Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li l-gvern għandu dwar il-possibilità ta' bini ta' air strip f'Għawdex, kif ukoll ir-rapporti li l-Gvern għandu dwar liema tip ta' aviation carrier jista' jkun vijabbli li jista' jaħdem għal Għawdex?
Jista' jgħid f'liema stadju ta' evalwazzjoni wasal u/jew intlaħqitx xi tip ta' deċiżjoni min-naħa tal-Gvern dwar air strip u x'tip ta' avjazzjoni tista' tintuża għal Għawdex biex tissaħħaħ l-aċċessibilità?
Jista' jgħid jekk il-gvern f'dan l-istadju għamilx studju soċjo-ekonomiku dwar din il-possibilità? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tħallas l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lil Malta Post bejn it-12 u l-15 ta' April 2010 in konnessjoni mal-ġbir ta' talbiet għall-ħruġ ta' liċenzji għal kaċċa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ser tħallas lill-MaltaPost p.l.c. rata fissa ta’ €0.91 għal kull talba li attwalment issir għall-ħruġ ta' liċenzji għal kaċċa bejn it-12 u l-15 ta' April 2010. Din ir-rata hija r-rata li l-MaltaPost titlob minn għand id-diversi awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jużaw lill-MaltaPost għal ġbir tal-kontijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playing fields f'Malta u f'Għawdex separatament? Fejn huma? Min hu responsabbli għalihom? Xi studju qed isir biex jiġu irranġati? Liema playing fields ġew devoluti lill-kunsilli lokali? F'liema sena? X'passi qed jittħiedu biex jitneħħa l-periklu minn xi playing fields li jinsabu fi stat ta' abbandun? Ta' min hi r-responsabilità jekk xi ħadd iweġġa' qabel ma jiġu rranġati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12403 u 12404 fejn kont elenkajt il-lista ta’ playgrounds u playing fields li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali kif ukoll infurmajt illi kien ser tinħareġ sejħa għall-Offerti biex isir risk assessment ta’ dawn il-palying fields.
Ninsab infurmat li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tal-Offerti u fi ftit żmien ieħor jingħata l-kuntratt. Ir-rapporti li se jsiru fuq kull
playing field
ser jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali rispettivi u dan ikun mistenni li jindirizzaw r-riskji elenkati.
Peress illi ż-żamma u l-manutenzjoni tal-
playing fields
hija r-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali, f’każ li xi ħadd iweġġa’, ir-responsabbiltà tkun tal-Kunsill partikolari.
Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda l-lista ta’ devoluzzjonijiet ta’
playing fields
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, minn kull skema li għandu l-gvern vis-à-vis il-kunsilli lokali, min huma l-persuni li jivvalutaw jew jaġġudikaw lill-applikanti? Fuq liema kriterji ntgħażlu jew se jintgħażlu? Qed jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-persuni li jevalwaw id-diversi skemi li qed joħorġu lill-Kunsilli Lokali, ikunu: (i) uffiċjali mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, (ii) uffiċjali mis-Segretarjat għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u (iii) xi uffiċjali oħra minn xi entità oħra (bħal per eżempju Turiżmu) li jkollha x’taqsam direttament mal-iskema partikolari. Dawn l-uffiċjali jintgħażlu fuq l-esperjenza vasta li għandhom fil-qasam speċifiku. Dawn l-uffiċjali m’għandhom l-ebda forma ta’ remunerazzjoni talli qed jagħmlu dan ix-xogħol.
MEPA — policy għal shooting ranges u bini ta' kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'se tkun il-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambejnt u l-Ippjanar għal dawk li huma:
a)
shooting ranges
?
b) bini ta' kmamar tan-nar?
Meta hu mistenni li jiġu ppubblikati dawn il-policies, billi b'mod partikolari għal dawk li huma shooting ranges, din il-policy ilha żmien twil tiġi kkunsidrata?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumpaniji b'maġġoranza ta' ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15615 u 15374 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15597, 14223 u 15362 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-snin 2008 u 2009 l-Awtorità tax-Xandir kemm sabet każijiet fejn stazzjonijiet lokali kisru l-kodiċi għall-protezzjoni tal-minuri? Liema każijiet kienu dawn u x'kienet id-deċiżjoni tal-awtorità f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008 u 2009 l-Awtorità tax-Xandir iddeċidiet żewġ akkużi b’konnessjoni ma’ ksur tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri:-
2008
Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam ta’ Sprite fil-bulettin ta’ l-Aħbarijiet tat-8 ta’ Lulju, 2008
Il-Kap Eżekuttiv akkuża lill-istazzjoni bi ksur tal-paragrafi 6(d), 8 u 20(a) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u l-Artikolu 21(1) ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li dehru xeni li jinvolvu akrobazija ta’ natura perikoluża fil-ħin li jkunu qed jaraw it-tfal. L-Awtorità kienet innutat illi dan ir-reklam kien fih element inerenti ta’ periklu għat-tfal u għalhekk mhux addattat biex tarah udjenza ta’ tfal, l-Awtorità wara li rat Artikolu 41 ta’ l-Att dwar ix-Xandir widdbet lill-TVM biex ma jxandarx dan ir-reklam qabel id-9.00 p.m. ħalli l-interessi tat-tfal jiġu salvagwardjati.
