Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15571, 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference li fit-termini tagħhom se jaħdmu l-assistenti parlamentari? Jista' jgħid skont liema liġi qed jinħolqu dawn l-assistenti parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Assistenti Parlamentari se jkollhom l-irwol li jassistu lill-Ministri li jkunu assenjati magħhom fix-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-Parlament. Dan l-irwol huwa mibni fuq il-prattika ta’ parlamenti oħrajn, fosthom il-House of Commons.
Wara li l-bieraħ fi programm televiżiv ġie kkonfermat li l-parti tat-Teatru fil-proġett propost minn Renzo Piano għad-daħla tal-Belt Valleta se jiġi jiswa mat-€8 miljun, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed ikun maħsub li jiġu jiswew, separatament, il-partijiet l-oħra li jiffurmaw parti minn dan il-proġett propost jiġifieri kemm se jiswa l-bini mill-ġdid tad-daħla u kemm se jiġi jiswa l-bini propost għall-Parlament il-ġdid?
Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-problema tal-qgħad
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm Malta u Għawdex separatament ħadu l-Fondi mill-Unjoni Ewropea biex il-qasam tax-xogħol jiffaċċja l-problema tal-qgħad? Jekk inġiebu xi fondi, jista' jelenka minn liema programm tal-Unjoni Ewropea dawn inkisbu? Xi proġetti twettqu jew qed jitwettqu s'issa?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15504, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm-il darba, persuna li tkun qed tirreġistra, tista' tiġi magħżula biex taħdem fl-iskema tal-Community Works, jiġifieri, wara l-ewwel terminu ta' 780 siegħa tista' tingħata terminu ieħor? Wara li jispiċċa dan it-tieni terminu, tista' tingħata terminu ieħor jew le? Kemm ilha titħaddem din l-iskema, kien hemm persuni li waqt li kienu qed jaħdmu skont kif stipulat minn din l-iskema, sabu mpjieg? Jekk iva, kemm kienu dawk li sabu mpjieg u allura waqqfu milli jkomplu bil-Community Work u waqqfu ukoll milli jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tal-parteċipanti fl-iskema, ma hemm xejn li jindika kemm persuna li tkun eliġibbli tista tiġi magħżula biex tipparteċipa. Fil-fatt l-ewwel mitt persuna li kienu qed jipparteċipaw fl-ewwel sitt xhur, meta l-iskema kienet waħda pilota, se jerġgħu jiġu magħżula biex jagħmlu terminu ieħor ta’ sitt xhur. Dan jiġi determinat u hu marbut mat-talbiet li jagħmlulna l-entitajiet li qed jagħmlu użu mill-iskema, fis-sens jekk jikkonfermawx jew le li jridu li dawn il-persuni ikomplu magħhom.
Fil-fatt it-tletin parteċipant minn Għawdex li kienu assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin reġgħu bdew it-tieni terminu tagħhom ħafna minnhom mal-istess Kunsill li kienu tul l-ewwel sitt xhur. Dan juri s-sodisfazzjon li ħafna mill-Kunsilli sabu fil-ħidma mwettqa mill-parteċipanti assenjati lilhom tul l-ewwel sitt xhur.
Tul l-ewwel sitt xhur tal-iskema – iva – kien hemm 9 persuni li jew ma aċċettawx mill-ewwel li jipparteċipaw fl-iskema għax qalu li sabu mpjieg kif appena infurmajnihom li se jibdew fl-iskema jew għamlu dan ftit wara li daħlu fl-iskema. Ma’ dan kien hemm 16 il-persuna oħra li ma aċċettawx li jmorru fl-iskema allura ġew maqtugħa mir-reġistru tal-qgħad. 9 persuni oħra ġabu ċertifikat mediku li jimpedihom milli jaħdmu allura ma jistgħux jirreġistraw proprju għax ma jistgħux jaħdmu. Dawn ġew referuti għall-bord li hamm apposta biex jara l-każ tagħhom individwalment. Kemm il-darba il-bord imsemmi ma jilqax it-talba tagħhom dawn jerġgħu jibdew jirreġistraw u allura jiġu mill-ewwel eliġibbli għall-iskema.
Kuntratt ta' nationalisation — policy tas-Central Malta Local Plan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' nationalisation kif applikat fil-policy tas-Central Malta Local Plan CG02.3.3.3 fejn l-iskema tal-bini tispiċċa f'appoġġ mikxuf u f'każijiet bħal dawn jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, hux applikabbli f'kull każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti minn pjani lokali oħrajn?
