Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15259 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Liema huma r-rapporti u l-istudji li kkummissjona l-Grand Harbour Regeneration Consortium, isem b'isem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Grand Harbour Regeneration Corporation u mhux għall-Grand Harbour Regeneration Consortium.
Jekk dan hu l-każ, jien infurmat li d-Diretturi tal-Korporazzjoni huma:
Chairman – Mark Portelli
Direttur – Joe Caruana
Direttur – Emanuel Delia
Direttur – Audrey Callus Randich
Jien infurmat ukoll li l-GHRC ikkommissjonat dawn ir-rapporti/studji, b’riferenza għall-proġetti msemmija:-
Il-Proġett ta’ City Gate:-
Project Description Statement
Traffic Impact Statement
Site Investigations Reports
Land Surveying
3-D scanning of Old Opera House ruins
Restoration Method Statement (Mortar Tests) – Opera House site ruins
Il-Proġett ta’ Sant Iermu:-
Site Investigation Report
Il-Proġett tal-Lift tal-Barrakka
Lighting Design Report
Site Investigations
Il-Proġett tal-Menqa
Development Brief
Il-Proġett tal-Baċir Numru 1
Site Investigations Report
Palazzo Zondadari
Fire Safety Report
Restoration Method Statement
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-liġi kif emendata mill-Parlament li tirregola l-kunsilli lokali daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2009? Jikkonferma li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, għażel li jdaħħal fis-seħħ partijiet minn din il-liġi qabel din id-data? Jista' jagħti raġuni għalfejn min imexxi d-dipartiment dehrlu li kellu jaġixxi b'dan il-mod?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li xi proposti li kienu saru fil-proċess tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali u li kienu ġew addottati fid-dokument “Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz” iddaħlu permezz ta’ ċirkulari bħala policy. Dawn kienu jinkludu: skemi ta’ għajnuna finanzjarja, il-ħatra ta’ kunsillieri responsabbli minn proġetti sostennibbli, koperazzjoni ma’ Dipartimenti u entitajiet oħra governattivi, il-ħinijiet tal-laqgħat tal-Kunsilli, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni tal-“Kodiċi dwar l-Aħjar Prattiċi” u “Politikà Maltija dwar Gvern Lokali” kif ukoll l-obbligu tal-ftuħ tal-uffiċini amministrativi kull nhar ta’ Sibt.
Ta’ min iżid li ċirkulari maħruġa mid-Direttur, Gvern Lokali għandha, bis-saħħa tal-Artikolu 80 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali saħħa ta’ linji direttivi.
Jista' l-Prim Ministru jara li fil-bandli ta' Triq Ninu Cremona ma' Triq Brittanja, Raħal Ġdid jiġi stallat id-dawl biex jiġu evitati l-abbużi u t-tfal ta' din l-area jkollhom aktar sigurtà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola illi fil-bandli ta’ Triq Ninu Cremona ma’ Triq Brittanja, kien hemm xi dawl li skont l-Enemalta ma kienx hemm permess għalih. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ser jieħu l-passi biex japplika ma’ l-Enemalta għal dawl ġdid.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu bżonn clerks iċ-Ċivil matul is-sena 2009 u li s-servizz ta' dawn il-clerks inxtara mingħand kuntratturi privati? Kemm qed iħallas il-Gvern lil kull clerk ta' kull siegħa u f'liema dipartimenti qed jaħdmu dawn il-clerks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, fl-2007, kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-skrivani fis-Servizz Pubbliku u ġew impjegati dawk kollha li aċċettaw il-ħatra, jiġifieri 254 sa l-għeluq tal-validità tal-eżami, 18 ta’ Novembru 2009, li minnhom 29 diġà jew ħadu kariga ogħla jew irriżenjaw.
Għaldaqstant, sabiex jiġu ndirizzati ħtiġijiet urġenti fl-Amministrazzjoni Pubblika, bħal ma hu l-Isptar Mater Dei u oqsma oħra tas-saħħa, kellu jinxtara, fl-2009, is-servizz ta’ 121 skrivan minn kuntratturi privati. Qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, d-dettalji mitluba: l-ħlas kull siegħa u ż-żewġ Ministeri konċernati.
Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, ħarġet sejħa oħra għall-iskrivani f’Novembru 2009 sabiex fost affarijiet oħra, jimtlew dawn il-vakanzi, u l-proċess ta’ l-għażla beda fi Frar.
Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali — relazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'forma ta' relazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ?
