Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju ta' segretarju eżekuttiv tal-kunsilli lokali? X'kundizzjonijiet u fringe benefits oħra għandu jkollhom bħala parti mill-kuntratt? X'inhi l-kwalifika minima li għandu jkollha persuna għal dan il-post?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom bins fejn jista' jiġi separat l-iskart? Kemm hemm f'kull lokalità konċernata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata matul is-sena 2009 rispettivament? F'liema gradi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata tul is-sena 2009 hu ta’ 251. Dawn huma mqassmin kif ġej:
Gunner għal Lance Bombardier 74
Gunner għal Bombardier 1
Lance Bombardier għal Bombardier 101
Bombardier għal Surgent 33
Surgent għal Staff Surgent 19
Staff Surgent għal Warrant Officer Class II 10
Warrant Officer Class II għal Warrant Officer Class I 6
Warrant Officer Class I għal Logutenent 4
Logutenent għal Kaptan 1
Kaptan għal Maġġur 2
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat in-numru ta' suldati eċċ. li fis-sentejn li ġejjin se jgħalqilhom is-servizz fl-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa kkalkulat li n-numru ta’ suldati li mistennija jispiċċaw mis-servizz bl-età ta’ l-irtirar fis-sentejn li ġej hu ta’ sittin (60). Wieħed u għoxrin se jispiċċaw fis-sena 2010 fil-waqt li d-disgħa u tletin (39) l-oħra se jispiċċaw fl-2011.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15207 u 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?
Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15209, 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed tirranka xejra negattiva fil-qasam tal-cruiseliners, partikolarment wara d-deċiżjoni li n-Norwegian Gem ma tibqax taħdem f'Malta u biċ-ċans li l-Costa Cruises tagħmel l-istess? Veru li l-problema hi waħda ta' spejjeż relatati mal-Port Malti? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jilqa' għal dan d-debuckle?
talbiet fit-tribunal dwar il-konsumatur — informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet fit-tribunal dwar il-konsumatur xahar b'xahar fl-aħħar sena? Kemm minnhom intrebħu mill-konsumatur? Kemm minnhom ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell sede inferjuri? Fuq kemm ittieħdu proċeduri kriminali biex jiġu esegwiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi verifikat jekk fl-inħawi fejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar aċċettat li jsir family park fil-Mellieħa hemm l-ispeċi ta' orkidi piramidali ta' Malta, li hija skarsa ħafna tant li jingħad li fid-dinja kollha tikber biss hawn Malta u ġol-Puglia fl-Italja? Xi protezzjoni se tingħata din l-ispeċi fil-bini tal-park imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt l-ipproċessar ta’ l-Applikazzjoni (PA 1258/09), l-Awtorità fil-fatt investigat dan id-dettal, fost oħrajn permezz ta’ żjarat fuq il-post kif ukoll abbażi ta’ informazzjoni eżistenti. L-art fejn se jsir il-proġett dari kienet art agrikola li mbagħad maż-żmien sfat żdingata u mħarbta, u ma jirriżultax li fuq din l-art tinsab l-orkidea msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15332 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14749, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward tas-snin 2007, 2008 u 2009?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15303, 14746 u 13685 u ċioe: billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikkmanda li m'għandhom isiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15224 u ċioe: In vista tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati fis-sens li l-provediment tal-liġi li forza tiegħu persuna għandha dritt li tikkonverti ċens temporanju tar-residenzi tagħha għal wieħed perpetwu ġie dikjarat li hu kontra l-Kostituzzjoni u peress li l-Parlament huwa tenut li jilleġisla anke soċjalment meta l-esiġenzi soċjali bħal fil-każ preżenti li hekk jirrikjedu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer issir biex l-effetti ta' dawn is-sentenzi jiġu mitigati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 15224.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar liema tibdil fid-diversi liġijiet li jikkonċernaw il-konsumatur hu mistenni li jiġu proposti fil-futur qarib? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm tibdil f'dawk li huma l-Uffiċċji għall-Kummerċ Ġust?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturar qiegħed fi stadju avvanzat u aktar dettalji f’dan ir-rigward jingħataw ’l quddiem.
information boards biex ikunu ta' għajnuna għat-turisti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm ħafna faċilitajiet turistiċi, kemm pubbliċi, kif ukoll privati, jitqiegħdu information boards f'diversi inħawi tal-lokalità biex il-viżitaturi jkunu f'qagħda aħjar li japprezzaw il-faċilitajiet u l-inħawi oħra ta' importanza li jkun hemm fl-istess lokalità?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta fir-reklutaġġ li jmiss fl-1 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma kien indikat fil-ħarġa tal-gażżetta tal-Gvern ippublikata nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2010, hu maħsub li fir-reklutaġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta li hu ppjanat li jibda wara l-1 ta’ Jannar 2010, jiġu ngaġġati madwar erbgħin (40) rekluta ġdid/a.
mechanics fuq vetturi militari tal-missjoni militari taljana
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’ser isir mill-ħaddiema pajżana li kienu jaħdmu bħala mechanics fuq il-vetturi militari tal-missjoni militari Taljana? Jista' jgħid jekk ġietx aċċettata l-ittra ta’ referenza tal-maġġur Galantucci fil-konfront tagħhom? Jista' jgħid jekk hux se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fl-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajjeb li wieħed isemmi li l-ħaddiema msemmija huma prinċipalment ħaddiema taċ-Ċivil impjegati ma’ l-Armata u li għal dawn l-aħħar snin dawn kienu assenjati xogħol bħala mechanics fuq il-vetturi militari Taljani. Issa li dawn l-istess vetturi ġew mogħtija lill-Armata Maltija huma ser jibqgħu jagħmlu l-istess xogħol ta’ mechanics fuq il-vetturi ta’ l-Armata tagħna inklużi dawn il-vetturi.
Dwar l-ittra ta’ referenza msemmija din qiegħda tingħata l-attenzjoni tagħha fid-dawl li l-
progression
ta’ dawn l-impjegati taqa’ taħt il-qafas tal-
Public Service Management Code
.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15598 u 15202 u ċioe: Peress li dan l-aħħar qed tiżdied l-inċidenza ta' theddid ta' bomba fil-Qorti t'Għawdex li qed joħloq ċertu paniku u bir-raġun; peress li f'Għawdex m'hemmx skwadra jew nies speċjalizzati fuq il-bomb disposal, jista' jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex f'Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz li kulma jmur iktar qed jinħass il-ħtieġa għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta hija entità speċjalizzata li tirrikjedi investiment sostanzjali kemm f’terminu ta’ riżorsi umani kif ukoll f’apparat sofistikat. Għaldaqstant ikun aktar għaqli li kull investiment ġdid imur sabiex tissaħħaħ l-iskwadra eżistenti flok isir duplikazzjoni ta’ din is-sezzjonali.
F’Malta u Għawdex għandna l-vantaġġ taċ-ċokon li jwassal sabiex ir-
Response Time
dejjem kien wieħed raġonevoli.