Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Assistenti Parlamentari mal-Ministri li nħatru riċentament hux qed jitħallsu ta' din il-kariga u tax-xogħol li ġġib magħha? Qed jingħataw xi tip ta' allowance? Jekk fl-affermativ, jista' jgħid kemm jammonta dan il-ħlas u ta' xiex qiegħed jingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 15499.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx xi studji fuq Tas-Sliema, f'dak li jikkonċerna ambjent, arja, traffiku u l-effetti fuq ir-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta saru? Jekk fin-negattiv, meta għandha ħsieb li dawn ir-rapporti jsiru?
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma s-Segretarji Eżekuttivi f’kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex? F’liema sena ħarget l-approvazzjoni mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, aktar tard dipartiment tal-gvern lokali, għal kull segretarju eżekuttiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 1803.
Vide PL 4257 mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 204 nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu 2010.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll għandha l-Awtorità tat-Turiżmu f'Malta dwar il-ftehim li suppost għandhom sidien ta' lukandi/restaurants biex l-iskart tagħhom fil-fatt jinġabar mingħajr ma jkun hemm ħafna skart li jitħalla jiġri fit-toroq? Meta saret l-aħħar ġabra ta' informazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt dawn il-ftehim jeżistu? X'irriżulta mill-ġbir ta' din l-informazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti relatati mal-interpellanzi numru 2330 u numru 2275.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-sena 2009. Bħalissa għaddej ukoll proċess biex tinxtara karozza għall-MEUSAC biex tissostitwixxi karozza li bħalissa qed tintuża.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9867 u jispjega lill-Parlament x'inhi l-qagħda li jinsab fiha l-ilma tal-Magħluq f'Wied il-Għajn ? Għaliex il-ħut ġo tal-Magħluq qed imut kollu? Possibbli l-gvern m'għandux pjan ta' azzjoni konkreta biex dan il-post potenzjalment tant sabiħ f'Wied il-Għajn jisbieħ? Jekk għandu, jista' jpoġġi l-istudji tal-gvern dwar dan is-settur fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari 9867.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12660, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi makkinarju li jara li x-xogħol li suppost ikun qed jagħmel is-segretarju eżekuttiv tal-kunsilli lokali jkun qed jagħmlu sewwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala uffiċjal li jopera fis-Settur Pubbliku, is-Segretarju Eżekuttiv hu suġġett għall-iskrutinju ta’ diversi entitajiet li jinkludu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u t-Tribunal Amministrattiv mwaqqaf riċentement.
Ta’ min isemmi wkoll li għadhom kemm inħarġu regolamenti dwar it-twaqqif ta’ Bord ta’ Governanza li għandu l-poter li jevalwa u jagħti rakkomandazzjonijiet dwar ilmenti ta’ amministrazzjoni ħażina fuq livell ta’ Gvern Lokali.
Ta’ min iżid li s-Sindku bħala l-Kap Politiku ta’ Kunsill għandu l-obbligu li jissorvelja l-Operat kollu tal-Kunsill Lokali li jkun imexxi, u dan jinkludi l-operat amministrattiv, eżekuttiv u finanzjarju.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ ġew proċessati fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-1999 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità ipproċessat tnax (12)-il applikazzjoni għal turbini tar-riħ mill-1999 sa llum.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet deċiżi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "
turbine
", "turbina", "turbini", "
wind
" jew "riħ".
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għat-turbini tar-riħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għat-turbini tar-riħ ġew aċċettati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità aċċettat ħdax (11)-il applikazzjoni u rrifjutat applikazzjoni waħda (1) għal turbini tar-riħ.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet deċiżi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "
turbine
", "turbina", "turbini", "
wind
" jew "riħ".
