Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha, inkluż id-dokumentazzjoni relattiva, li għaddiet bejn il-Gvern u l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre? Xi stima inizjali għandu l-Gvern dwar kemm ikun jiswa dan ix-xogħol kif prospettat mill-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? X'pariri oħra kellu l-Gvern dwar ir-revamp tal-Mediterranean Conference Centre? Minn min? B'kemm flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tweġiba qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
skart tossiku tal-power station tal-Marsa — stop order
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15422, jista' l-Prim Ministru jgħid l-istop order dwar xiex inħarġet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet żewġ stop orders: Waħda inħarġet lill-Enemalta sabiex l-iskart tal-power station tal-Marsa ma jibqax jiġi trasferit għal sit li ma kellux permess ambjentali speċifiku biex jipproċessa dan it-tip ta’ skart. It-tieni stop order bl-istess data inħarġet lill-operatur tas-sit biex ma jibqax jaċċetta aktar skart ta’ dan it-tip fis-sit imsemmi u sabiex l-iskart tal-power station tal-Marsa li kien hemm maħżun fis-sit jitneħħa minnufih. Wara li l-Awtorità ħarġet l-Stop Orders, il-kuntratt ġie tterminat (nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15422).
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15595, 15631 u 14222 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikkapitilizzaw mill-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għall-iżvilupp turistiku f’Għawdex? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15616, 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tweġiba qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jimpjega skrivani ġodda maċ-Ċivil? Meta hemm il-ħsieb li toħroġ din is-sejħa u xi kwalifiki jrid ikollhom il-kandidati biex ikunu eliġibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ sejħa t’applikazzjonijiet li ħarġet fil-gażżetta tal-Gvern fl-20 ta’ Novembru 2009 għall-ingaġġ ta’ Skrivani ġodda fis-Servizz Pubbliku li turi l-kriterji ta’ eliġibilità, liema kriterji huma miftiehma mal-union/s pertinenti.
Ħaddiema maċ-Ċivil li jokkupaw kariga bħala acting
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk illum il-ġurnata Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea għandhiex regolamenti fejn jgħidu li jekk ikun hemm xi ħaddiem maċ-Ċivil li ilu jaħdem u jokkupa kariga bħala acting għal iktar minn tliet snin, issa minħabba r-regolamenti li rridu nsegwu, dak il-ħaddiem b'mod awtomatiku jieħu dak l-grad li qed jaħdem fih? Jista' jispjega kif din is-sitwazzjoni u regolamenti ġodda se jaffettwaw lill-ħaddiema taċ-Ċivil?
Jekk dawn ir-regolamenti huma minnhom, fejn jrid japplika dak il-ħaddiem li qiegħed jokkupa kariga bħala
acting
sabiex jingħata dik il-kariga b'mod uffiċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda direttiva tal-Unjoni Ewropea li tgħid li jekk ħaddiem ikun acting f’kariga għal iktar minn tliet snin, dan il-ħaddiem jieħu dak il-grad b’mod awtomatiku; u tali sitwazzjoni m’hiex applikabbli għas-Servizz Pubbliku.
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12659 u 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12660 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 12660.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12663 u 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12728 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-iskemi differenti tal-ġbir tal-iskart?
proċedura kriminali kontra employers — ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proċedura kriminali ttieħdet kontra employers minħabba ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg xahar b'xahar fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn ittieħdu wara ilment minn parti leza? Kemm minn dawn ittieħdu ex ufficio?
Jista' l-Prim Ministru jagħti referenza qasira ta' kull kwestjoni li dwarha l-Kummissjoni Ewropea bdiet infringment procedure, sew jekk fi stadju ta' twissija inizjali u sew jekk fl-istadju ulterjuri? Kemm minnhom ġew riżolti? Kemm minnhom huma pendenti?
Pjanta ta' partijiet tas-Simar li għaddew għand il-Birdlife Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi liema partijiet tas-Simar/masġar taż-żebbuġ ħdejn il-bajja tax-Xemxija, fil-fatt għaddew lill-Birdlife Malta? X'kundizzjonijiet hemm fil-ftehim dwar iż-żamma tal-istess post? Kif jiġi garantit li dawn il-kundizzjonijiet jiġu osservati?
Kunsilli lokali — skema finanzjarja msejħa Għajnuna lill-Kunsilli Lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14766, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15417 u jikkonferma meta approva l-policy għall-għajnuna finanzjarja biex ikun jista’ jsir rapport tekniku socjo-ekonomiku (E.I.A.) dwar l-impatti li jkunu se jolqtu lil-lokalità tagħhom negattivament, liema għajnuna finanzjarja ma taqax taħt l-Art 33 tal-Att Dwar il-Kunsilli Lokali. Il-policy qegħda taħt il-heading, “Għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jippreparaw rapporti dwar proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom”.
