Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-12 id-distrett elettorali li għad m'għandhomx mains tad-drenaġġ/ilma, b'mod permanenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-facilitators u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-clubs jew attivitajiet sportivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Taxxi in konnesjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn ir-residenzi u djar għall-anzjani?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studji u edukazzjoni terzjarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studju u edukazzjoni terzjarja u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu tnaqqis ta' taxxa għall-ħlas ta' manteniment u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Jista' jgħid kemm hu l-ammont globali ta' kull sena ta' tqannis li ntalab għal Għawdex u Malta separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi skala u grad għandu l-inġinier fil-Corporate Service tal-Korporazzjoni Enemalta, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għandu uffiċċju lussuż u modern bis-segretarja, jiffirma l-attendenza tiegħu minflokk jikklokkja, idaħħal il-vettura fil-power station b'parkeġġ riservat għalih u għandu l-faċilità li jidħol u joħroġ mill-istallazzjoni kif jixtieq u li għandu ukoll senior professional executives jirrispondu lejh?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Inġinier in kwestjoni għandu il-grad ta’ Professional Executive II.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Korporazzjoni Enemalta matul is-snin 2006/7/8/9/10/11? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30208, peress li l-Ministru ta biss l-informazzjoni mitluba dwar Għawdex u naqas li jagħti l-informazzjoni dwar Malta, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub dwar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi restrizzjonijiet dwar in-numru ta' lotto offices li jistgħu jiftħu, f'Malta u f'Għawdex, bħala riżultat tal-ftehim li hemm bejn il-gvern u l-kumpanija li tmexxi l-lottu f'Malta? Jekk iva, x'tip ta' restrizzjonijiet jeżistu f'dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi taħt il-liċenza kurrenti, l-operatur jista’ jiftaħ sa massimu ta’ 230 banka tal-lottu.
Ir- Restrizzjonijiet li hemm għal ftuħ ta’ banka tal-lottu huma li s-seller irid ikun idoneu u jkollu permess biex jopera banka tal-lottu mogħtija mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob. Kull banka tal-lottu ġdida trid tkun ta’ l-anqas 50 metru kwadru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 13 u jagħti din l-informazzjoni għal Ghawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis ta’ taxxa in konnessjoni ma’ spiża ta’ child care fil-post tax-xogħol skont il-formula RA 13. Il-formula RA 13 mhix applikabbli għall-kumpaniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis simili fil-formula TRA69. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għat-tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha fis-seħħ din il-miżura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 12 u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formula RA 12 ma tirreferix għal tnaqqis ta’ child care iżda għal tnaqqis mogħtija skont Regoli dwar Tnaqqis għall-Aċċessibilità fuq il-Post tax-Xogħol. Jekk l-Onorevoli Interpellanta kienet qed tirreferi għal dan it-tip ta’ tnaqqis ngħarraf li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis simili. Il-formula RA 12 mhix applikabbli għall-kumpanniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis ekwivalenti fil-formula TRA70. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għal tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha in vigore din il-miżura.
miżati ta' skejjel privati indipendenti — tnaqqis ta' taxxi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' skejjel privati indipendenti u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' childcare u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-faċilitajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta u Libja — kwestjoni dwar il-press tat-titjira
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex in-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin li jaħdmu fil-Libya, kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw xogħol fil-Libja, qed ikollhom iħallsu prezz lill-Air Malta għal titjira ta' 40 minuta minn Malta għal Tripli kważi daqs dak li ċittadini oħra Maltin iħallsu mal-istess Air Malta biex imorru l-Italja jew Brussell meta din hija titjira ta' medja ta' sagħtejn aktar mill-Italja jew Brussell?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tal-VAT iddeċieda li dawk reġistrati mal-istess dipartiment (self employed) ma jingħatawx aktar minn ktieb wieħed ta' irċevuti meta jagħmlu talba għal dawn il-kotba? Jista' jgħid minn meta din il-policy daħlet fis-seħħ u r-raġuni għala ddaħlet din il-policy? Jaf li din il-policy daħħlet bla ma kien avżat ħadd, u li b'konsegwenza tagħha għadd ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT, sabu ruħhom fil-Qorti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT kważi sentejn ilu rreveda l-policy dwar l-għoti ta’ kotba tal-irċevuti fiskali. Skont din il-policy kull min jirreġistra ġdid jingħata żewgt kotba biex jibda bihom u wara jinħareġ ktieb ġdid għal kull wieħed li jiġi rritornat. Barra minn hekk id-Dipartiment jilqa’ talbiet minn operaturi li normalment jikkonsmaw numru ġmielu ta’ kotba tal-irċevuti, u jekk it-talba tkun ġustifikata jinħarġulu kemm hemm bżonn. Il-reviżjoni tal-policy saret meħtieġa wara li rriżulta li numru sostanzjali ta’ operaturi kienu jonqsu milli jirritornaw il-kotba użati, liema sitwazzjoni setgħet potenzjalment twassal għal abbuz minn dawn il-kotba. Id-Dipartiment jafferma li minn meta bdiet il-policy l-ġdida kull operatur li għamel ordni biex jieħu l-kotba ġie nfurmat biha u ma jirriżulta mkien mirr-records tad-Dipartiment li xi operatur sab ruħu l-Qorti kaġun ta’ din il-policy.