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12409 u jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010 u qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabbiltajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabbiltajiet ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Kunsilli Lokali u li issa daħlu kollha fis-seħħ huma dawk li jinsabu elenkati fl-artikolu 19 tal-Att Nru XVI tal-2009.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12541 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-diskors tal-budget paġna 44, jista' jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens : a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena kurrenti hemm żewġ skemi ta’ għajnuna finanzjarja mmirata għal Toroq Residenzjali. L-ewwel skema, tikkonsisti fi Proġett Pilota għat-Toroq u li għaliha ġew magħżula it-Toroq fil-Madliena (Lokalità tas-Swieqi), l-Imqabba u Ħal Kirkop. Għal dawn it-tlett proġetti pilota ġiet ivvutata s-somma ta’ €1 miljun.
Minbarra dan, permezz ta’ ċirkolari maħruġa fil-bidu ta’ din is-sena il-Kunsill Lokali, ġew infurmati li jistgħu joħorġu sejħiet għal offerti ta’ bini ta’ għadd ta’ toroq residenzjali permezz ta’
Public Private Partnership
, fejn il-Kuntrattur ser jiġi obbligat li jibni u jmantni it-Toroq allokati lilu fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, il-gvern qed jalloka €1 miljun bħala fondi speċjali bil-ħsieb li l-Kunsill joħroġ il-parti tiegħu. Hu mmirat li permezz ta’ din l-għajnuna isiru b’kemm jiswew madwar €8 miljun f’xogħlijiet ta’ Toroq Residenzjali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika x’tip ta’ ftehim qed jirreferi għalih, u ċioe jekk hux qed jirreferi għal xogħlijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għan-nom tal-Kunsill, inkella xogħlijiet li saru fuq skala nazzjonali fejn il-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali.
Kunsilli lokali — website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx il-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-kunsill lokali tagħhom jidher fuq il-website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali? X'passi se jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 24 il-Kunsill Lokali li sad-data ta’ din ir-risposta kienu għadhom ma poġġewx il-minuti tal-laqgħat aġġornati fuq il-website uffiċjali tal-Kunsilli Lokali amministrata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Dawn il-Kunsilli huma: Il-Belt Valletta, l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat (Għawdex), Birkirkara, Ħad-Dingli, Il-Gżira, Għajnsielem, L-Għasri, Ħal Għaxaq, Il-Ħamrun, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Il-Mellieħa, Il-Mosta, Pietà, Il-Qala, San Ġwann, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Tas-Sliema, Ħal Tarxien u x-Xgħajra.
Dawn il-Kunsilli ngħataw żmien stipulat sabiex jirregolarizzaw ruħhom u fin-nuqqas ta’ dan se jeħlu penali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx awditur intern fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li għalkemm ma hemmx awditur intern f’xi entità partikolari dan ma jfissirx li ma hemmx sistema ta’ awditjar intern għar-raġuni li peress illi l-awditjar intern fid-Dipartimenti u Entitajiet isir skond l-artikoli 4 u 5 ta’ l-Att dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji, Kap 461.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni fuq persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2009, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku, u mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2009? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal? Jista' jgħid x'kienet r-raġuni tal-kontravenzjoni u kemm nġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13855, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
1. Lista li turi iċ-ċitazzjonijiet kollha li saru separatament matul is-Sena 2009 mill- pulizija u uffiċjali mill-Awtorità tat-Trasport;
2. Lista li turi l-flus li nġabru separatament miċ-ċitazzjonijiet ta’ l-uffiċjali msemmija hawn fuq matul l-istess sena; u
3. Lista bl-aktar għaxar ċitazzjonijiet frekwenti li saru matul is-Sena 2009.
Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad — tarmac lit-toroq
Question
Billi l-Gvern qed jieħu diversi inizjattivi pożittivi biex numru ta' toroq madwar Malta jkunu lesti matul din is-sena, jista' l-Prim Ministru jara li t-toroq li fadal jiġu mogħtija t-tarmac fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad, fil-fatt jingħataw it-tarmac, b'mod partikolari minħabba l-importanza turistika ta' dawn l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6716.