Jista' l-Prim Ministru tgħid jekk hemmx xi liġi li tirregola x-xogħol ta' restawr li hawn f'Malta u f'Għawdex? Jekk hemm, liema hi din il-liġi? Meta daħlet fis-seħħ? Tista' tgħid x'inhuma l-kwalifiki biex persuna tissejjaħ restawratur? X'irid jagħmel individwu biex iġib dawn il-kwalifikazzjonijiet? Xi kwalifiki bażiċi jkun hemm bżonn biex tieħdu dan il-kors imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħol ta’ restawr huwa rregolat mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali tal-2002. Din il-liġi daħlet fis-seħħ fl-2003.
Skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ‘ħadd ma għandu jeżerċita l-professjoni ta’ konservatur-restawratur kemm-il darba ma jkunx id-detentur ta’
warrant
’. Il-kwalifiki legali biex persuna issir detentur ta’
warrant
huma definiti fl-Artikoli 21 u 23 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.
Biex individwu jġib dawn il-kwalifiki jrid jattendi għall-korsijiet ta’ Baċellerat u Masters fil-konservazzjoni u restawr.
Il-kwalifiki neċessarji biex tidħol għal dawn il-korsijiet huma: rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif speċifikat fl-
Admissions Regulations
ta’ l-Università ta’ Malta (Education Act (Cap. 327) – (
Admissions Regulations
, 1997).
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mhumiex iżommu mar-regoli dwar meta għandha tissejjaħ laqgħa tal-kunsilli lokali? X'passi se jittieħdu kontra dawk il-kunsilli ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm żewġ kunsilli li qabżu il-perjodu ta’ ħames ġimgħat li huma l-Mosta u San Ġwann. Fiż-żewġ każi, id-dewmien kien kaġun ta’ mard. F’ta’ l-ewwel kien is-Sindku u fil-każ tal-Mosta kien is-Segretarju Eżekuttiv li kien marid. Għaldaqstant iż-żewġ każijiet kienu ġustifikati.
Jista' l-Prim ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għamlu laqgħa tal-kunsill lokali mhux fil-ħin stipulat fil-liġi? X'passi se jittieħdu kontra dawk il-kunsill ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent ma jirriżultax li hemm xi kunsill lokali li m’għamilx il-laqgħa tiegħu fil-ħin stipulat fil-liġi.
Dipartiment għall-Gvern Lokali — penali lil xi kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali fejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta xi penali? Għal liema raġuni ngħatat din il-penali ? Kemm kien il-penali għal kull każ ? F'liema sena minn mindu twaqqaf il-kunsill lokali ntgħatat il-penali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-kunsill ;okali li ngħataw xi penali sa minn meta bdiet titħaddem din is-sistema.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15092 u ċioe: Billi l-Ministru Fenech ftit ilu għarraf lill-Kamra li l-emendi għall-masterplan ta' Manoel Island tal-MIDI li jolqtu ukoll il-bini ta' football ground ġdid għall-Gżira Utd FC ilhom li ġew sottomessi mill-11 ta' Ottubru 2006, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-approvazzjoni ta' dan il-masterplan minħabba li qed jżomm l-iżvilupp tal-football ground konċernat, apparti minn żviluppi oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess relatat ma’ din l-applikazzjoni għadu għaddej u fil-fatt ġew sottomessi emendi oħra għall-masterplan ta’ Manoel Island, l-aħħar emenda waslet għand il-MEPA fl-4 ta’ Diċembru 2009. Il-fatturi li qed jiġu kkunsidrati huma marbuta ma’ diversi aspetti fosthom l-impatt viżwali, l-aspett storiku kif ukoll l-ippjanar tas-sit kif ipparagunat ma’ dak li diġà kien approvat bil-permess ‘Outline’ oriġinali li kien maħruġ fl-1999. Wara dan l-istadju ta’ din l-applikazzjoni, id-direttorat ta’ l-ippjanar ikun jista’ jipproċedi bir-rakkmandazzjoni għall-Bord ta’ l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Kunsill Lokali — xogħol li jingħata lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema u x'tip ta' xogħol jingħata lill-kuntratturi mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsill lokali jista’ joħroġ sejħa biex jingħata xogħol, oġġett jew servizz għal xi waħda mill-funzjonijiet elenkati fl-Artikolu 33 tal-Att dwar Kunsilli Lokali.
kunsilli lokali li investew b'mod finanzjarju fi proġetti ta' natura sportiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li investew b'mod finanzjarju fi proġetti ta' natura sportiva fil-lokalità tagħhom? Kemm kien l-investiment f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi dawk il-kunsilli lokali li wettqu proġetti ta’ bini ta’ xi faċilità sportiva matul l-2008 u l-2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lokal b'lokal kemm inħarġu tenders mill-kunsilli lokali matul is-sena 2009? Fiex kienet tikkonsisti, min kienu l-applikanti, lil min ġiet mogħtija u għal kemm ammont?
