Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ingħataw l-allokazzjonijiet għas-sena 2010 lill-kunsilli lokali (b'mod separat) u mqassma fuq:
a) tisbiħ u manutenzjoni ta' parks u ġonna;
b) manutenzjoni fuq toroq u infrastruttura;
ċ) immaniġjar tal-iskart;
d) amministrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-ammonti li kull Kunsill Lokali ngħata għas-sena finanzjarja 2010 għall:
a) tisbiħ u manutenzjoni ta’
parks
u ġonna;
b) manutenzjoni fuq toroq u infrastruttura;
c) immaniġjar tal-iskart; u
d) amministrazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li f'dar residenzjali jitwaħħal wind turbine? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jkun ikkunsidrat li dawn ikunu permessi li jeħlu fid-djar?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hawnx kunsilli lokali li għandhom Kumitat tal-Aggudikazzjoni indipendenti mill-kunsill biex jeżaminaw it-tenders u jagħtu r-rakkmandazzjoni tagħhom lill-kunsilli rispettivi? Min huma dawn il-kunsilli? Hemm kunsilli lokali li mill-2006 sal-lum, ġew ippreżentati lilhom mill-kunsilliera mozzjoni biex fi ħdan il-kunsill jitwaqqaf Kumitat ta' Aggudikazzjoni biex jeżamina t-tenders? Liema huma dawk il-kunsilli? Il-mozzjoni ġiet aċċettata? Liema huma dawk il-kunsilli li m'aċċettawx din il-mozzjoni u jekk kien hemm votazzjoni, liema huma l-kunsilliera li vvutaw favur il-mozzjoni u dawk li vvutaw kontra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15880 u jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid sarux analiżi tat-tbajja sofor li qegħdin ta' spiss jaħkmu r-residenzi ta' Ħal Kirkop speċjalment meta r-riħ ikun bejn it-Tramuntana u l-Grigal?
Jista' l-Prim Ministru, bħala responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippajanr, jgħid jekk sarux analiżi sabiex jiġi stabilit jekk hemmx fdalijiet storiċi fiż-żona tal-Karwija, limiti ta Ħal Safi, fejn qed jiġi proġettat bini ta' hanger u triq ġdida meta huwa magħruf li din iż-żona hija sensittiva arkeoloġikament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali, separatament għal kull grad, ta' skrivani, skrivani anzjani, uffiċjali eżekuttivi, assistenti prinċipali, uffiċjali prinċipali u uffiċjali prinċipali anzjani fis-Servizz Pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numri attwali tal-gradi mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru fit-tabella murija hawn taħt:
Grad
Numru ta’ Impjegati
Skrivani
943
Skrivani Anzjani
799
Uffiċjali Eżekuttivi
432
Assistenti Prinċipali
524
Uffiċjali Prinċipali
701
Uffiċjali Prinċipali Anzjani
144
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għandhiex medium u long term marketing plan ippjanata? Jekk għandha dan il-marketing plan, jista' jiddentifika l-punti ewlenin tal-pjanijiet u wkoll fuq liema swieq qed issir jew se ssir l-enfażi?
