdina
6,000
Il-Birgu
5,500
Il-Birgu (2)
6,000
L-Isla
5,500
Ħal Qormi
4,500
Ħal Qormi (2)
5,500
Ħaż-Żabbar
4,000
Ir-Rabat (Għawdex)
5,000
Il-Furjana
5,500
Għajnsielem
5,000
L-Għarb
5,000
Il-Ħamrun
5,000
Ta' Kerċem
4,500
Marsaxlokk
4,500
Il-Mellieħa
4,500
L-Imqabba
5,000
Il-Munxar
5,000
In-Nadur
4,500
Il-Qala
4,500
Il-Qrendi
4,500
San Lawrenz
5,000
Ħal Tarxien
5,000
Ix-Xagħra
4,500
Iż-Żebbuġ (Għawdex)
4,500
Iż-Żurrieq
5,500
L-Imtarfa
5,000
Total
129,000
Ta’ min iżid, illi l-Kunsilli Lokali ta’ Fontana u l-Għasri kienu bbenfikaw minn din l-iskema imma kkanċellaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom u għaldaqstant ma ħadux il-flus li kienu intitolati għalihom.
Dwar meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet u kemm swew lill-Kunsilli Lokali, l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsilli lokali — finanzjament għall-attivitajiet kulturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2010? Liema huma l-kunsilli lokali li se jorganizzaw xi attività kulturali? Meta se jiġu organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet, ix-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm qed tiġi stmata fi flus kull attività? Kemm se joħroġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali ċioe kemm se joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm se toħroġ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-Kunsilli li ser jingħataw fondi mill-iskema finanzjament għall-attivitajiet kulturali 2010. F’din it-tabella hemm ukoll kemm ser jieħu kull Kunsill, meta ser issir l-attività u l-ispiża stmata ta’ l-istess attività. Il-fondi ser jinqasmu bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Kunsilli lokali — fondi speċjali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta' fondi speċjali għall-kunsilli lokali għal din is-sena, jiġifieri għas-sena 2010? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi għajnuna/skemi/inizjattivi tal-Unjoni Ewropea fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Minn liema għajnuna/skemi/inizjattivi bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iSkemi ta’ fondi Speċjali għall-2010 huma dawk elenkati f’Memo 90/2009 li l-Onorevoli Interpellant għandu kopja tagħha.
Dwar il-fondi mill-Unjoni Ewropea, din qed tiġi kumpilata u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi introdotti bħala skemi ta' fondi speċjali għall-kunsilli lokali fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? X'kien l-ammont fi flus f'kull skema? Liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dawn l-iskemi u liema kienu l-iskemi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-snin 2005 sa 2008 ma kien hemm l-ebda skemi ta’ fondi speċjali. Ir-risposta dwar l-ammont ta’ flus għal skemi ta’ fondi speċjali fl-2009 ġiet mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13663.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-permessi meħtieġa biex tibda titħaddem parti mill-landfill għall-hazardous waste? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni oriġinarjament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ewwel applikazzjoni tal-IPPC għall-landfill tal-iskart perikoluż ġiet sottomessa lill-MEPA f’Diċembru tal-2005. Din ġiet evalwata minn konsulenti mqabbda mill-MEPA għal dan il-għan, u l-ewwel kummenti u mistoqsijiet għal aktar informazzjoni ntbagħtu lill-applikant f’Settembru tal-2007. Wara dan, l-applikant informa lill-MEPA bl-intenzjoni li tiżdied l-applikazzjoni għaż-żona tat-trattament. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-IPPC (li huwa legalment responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-IPPC), f’April tal-2008 informa lill-applikant li dawn iż-żewġ attivitajiet ser jiġu meqjusin f’applikazzjoni waħda. Informazzjoni rigward iż-żona tat-trattament waslet għand il-MEPA f’Jannar tal-2008, u iktar informazzjoni rigward il-landfill waslet f’Lulju tal-2008. Din l-informazzjoni ġiet evalwata mill-MEPA u fi Frar 2010 il-MEPA staqsiet għal iktar informazzjoni rigward it-tip ta’ skart li se jidħol fl-impjanti, il-kwantitajiet previsti, it-tip ta’ trattament li se jsir u pjanti tal-proposta.
Triq tal-Ibraġġ — bankina okkupata - periklu tar-residenti
Question
Peress li għal dawn l-aħħar ħames snin, residenti tal-Ibraġġ Road faċċata tal-Halland Hotel, qed ikollhom jimxu f'nofs ta' triq minħabba li l-bankina hija okkupata u l-awtoritajiet lokali minflok ma ħadu passi preventivi, ħallew titwaħħal tabella tal-iSmart Meters u l-insistenza biex tiġi ppjanata zebra crossing ħalli ttaffi mill-ispeed li karozzi jsuqu bih lejn/minn Paceville weħlet fuq l-ixkaffa, jista' l-Prim Ministru jikkonferma min hu lest li jerfa' kull responsabilità f'kull każ ta' aċċident fatali, kif ukoll li jinsisti mal-awtoritajiet lokali biex jittieħdu passi preventivi għas-sigurtà tar-residenti tal-lokal?
Minħabba l-gravità tal-każ, ma jemminx il-Prim Ministru li l-Gvern Ċentrali għandu jagħti l-input tiegħu direttament f'din il-kwestjoni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14361 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u 13440 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiki jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet mitluba kjarifika dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa minn xi pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea.
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14884, 14636, 14096, 13257, 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-iżvilupp sena b'sena mill-2003 sal-2009? Kemm hemm minn dawn l-applikazzjonijiet għadhom jistennew li joħroġilhom il-permess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-figuri mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tinkludi l-
First Decisions
kollha inklużi applikazzjonijiet sospiżi u mhux attivi.
Kunsilli lokali jagħmlu użu mill-iskejjel tal-istat
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12455 u jgħid kemm hemm kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-istat għall-ġid tal-komunità tal-lokal wara l-ħin tal-iskola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12455, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma, lista ta’ dawk il-Kunsilli li jagħmlu użu mill-iskejjal tal-istat għall-ġid tal-lokal wara l-ħin tal-iskola.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12541 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-diskors tal-budget paġna 44, jista' jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens : a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?
Kunsilli lokali — website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx il-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-kunsill lokali tagħhom jidher fuq il-website tad- Dipartiment għall-Gvern Lokali? X'passi se jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?