Jista' jgħid fl-aħħar sena kemm-il darba d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għamel kuntatt f'forma ta' konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fuq inizjattivi/skemi li għandu l-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi r-relazzjoni bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u l-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali hi waħda kontinwa fejn issir komunikazzjoni fuq kull materja li b’xi mod tolqot l-operat tal-Kunsilli Lokali. Diversi drabi tali komunikazzjoni issir permezz ta’ l-użu tal-posta elettronika kif ukoll telefonati f’xi każijiet urġenti u għaldaqstant mhux possibbli li jiġi ddeċifrat in-numru ta’ dawn il-kuntatti.
Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13004 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13004, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (1) Korsijiet/taħriġ li saru mill-Kunsilli Lokali matul l-2009; u (2) l-ismijiet tal-periti, l-accountants u l-avukati tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-entità konċernata mill-infurzar tal-liġijiet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol sena b'sena fl-aħħar ħames snin minn ħaddiema nisa li allegaw li jew sfaw diskriminati jew sfaw bi drittijiet imnaqqsa jew saħansitra mkeċċija minħabba l-fatt li huma kellhom jew kien se jkollhom tarbija? X'kienet l-età tal-complainant f'kull każ? X'miżuri ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-statistika speċifikatament mitluba ma tinżammx mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Minn Lulju li għadda bdiet tinżamm statistika dwar talbiet għall-informazzjoni li jkolllna fuq materji relatati mat-tqala u fis-sitt xhur bejn Lulju u Diċembru 2009 daħlu 318 talba għall-informazzjoni fuq din il-materja.
Ta’ min jirrimarka li f’każijiet bħal dawn, min iħoss li seta’ ġie diskriminat jista’ jirriferi l-każ lit-Tribunal Industrijali biex titolbu jagħmel kwalunkwe ordni meħtieġa biex jieqaf l-allegat diskriminazzjoni u wkol tista’ ssir talba biex it-Tribunal jordna il-kumpens li jidhirlu xieraq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15677 u 15332 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14749, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward tas-snin 2007, 2008 u 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-aħħar informazzjoni miġbura għas-sena 2007 u 2008, l-ammont ta’ skart muniċipali li ġie irriċklat kien jammonta għal-tlieta fil-mija tal-ammont iġġenerat, filwaqt li l-ebda persentaġġ ma ġie rikuperat u re-użat. Dawn il-persentaġġi huma riżultat tax-xogħolijiet li kienu għaddejjin fuq l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin, b'riżultat li l-maġġor parti ta' l-iskart għas-sena 2007 u 2008 kellu jiġi ddevjat lejn it-terraferma artifiċjali ta’ l-Għallis.
Fir-rigward is-sena 2009 dwar l-ammont ta’ skart li ġie re-użat, riċiklat u rikuperat, din l-informazzjoni għada mhux iffinalizata. Dan il-għaliex bħal issa tkun qed tiġi miġbura l-informazzjoni min operaturi ta’ l-iskart fejn imbagħad trid tiġi analizata u kompilata f’forom kommuni skont il-qafas legali li jirregola lis-skart.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15559, 15207 u 14912 u l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 14786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skont il-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema ilha topera minn qabel l-1992. Il-permess tal-liċenzja kien maħruġ mill-Enemalta Corporation, u għalhekk ma kellhiex bżonn permess għal żvilupp mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. F’applikazzjoni għal xogħolijiet ta’ titjib skont ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata, kemm l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, kif ukoll l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma sabu l-ebda oġġezzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli li taw offerti, tenders by direct order mill-2006 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli? Min kienu l-kuntratturi eċċ., li ħadu dawn il-kuntratti u x'kien l-ammont ta' kull kuntratt?
kunsilli lokali li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokal mill-2006 sal-lum li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff tagħhom imħallsa mill-fondi tal-kunsill? Liema huma dawn il-kunsilli? Fejn saru dawn l-attivitajiet u x'kienet l-ispiża ta' kull attività sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-kunsilli li taw tenders li ma kenitx l-inqas offerta mill-2006 sal-lum? X'inhuma r-raġunijiet għaliex ma tawx t-tender lill-orħos offerta, tender b'tender? X'kien it-total tal-ammont tat-tender li ngħata? X'kienet id-differenza bejn l-orħos offerta u dik mogħtija u min kien il-kuntrattur li ngħata t-tender?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern, fil-każijiet kollha ta' ħaddiema li (a) t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji sab li dawn sofrew inġustizzja u li kellhom jitqiegħdu fl-istat bħallikieku l-inġustizzja ma ġietx kommessa lilhom u (b) għandhom l-età ta' pensjoni u (ċ) is-sentenza tagħhom ma tistax tiġi esegwita minħabba raġunijiet varji, bħal per eżempju privatizzazzjoni tal-entità li kkommettiet id-diskriminazzjoni fil-frattemp (eż. l-MIA), huwiex qed iħallas lil dawn il-ħaddiema pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita jew inkella bil-pensjoni baxxa frott id-diskriminazzjoni li sofrew?