Triq tal-Ibraġġ — bankina okkupata - periklu tar-residenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15194 u ċioe: Peress li għal dawn l-aħħar ħames snin, residenti tal-Ibraġġ Road faċċata tal-Halland Hotel, qed ikollhom jimxu f'nofs ta' triq minħabba li l-bankina hija okkupata u l-awtoritajiet lokali minflok ma ħadu passi preventivi, ħallew titwaħħal tabella tal-iSmart Meters u l-insistenza biex tiġi ppjanata zebra crossing ħalli ttaffi mill-ispeed li karozzi jsuqu bih lejn/minn Paceville weħlet fuq l-ixkaffa, jista' l-Prim Ministru jikkonferma min hu lest li jerfa' kull responsabilità f'kull każ ta' aċċident fatali, kif ukoll li jinsisti mal-awtoritajiet lokali biex jittieħdu passi preventivi għas-sigurtà tar-residenti tal-lokal?
Minħabba l-gravità tal-każ, ma jemminx il-Prim Ministru li l-Gvern Ċentrali għandu jagħti l-input tiegħu direttament f'din il-kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEPA ħarġet Enforcement Notice minħabba li hemm front garden wall li huwa mibni barra l-linja uffiċjali tal-bini. Din l-Ordni ta' Twettiq madankollu ma tistax tiġi esegwita mill-MEPA għax ġiet appellata fiż-żmien stipulat fil-liġi.
Ninsab infurmat ukoll illi għar-rigward tal-
pedestrian crossing
fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq tal-Ibraġġ, fl-aħħar seduta tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi li saret nhar il-Erbgħa 17 ta’ Frar 2010, ġie deċiż illi jintalbu kwotazjonijiet tax-xogħlijiet rikjesti. Il-Kunsill kiteb ukoll lil
Transport Malta
sabiex issir żjara fuq il-post u jiġi identifikat eżatt fejn din trid issir.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15316, 14884, 14636, 14096, 13257, 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm applikazzjoni waħda pendenti għal shooting ranges.
Il-
policy
dwar
shooting ranges
hija waħda mill-
policies
li ser inkunu qed nanalizzaw fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
F’din l-analiżi l-Gvern ser ikun qed jikkonsulta ma entitajiet governattivi u mhux governattivi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Kunsilli lokali — skema finanzjarja msejħa Għajnuna lill-Kunsilli Lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14766 nitlob lill-Prim Ministru jwieġeb u jikkonferma meta approva l-policy għall-għajnuna finanzjarja biex ikun jista’ jsir rapport tekniku socjo-ekonomiku (E.I.A.) dwar l-impatti li jkunu se jolqtu lil-lokalità tagħhom negattivament, liema għajnuna finanzjarja ma taqax taħt l-Art 33 tal-Att Dwar il-Kunsilli Lokali. Il-policy qegħda taħt il-heading, “Għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jippreparaw rapporti dwar proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom”.
1) Meta l-policy ġiet fis-seħħ?
2) Meta ġew mgħarrfa formalment il-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex?
3) Meta applika l-Kunsill Lokali tal-Qala?
4) Il-Kunsill Lokali tal-Qala qatt tħallas taħt din il-policy jew le, dan aktar u aktar billi fil-gazzetta The Times tad- 9 ta' Ġunju 2008, intqal li l-Kunsill Lokali tal-Qala kienu tħallsu taħt din l-policy?
5) Kemm kien hemm talbiet oħrajn pendenti?
6) Kemm minnhom ġew aċċettati?
7) Kemm minnhom ġew rifjutati u liema kienu fiż-żewg każi?
8) Inkisbet awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi qabel ma nħarġet din l-policy u
9) Jista' jgħid jekk għadhiex fis-seħħ?
Nitolb lill-Prim Ministru ġentilment tirreferi ukoll għall-kopja tal-policy relevanti li ngħatat mill-Ombudsman lil terzi, liema policy ingħata lilu minn Dr Chris Said innifsu, kif ukoll għal dak li qal verbatim Dr Chris Said waqt il-program fuq SMASH TV "KLIEM U FATTI" flimkien ma' artiklu li kien deher f'The Times tad-9.6.08 in konnessjoni mal-mistoqsija 14766 li qatt ma ġie kkoreġut?