2009
Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam Have a Look li xxandar fl-1 ta’ Frar, 2009
Il-Kap Eżekuttiv akkuża lill-istazzjon bi ksur tal-paragrafu 6(b) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri peress li dan ir-reklam kien jinkoraġġixxi lill-minuri jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jixtru kostumi tal-Karnival. L-Awtorità sabet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu fiċ-ċirkostanzi tal-każ u ċioé li l-produttur ammetta l-akkuża u li din kienet l-ewwel darba li f’karriera estensiva ta’ xandir il-produttur kien kiser il-liġi tax-Xandir, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 15248, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hix tikkunsidra xi arranġamenti speċifiċi u ulterjuri għal dawk adottati preżentament jew maħsuba li jidħlu fis-seħħ permezz tar-riforma, sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-mistoqsijiet parlamentari riferuti, kif ukoll oħrajn simili, li jidħlu fl-istess awtorità b’mod regolari?
Jista' l-Prim Ministru jara li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet jinvestiga ilmenti li wasluli mingħand ħaddiema fl-Isptar St Philips, li l-ħaddiema li ilhom fuq four day week minn Ottubru li għadda, ilhom minn tmiem Diċembru ma jieħdu l-paga u l-aħħar li tħallsu kien nofs il-paga dovuta fix-xahar ta’ Jannar? Meta mistennija tiġi regolarizzata din is-sitwazzjoni? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk id-dipartiment konċernat huwiex diġà konxju dwar din il-problema u jekk hux qed jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg irċieva talba f’Ottubru biex xi ħaddiema tas-St. Philip’s Hospital jaħdmu 20% siegħat inqas. Il-permess biex dawn il-ħaddiema jaħdmu 20% anqas sigħat ta’ xogħol ingħata mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg u kien effettiv mit-12 ta’ Ottubru 2009, limitat għal 4 ġimgħat u fuq kudizzjoni li l-ebda ħaddiem ma jingħata s-sensja.
Il-permess baqa’ jiġi mġedded sat-2 ta’ Jannar 2010, wara li d-Dipartiment sar jaf li l-pagi ta’ Diċembru 2009 ma tħallsux lill-ħaddiema kollha. Ninsab infurmat li min baqa’ fl-impjieg tħallas il-paga sa nofs Jannar.
Il-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każijiet kollha li għandu quddiemu. Fejn jirriżulta li kien hemm ksur tal-liġi, id-Dipartiment jieħu l-passi neċessarji skont il-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet biex isiru aġġustamenti fil-prezz tal-mediċina fl-aħħar 12-il xahar? X’tip ta’ sorveljar qed isir fuq il-prezz tal-mediċini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’dawn l-aħħar 12-il xahar, id-Diviżjoni għamlet talba għall-aġġustament tal-prezz lit-tnax importatur dwar 160 mediċina.
Qed isiru spezzjonijiet fi spiżeriji sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-prezz tal-mediċina għall-konsumatur li hemm fis-suq. Fejn jinstab li l-prezz f’Malta huwa ogħla mill-medja ta’ tnax-il pajjiż fl-Ewropa, l-importatur jintalab sabiex jaġġusta l-prezz. L-ispezzjonijiet isiru wkoll sabiex jiġu investigati lmenti dwar prezzijiet imressqa mill-konsumatur.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders u direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15804, 15571, 15331, 14850 u 14474 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'din l-aħħar sena?
elezzjonijiet amministrattivi — ħaddiema fis-settur pubbliku bħala kandidati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tal-elezzjonijiet amministrattivi sa liema skala ta' impjieg jistgħu ħaddiema fis-settur pubbliku japplikaw bħala kandidati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Elezzjonijiet amministrattivi qed jiġu trattati bl-istess mod bħal dawk tal-Kunsilli Lokali.