Jekk il-ġvern qed iħallas lil dawn il-ħaddiema bħallikieku t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji ma ppronunzja xejn, ma jaħsibx li dan hu ġust għax ikompli jżid is-sofferenza u d-diskriminazzjoni? Jaf il-gvern li l-Ombudsman ippronunzja ruħu ripetutament favur li bla ħsara għad-drittijiet l-oħra dawn jitħallsu pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-persuni li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant qed jitħallsu pensjoni tat-Teżor ibbażata fuq is-salarju tal-grad li spiċċaw bih meta rtiraw mix-xogħol u mhux fuq is-salarju tal-promozzjoni li skont it-Tribunal tal-Investigazzjonijiet tal-Inġustizzji, suppost ħadu. Dan seħħ peress illi l-entità li kienu jaħdmu magħha dawn il-persuni qatt ma implimentat id-deċiżjoni tal-imsemmi Tribunal, u għalhekk legalment il-pensjoni tat-Teżor ma tistax tingħata fuq promozzjoni li qatt ma ngħatat.
Il-Gvern hu konxju illi hemm rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex dawn il-persuni jkollhom il-persuni tat-Teżor tagħhom ibbażata fuq is-salarju tal-promozzjoni li suppost ħadu. Iżda din ir-rakkomandazzjoni ma tistax tkun milqugħa peress illi hemm proċeduri legali pendenti dwar il-kwistjoni tal-implementazzjoni tad-deċiżjoni tat-Tribunal.
Kunsilli lokali skema finanzjarja msejħa Għajnuna lill-Kunsilli Lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15798 mwieġba fit-23 ta' Marzu 2010 dwar għajnuna lill-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) meta ġew mgħarrfa formalment l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex;
b) meta applika l-Kunsill tal-Qala;
c) min kienu l-kunsilli li talbu l-għajnuna u ġew irrifjutati;
d) kisbu l-Awtorizazzjoni tal-Finanzi qabel ma nħarġet din il-
policy;
e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-
policy
relattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-policy, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, saret biex jiġu mgħejjuna Kunsilli Lokali li jkunu jridu jagħmlu studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq il-lokalità tagħhom fuq proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom.
Il-Kunsilli Lokali kollha kienu ġew mgħarrfa dwar din il-policy mis-Segretarju Parlamentari Chris Said personalment waqt laqgħa li saret għall-Kunsilli Lokali dwar diversi materji.
Il-Kunsilli Lokali tal-Qala applika fit-2 ta’ Ġunju 2008 u kien l-uniku Kunsill li applika minn meta ħarġet din il-policy. Kif indikajt fir-risposta 15798 sallum il-Kunsill Lokali tal-Qala ma ngħatax l-għajnuna finanzjarja għaliex sa issa ma rriżultax li mexa mal-kundizzjonijiet li hemm fl-istess policy.
Ma kienx hemm bżonn l-awtorizzazzjoni tal-Finanzi biex tingħata din l-għajnuna għaliex dawn il-fondi huma provduti fil-vot ta’ fondi speċjali.
kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li d-dipartiment kkonċernat tax-xogħol waslulu rapporti li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses dovuti lill-ħaddiema reġistrati magħhom? Tista' ġentilment tagħti lista ta’ dawk il-kumpaniji li dwarhom rriżulta li dawn l-ilmenti u allegazzjonijiet huma veritieri?
Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhux qed jagħti l-permess biex uffiċċju tiegħu, li ilu żmien sostanzjali magħluq u mhux użat f'Dawret it-Torri Santa Luċija, jintuża bħala uffiċċju għal Kumitat Reġjonali tan-Nofsinhar? Jaf li minħabba din il-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali se jispiċċa joħroġ fondi pubbliċi oħra biex jikri post ħalli jintuża bħala uffiċċju għal dan il-kumitat reġjonali? Jista' jgħid x'arranġamenti d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jagħmel biex dan il-kumitat reġjonali jkollu l-uffiċċju tiegħu u jekk fl-affermattiv jgħid fejn se jkun dan l-uffiċċju? Kemm se jkun qed jitħallas minn fondi pubbliċi għal din il-kirja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien għamel sejħa mal-Kunsilli Lokali kollha fir-Reġjun ta’ Nofsinhar biex dawn joffru spazju fl-uffiċini tagħhom u li għaliha ma kienx hemm rispons.