1) Meta l-policy ġiet fis-seħħ?
2) Meta ġew mgħarrfa formalment il-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex?
3) Meta applika l-Kunsill Lokali tal-Qala?
4) Il-Kunsill Lokali tal-Qala qatt tħallas taħt din il-policy jew le, dan aktar u aktar billi fil-gazzetta "The Times" tad- 9 ta' Ġunju 2008, intqal li l-Kunsill Lokali tal-Qala kienu tħallsu taħt din l-policy?
5) Kemm kien hemm talbiet oħrajn pendenti?
6) Kemm minnhom ġew aċċettati?
7) Kemm minnhom ġew rifjutati u liema kienu fiż-żewg każi?
8) Inkisbet awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi qabel ma nħarġet din l-policy u
9) Jista' jgħid jekk għadhiex fis-seħħ?
Nitolb lill-Prim Ministru ġentilment jirreferi ukoll għall-kopja tal-policy relevanti li ngħatat mill-Ombudsman lil terzi, liema policy ingħata lilu minn Dr Chris Said innifsu, kif ukoll għal dak li qal verbatim Dr Chris Said waqt il-program fuq SMASH TV "KLIEM U FATTI" flimkien ma' artiklu li kien deher f'The Times tad-9.6.08 in konnessjoni mal-mistoqsija 14766 li qatt ma ġie kkoreġut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-policy biex tingħata għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jippreparaw rapport dwar proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom ġiet fis-seħħ f’Mejju tal-2008. Din saret sabiex nassiguraw li fejn ikun hemm proposti dawn it-tip ta’ proġetti l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna biex jgħamlu dan ir-rapport dejjem taħt il-kundizzjonijiet indikati fl-istess policy.
Il-Kunsill tal-Qala ġie mgħarraf li ser jingħata din l-għajnuna permezz ta’ ittra datata 2 ta’ Ġunju 2008 iżda sallum dan il-Kunsill għadu ma ngħata l-ebda għajnuna peress li ma ppruvax li mexa mal-kundizzjonijiet imposti f’dik il-
policy
.
Meta ġiet introdotta din il-
policy
kien hemm żewġ Kunsilli li għamlu talba għal studji li kienu diġà għamlu snin qabel daħlet din il-
policy
fis-seħħ. Dawn it-talbiet ma ġewx aċċettati għaliex l-istudju sar ferm qabel ġiet introdotta din il-
policy
u għalhekk dawn ma setgħux imxew mal-kundizzjonijiet.
Wieħed minn dawn il-Kunsilli meta rċieva r-risposta li t-talba tiegħu ma tistax tintlaqa’ ħa l-każ quddiem l-Ombudsman u dan ġie deċiż ftit ilu fejn dan il-Kunsill ma ngħatax raġun.
Din il-
policy
għandha fis-seħħ iżda sallum applika biss il-Kunsill Lokali tal-Qala u l-ebda Kunsill għadu ma ngħata l-ebda għajnuna.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15421 u ċioe: Jekk huwa minnu li diġà nbeda xi xogħol fuq l-extension tal-power station ta’ Delimara, jista' jgħid a bażi ta’ xiex sar dan meta s’issa kull ma nħareġ kien outline development permit u għadu ma nħariġx ir-rapport tal-awditur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess għal “Soil Investigation at Delimara Power Station Block 4 (through removal of layer of material) (PA 2933/09), li ġie deċiż fit-28 ta’ Jannar 2010.
Naf b'każijiet ta' konsumaturi li ġew migdumin minn ditti li fallew u dawn il-konsumaturi dehru ukoll quddiem l-Arbitru tal-Konsumaturi u rebħu l-każijiet tagħhom, bħall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, però dawn baqgħu ma ġewx ikkompensati. Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li almenu dawn l-individwi jiġu rifonduri bil-VAT imħallas minnhom?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15282 u jgħid xi kriterji użat l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tapprova l-proġett ta' park tal-famlija f'Selmun fit-12 ta' Jannar, 2010 skont il-pjan lokali meta l-inħawi huma barra miż-żona ta' żvilupp, meta tqis li l-Awtorità kienet riġida ħafna fis-snin ta' qabel meta kkunsidrat proposti ta' proġett fl-istess inħawi, imressqa mill-kunsill lokali tal-Mellieħa ta' qabel dak preżenti?