Tajjeb ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġranet li ġejjin is-Segretarju Permanenti Ewlieni ser joħroġ Direttiva li permezz tagħha se jinħarġu regolamenti aġġornati dwar il-parteċipazzjoni ta’ impjegati pubbliċi. Ma nħossx li għandhom jinbidlu r-regolamenti lejliet l-elezzjonijiet.
Preżentament jistgħu joħorġu għal dawn l-elezzjonijiet l-impjegati pubbliċi kollha ħlief dawk li jokkupaw pożizzjoni f’kategorija A, post ta’ Avukati Anzjani u Avukati fl-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali, u Membri tal-Forzi Dixxiplinati.
Huwa fl-interess tal-impjegati li jikkonsultaw mal-kap tagħhom dwar dan qabel joħorġu għal dawn l-elezzjonijiet.
Central Malta Local Plan — rationalisation exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-klawsola CG 02 3.3.3 fejn fis-Central Malta Local Plan li ħareġ wara l-approvazzjoni tar-rationalisation exercise fejn l-iskema tal-bini li tispiċċa f'appoġġ mikxuf jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, din il-policy hijiex applikabbli ukoll f'lokalitajiet li l-pjan lokali tagħhom ġie approvat qabel ir-rationalisation exercise?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15758 u 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa kellu l-ħsieb illi jibda xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fi Triq Anton Falzon u Triq Wied il-Knejjes (il-parti ta’ fuq li tisbokka ġo Carmel Street) b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Madanakollu billi riċentament il-Kunsill ġie infurmat minn Transport Malta illi din ta’ l-aħħar sejra tagħmel xogħol ta’ water culvert fi Triq Anton Falzon, ix-xogħol ta’ kisi ta’ tarmac għalissa ma jistax isir f’din it-triq. Sadanittant, il-Kunsill ser jagħti prijorità lit-Triq Andre Vassallo.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15678, 15303, 14746 u 13685 u ċioe: billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikkmanda li m'għandhom isiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-e-mail tal-21/07/2004 li ħarġet mid-Direttur ta’ l-Ippjanar kienet qed tindirizza każi fejn il-Case Officers waqt l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet kienu qed jirreferu għall-opinjoni tal-Awditur meta l-Case Officer ma kienx qed jaqbel mal-opinjoni tas-superjuri tiegħu.
Dan il-punt qed jiġi kkonfermat li fl-istess
e-mail
id-Direttur ta’ l-Ippjanar qed jirreferi għad-direttorat kif ukoll għall-
Commissions
“DCC” jiġifieri qabel tkun ittieħdet deċiżjoni u fl-
e-mail
huwa msemmi li għall-gwida uffiċjali għandhom jirreferu l-każi lil
Executive Committee
.
Il-ħaddiema tal-MEPA qatt ma nżammu mill-
Management
milli jibgħatu l-ilmenti tagħhom lil Awditur u, kemm ilmenti personali, kif ukoll dwar xi permessi li nħarġu mill-MEPA. Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-Awditur direttament.
Jista' l-Prim Minisrtru jgħid taħt liema dispożizzjoni tal-liġi huwa ħoloq l-assistenti parlamentari? Jista' jgħid jekk għamilx dan skont il-kostituzzjoni ta' Malta jew għax hi prerogattiva tiegħu? Jista' jgħid jekk il-ħlas tagħhom hux se jsir jew le mill-fond konsolidat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħolqien ta’ Assistenti Parlamentari ma jinneċistax provvedimenti legali. Il-ħlas tagħhom, bħalma jsir fi ħlas kollu tal-Membri tal-Kamra fuq xogħol marbut mal-Parlament isir mill-Fond Konsolidat.
Jista' l-Prim Ministru bħala Kap tas-Servizz Ċivili jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15560, 15209, 14911 u 14752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service, tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-perjodu tal-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata għandu kuntratt li jiskadi fit-23 ta’ Marzu 2014 għalkemm dan il-kuntratt jista’ jiġi terminat fil-każ li jkun hemm bidliet fil-persuni li jokkupaw l-pożizzjonijiet ta’ Prim Ministru jew ta’ Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin. Meta jiskadi jew jiġi terminat il-kuntratt l-individwu huwa intitolat għal Terminal Benefit u Transitional Facility li jinħaddmu fuq il-prinċipji stabbiliti għal Ministri.
Il-kundizzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq salarju li huwa ekwivalenti għal Skala 1 + 10%; l-individwu mhux intitolat għal
Performance Bonus
.