Fl-istess żmien, id-Dipartiment ġie infurmat bi proprjetà f’Santa Luċija li qed tintuża mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Wara diversi tentattivi bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, dan ta’ l-aħħar baqa’ jsostni li għandu użu speċifiku għall-imsemmi post u li ma kienx lest li jitliqu. Minħabba l-urġenza li jinstab post biex jintuża bħala uffiċċju reġjonali, reġgħet saret sejħa oħra lill-Kunsilli Lokali kollha fir-Reġjun ta’ Nofsinhar b’talba biex joffru spazju u daħlu żewġ offerti: Spazju fil-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi u spazju fil-post mikri lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi u dan b’mod temporanju.
Wara li uffiċjali tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali żar iż-żewġ postijiet offruti, sar rapport dwar l-istat tal-postijiet u kemm huma addattati għall-iskop imsemmi.
Il-post magħżul hu l-ispazju fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi liema spazju (li jinkludi wkoll sala muniċipali li tilqa’ fiha 120 persuna) hu ta’ € 8,520 fis-sena.
Sabiex kull kumitat reġjonali ma jkunx marbut bil-post magħżul mill-Gvern, il-kirja ser issir għal terminu ta’ sitt xhur biss li tista’ tiġġedded.
Sadanittant, il-kuntratt qed jipprovdi sabiex f’kull żmien, l-imsemmi kuntatt ikun jista’ jinħall b’avviż ta’ xahar żmien. Dan ifisser li jekk il-kumitat reġjonali isib post alternattiv aħjar, il-kuntratt oriġinali tal-kirja ikun jista’ jinħall u l-Kumitat Reġjonali jidħol għall-kirja ġdida.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp kien ingħata l-permess li n-numru tiegħu qed jingħata separatament, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk humiex minnhom rapporti li l-iżvilupp li sar mhux konformi ma' dak stipulat mill-permess? Jekk dawn ir-rapporti huma minnhom, jista' jgħid għalfejn s'issa ma ttieħdu l-ebda passi minkejja li nġibdet l-attenzoni tal-awtoritajiet?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15807 u cioè : Peress li naf b'każijiet ta' konsumaturi li ġew migdumin minn ditti li fallew u dawn il-konsumaturi dehru ukoll quddiem l-Arbitru tal-Konsumaturi u rebħu l-każijiet tagħhom, bħall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, però dawn baqgħu ma ġewx ikkompensati, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li almenu dawn l-individwi jiġu rifonduri bil-VAT imħallas minnhom?
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Street furniture bir-reklam
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fir-rigward tar-reklamar fuq street furniture, bħal umbrelel eċċ, li jintużaw għat-turisti minn ristoranti, lukandi, eċċ? Jista' jgħid x'policy għandha jew li se taddotta l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u jekk hux veru li min jagħmel użu minn dan it-tip ta' street furniture diġà qed jiġi miltub li jibdel din l-għamara għal għamara mingħajr reklami?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex jitjiebu l-kwalita’ u l-livell estetiku ta’ diversi lokalitajiet turistiċi l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta qegħda tesiġi, bħala kundizzjoni tal-liċenzja, li riklamar fuq umbrellel, tined u għamara jkun ta’ kwalita’ tajba u b’kulur uniformi. L-operaturi huma obbligati jsegwu l-kundizzjonijiet li bihom toħroġ il-liċenzja rispettiva tagħhom.
Hemm numru ta’ postijiet li ġew identifikati li fihom ma jistax isir reklamar fuq l-umbrelel, tined u għamara minħabba is-sensitivita’ storika jew ambjentali tal-post. Hemm oħrajn fuq ir-reklamar irid jiġi limitat għall-intern tal-umbrelel jew tined. Oħrajn fuq ir-reklamar jiġi limitat għall-proporzjoni fuq il-parti esterna tal-umbrella jew tinda u oħrajn fejn m’hemmx restrizzjoni. Dawn il-gradi jiddependu skont iż-
zoning
li sar tal-inħawi.