Jekk huwa minnu li diġà nbeda xi xogħol fuq l-extension tal-power station ta’ Delimara, jista' l-Prim Ministru jgħid a bażi ta’ xiex sar dan meta s’issa kull ma nħareġ kien outline development permit u għadu ma nħarġix ir-rapport tal-awditur?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa biex jinbnew sheds għall-baqar, madwar Malta u Għawdex, rispettivament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14220 u 15359 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14222 ,15631 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15202 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, jista' jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
maternity u paternity leave — pożizzjoni tal-Gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15197 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern a rigward il-proposti ta' l-estensjoni tal-maternity leave għall-20 ġimgħa u tal-paternity leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jistudja l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-proposti u għadha ma ttieħditx deċiżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta' Etika jew struzzjonijiet ta' regoli ta' etika li wieħed jippresupponi li nħarġu lill-Onor. Membri li qed jokkupaw il-kariga ta' Assistenti Parlamentari kontestwalment mal-ħatra tagħhom? X'se tkun ir-remunerazzjoni tagħhom, inkluż xi fringe benefits jekk inhu l-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kodiċi ta’ Etika għall-Assistenti Parlamentari ser jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.
Għar-rigward remunerazzjoni nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.
Kunsilli lokali — elezzjonijiet għall-kumitati tal-hamlets
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-ġimgħat li ġejjin se ssirilhom l-elezzjoni għall-kumitati tal-hamlets? Meta mistennija ssir kull elezzjoni? Kemm hu n-numru ta' nies li huma eliġibbli li jivvutaw f'kull hamlet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li għall-ewwel parti tal-Misoqsija jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13712.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ nies li huma eliġibbli li jivvutaw f’kull komunità qed nelenka n-numru ta’ votanti fil-komunitajiet eżistenti (skont l-aħħar reġistru elettorali).
Il-votanti għall-Kumitati tal-Komunitajiet il-ġodda għad irid jiġu pubblikati fir-Reġistru Elettorali l-ġdid li jinħareġ f’April 2010.
Kunsilli lokali — memos mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu memos lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fis-sena 2009? Liema kienu? Huwa possibbli li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memos kollha tas-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm inħarġu memos fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Liema kienu? Huwa possibbli li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memos kollha ta' kull sena msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi lista ta’ memos li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ mit-2005 sal-2009. Bħal ma jista’ jinnota l-Onorevoli Membru kien hemm 211 il-memo.
Tajjeb ngħid li l-Onorevoli Interpellant jirċievi kopja ta’ kull
memo
maħruġ mid-Dipartiment fil-kapaċità tiegħu bħala
Shadow Minister
tal-Kunsilli Lokali.
Minħabba l-volum enormi ta’ dokumentazzjoni, l-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jindika liema ċirkolari partikolari għandu bżonn kopja tagħha u din tingħatalu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji użat l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tapprova l-proġett ta' park tal-famlija f'Selmun fit-12 ta' Jannar, 2010 skont il-pjan lokali meta l-inħawi huma barra miż-żona ta' żvilupp, meta tqis li l-Awtorità kienet riġida ħafna fis-snin ta' qabel meta kkunsidrat proposti ta' proġett fl-istess inħawi, imressqa mill-kunsill lokali tal-Mellieħa ta' qabel dak preżenti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jiġri mir-raba' saqwi li jaħdmu l-bdiewa fl-inħawi bejn il-Mellieħa u Selmun, li fuqhom hemm ippjanat li jkun parti mill-park tal-familja approvat fit-12 ta' Jannar 2010 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Permess PA1258/09 li ġie approvat fit-12 ta’ Jannar, 2010 ħareġ bħala amenda ta’ permess ieħor PA2806/04 li nħareġ fil-5 ta’ April, 2005. Dan il-permess ħareġ b’kundizzjoni li tobbliga l-applikant illi fejn qegħda tiġi affetwata xi ħamrija fuq is-sit inkwistjoni l-ewwel irrid iġib permess mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14746 u 13685 u ċioe: billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikkmanda li m'għandhom isiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
Kumpaniji/individwi — impjieg ta' nies b'paga baxxa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14995 u jgħid kemm-il każ kien hemm, minn Ġunju 2009, fejn kumpaniji/individwi nqabdu jimpjegaw nies u jħallsuhom b'anqas mill-paga minima? Jista' jgħid liema kienu u x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn Ġunju tas-sena 2009 sallum, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg ħadem fuq tmien każi fejn kumpaniji jew individwi nqabdu jimpjegaw nies u jħallsuhom b’inqas mill-paga minima.