Jekk ikun hemm grupp ta' ħaddiema li jaħdmu fiċ-Ċivil u ma jkun hemm ħadd minnhom inkarigat b'mod uffiċjali, jista' l-Prim Ministru jispjega min huwa responsabbli uffiċjalment ta' dak il-grupp u min irid iwieġeb bħala in charge ta' dan il-grupp ta' ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku dejjem hemm xi ħadd inkarigat, anki jekk dan ikun is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu promozzjonijiet fiċ-ċivil matul is-snin 2008 u 2009? Jista' jgħid f'liema setturi kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2008 u s-sena 2009 kien hemm rispettivament 1371 u 1917 promozzjoni ta’ Uffi ċċjali Pubbliċi minn grad/pożizzjoni għal grad/pożizzjoni ogħla fis-Servizz Pubbliku fi ħdan is-Setturi kif elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Dawn il-promozzjonijiet saru wara perjodu ta’ servizz sodisfaċenti skont id-diversi ftehim li jirregolaw kull klassi tas-Servizz kif miftiehma bejn il-Gvern u l-Unions jew b’riżultat ta’ sejħiet t’applikazjonijiet minn ġewwa s-Servizz u f’ċerti każijiet minn barra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bżonn iktar ħaddiema maċ-Ċivil biex ikun hemm il-full complement? F'liema karigi hemm bżonn dawn il-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku jimtlew dawk il-postijiet u dawk il-pożizzjonijiet ad hoc skont il-ħtiġijiet tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Amministrazzjoni, minn żmien għal żmien, hekk kif identifikati u miftehma waqt il-capacity building fora li jsiru regolarment bejn il-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeri konċernati.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12685 u 11850 u jgħid meta hu mistenni jitlesta l-qafas ta' regolamenti dwar is-set-up, inkluż ir-riżorsi umani u riżorsi fejn jidħol l-uffiċċju amministrattiv għal ħames reġjuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għadhom kemm ġew finalizzati linji direttivi skont l-artikolu 80(b) ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali li jipprovdu l-qafas għat-twaqqif tal-Kumitati Reġjonali. Dawn il-Linji Direttivi intbgħatu lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari.
Hemm il-ħsieb li dawn il-linji direttivi iservu għal perjodu ta’ prova qabel jiġu ppublikati bħala regolamenti permezz ta’ Avviż Legali u dan sabiex ikun hemm żmien li fih ikunu jistgħu jiġu evalwati u emendati skont il-ħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 12688 u jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' tisbiħ fil-lokalità ta' ħdejn il-Cospicua Rangers jiġifieri ħdejn il-flats tal-Gvern ta' Bormla? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett? Dan il-proġett ta' tisbiħ skont il-gvern għadu jiġi finanzjat mill-Ministeru responsabbli għall-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Bormla qiegħed jistenna l-permess ta’ l-iżvillup mill-MEPA. Id-dewmien fil-ħruġ tal-permess huwa dovut primarjament għall-fatt li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, kien qed japplika sabiex il-binja eżistenti tal-Cospicua Rangers tiġi estiża, liema proposta jidher li ma sabitx il-kunsens tas-Sovrintendenza tas-Swar. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali għamel emendi fil-pjanti u ċioe elimina kompletament l-estenzjoni tal-binja tal-Klabb imsemmi. Il-MEPA għadha qed tistenna xi rapporti mis-Sovrintendenza tas-Swar sabiex tapprova il-permess.
Fuq talba tad-Direttur (Building and Engineering) fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla qed jieħu ħsieb il-proċess ta’ l-ippjanar u anke l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. Il-ħlas ser isir kollu mill-Kunsill Lokali bi ftehim ma’ l-istess Dipartiment li hekk kif ix-xogħol ikun iċċertifikat mill-Works Manager, id-Dipartiment tal-Building and Engineering jirrimborsa l-flus kollha lill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12968 u 12085 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12918, 12064 u 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi sa Ottubru 2009 38 Kunsill Lokali bbenifikaw jew jistgħu jibbenifikaw minn €21,304,498.21 (wieħed u għoxrin tlett mija u erbat elef, erba’ mija u tmienja u disgħin ewro u wieħed u għoxrin ċenteżmu) f’fondi finanzjarji mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-programmi jitrattaw l-aktar skambji ta’ żgħażagħ, ġemellaġġi, programmi edukattivi, l-aspett relatati mal-kultura, il-konservazzjoni tal-wirt rurali, l-attivitajiet fis-settur turistiku, l-innovazzjoni u l-ambjent. Fil-maġġor parti ta’ dawn il-programmi/miżuri/skemi huma validi għas-snin 2007-2013. Wara dan il-perjodu jiftħu oħrajn ġodda.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra id-dettalji dwar dawn il-fondi.
Tabella A intitolata ‘Dettalji dwar fondi mill-Unjoni Ewropea lill-Kunsilli Lokali’ u Tabella B intitolata ‘Dettalji dwar applikazzjonijiet pendenti għall fondi mill-Unjoni Ewropea lill-Kunsilli Lokali’.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12917, 12066 u 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li bbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14582.