Wara l-interventi neċessarji minn naħa ta’ uffiċjali tad-Dipartiment, min iħaddem irregolarizza ruħu f’ħames kazi. Tlett każi oħra għadhom qed jiġu investigati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
MCESD — Civil Society Committee - numru ta' laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' s-Civil Society Committee fi ħdan l-MCESD miċ-chairperson tal-MCESD skont il-liġi, xahar b'xahar fl-aħħar sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
B'referenza għal dak li ġie rapportat li l-parlamentari tal-gvern (backbenchers) se jingħataw xi tip ta' rwol f'ministeri partikolari, jista' l-Prim Ministru jgħid:
i) x'se tkun il-funzjoni ta' dawn il-membri partikolari?
ii) dawn kemm se jitħallsu għax-xogħol li se jwettqu inkluż allowances li jistgħu jingħataw?
iii) ma jaħsibx li dan se joħloq konflitt bejn ir-rwol tal-membri partikolarment bħala leġislatur ma' rwol eżekuttiv tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Assistenti Parlamentari se jkollhom l-irwol li jassistu lill-Ministri li jkunu assenjati magħhom fix-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-Parlament. Dan l-irwol huwa mibni fuq il-prattika ta’ parlamenti oħrajn, fosthom il-House of Commons u mhux se joħloq konflitt bejn ir-rwol leġislattiv u dak eżekuttiv.
Il-ħsieb huwa li l-honorarium parlamentari tal-Assistenti Parlamentari jkun bħal dak tal-presidenti tal-Kumitati Permanenti tal-Kamra.
Kundizzjonijiet tax-xogħol fl-iskema tal-Community Works
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li qed jiġu applikati fil-konfront ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u li qed ikunu utilizzati f'ħidmiet fil-kunsilli lokali bħala parti mill-iskema tal-Community Works? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa jkollhom jaħdmu dawn il-persuni? Kemm jitħallsu għal kull siegħa? Għandhom dritt ta' leave jew sick-leave? Jekk m'għandhomx dritt għal dawn il-ġranet, x'jiġri fil-każ ta' meta persuna tkun ma tiflaħx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din l-iskema ġiet imħabbra fil-baġit, allura hi miżura tal-Gvern mhux ta’ l-ETC. L-ETC daħlet f’din l-iskema għax naturalment il-parteċipanti huma klijenti tagħha bħala persuni li qed jirreġistraw.
Eleġibbli huma dawk il-persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal ħames snin u aktar u li jkunu qed jirċievu l-benefiċċju tal-qagħad. Dawk magħżula jagħmlu 30 siegħa ħidma fil-ġimgħa ma' entità li magħha jkunu ġew assenjati għal perjodu ta` mhux anqas minn sitt xhur kull darba li jiġu magħżula biex ikunu fl-iskema. Dan hu ekwivalenti għal 780 siegħa. Ta' dan qed isir ħlas addizzjonali li meta miżjud mal-benefiċċju tal-qagħad li diġà qed jirċievu jiġi ekwivalenti għal 75% tal-paga minima nazzjonali kif kien ġie mħabbar fil-baġit. Billi dawn mhux impjegati, fil-fatt ma jħallsux il-kontribuzzjoni Nazzjonali, il-bolla, ma humiex intitolati għal-
leave
biss meta jkunu jew morda jew ikollhom xi ħtiġijiet tal-ħajja bħal appuntamenti l-isptar, jew qrati, safar minħabba mard, mewt jew twelid fil-familja u ċirkostanzi oħra ġustifikati jinfurmaw lil entità li magħha jkunu assenjati u jippreżentaw evidenza li tkun turi dan. F`kull każ iż-żmien li jkunu assenti jridu xorta jagħmluh ħidma wara u dan biex ma jkunx hemm preċedenti fis-sens li parteċipant jagħmel 780 siegħa u ieħor jagħmel siegħa anqas. M'hemmx limitu kemm persuna tirraporta li ma tistax tattendi għall-ħidma, l-importanti li kemm persuna tkun assenti trid tagħmel tajjeb għalih meta ċ-ċirkostanzi jippermettulha tagħmel dan.