Ftehim bejn l-Enemalta u l-Każin tal-Banda Maria Annunzjata
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi forma ta' ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Każin tal-Banda Maria Annunzjata rigward il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi meta l-Enemalta tipprovdi servizz tal-elettriku, dan huwa mogħti suġġett għal installazzjoni elettrika ċċertifikata u sikura li tkun preżenti fil-bini fornut bl-elettriku. Fil-każ ta’ bidliet fl-istallazzjoni elettrika, hemm dispożizzjonijiet fl-Electricity Supply Regulations (ESR) li jobbligaw lill-konsumatur jinforma lill-korporazzjoni u jissottometti ċertifikat ġdid jew jitlob li ssir spezzjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-regolamenti jwassal għal sospensjoni tal-provvista sakemm is-sitwazzjoni titranġa’.
F’dan il-każ l-istallazzjoni pprovduta għall-konnessjoni tal-provvista m’għadiex teżisti u l-fond se jerġa’ jinbena b’istallazzjoni elettrika ġdida. F’każ bħal dan il-konsumatur kellu jitlob is-sospensjoni tal-provvista, sakemm ikunu ffinalizzati l-kostruzzjoni u ċ-certifikazzjoni tal-istallazzjoni l-ġdida. Peress li l-konsumatur żamm parti mill-bini miftuħ għall-pubbliku, għandu jkun hemm servizz ġdid, separat mis-sit tal-bini, bħala servizz għall-kmamar miżmuma. L-istallazzjoni ta’ dawn il-kmamar għandha tkun konformi mal-ħtiġijiet tal-ESR u tkun iċċertifikata minn
electrician
liċenzjat bħala parti mit-talba għas-servizz. Id-dispożizzjoni ta’ provvista għall-kmamar miżmuma ġewwa s-sit ta’ kostruzzjoni, tista’ tippreżenta riskji għas-sigurtà tal-persuni li jaħdmu fuq is-sit u għall-pubbliku jekk dawn jitħallew jidħlu fis-sit biex jilħqu l-kmamar, partikolarment jekk il-
cabling
użat ma jkunx imħares b’mod xieraq u b’mod partikulari jekk l-istallazzjoni fil-kmamar li jifdal ma tkunx ta’
standard
u mgħammra bl-apparat meħtieġ ta’ protezzjoni.
Peress li l-bini huwa parzjalment (80-90%) imwaqqa, il-konsumatur jista’ wkoll japplika għal servizz temporanju sakemm ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jitlesta u wara jingħata servizz permanenti permezz ta’ applikazzjoni. L-istallazzjoni temporanja, li tingħata waqt ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, irid ikollha ċertifikat ta’ sigurtà minn
electrician
liċenzjat.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba xi flus li jrid jieħu mit-Teżor?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pensjoni tat- Teżor dovuta lill-persuna msemmija ġiet mibgħuta lilha nhar is-16 t’ April 2012 permezz ta’ Cheque, liema pagament dovut lilha għall-perijodu mill-5 ta’ Marzu 2012 sal 31 ta’ Marzu 2012. Il-Pensjoni dovuta lilha inbagħtet hekk kif appena is-Sezzjoni tal-Pensjonijiet tat-Teżor irċeviet l-approvazzjoni neċessarji, sia mill-Uffiċju tal-President u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieha fuq three-phase u mhux fuq single phase?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid meta għaddew it-tender documents lil Transport Malta biex joħorġu t-tender dwar xogħlijiet f’Giorgio Mitrovich Street, Msida minħabba katusi tad-drenaġġ mifqugħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħti x-xogħol lill-kuntrattur tal-kunsill f’dan il-każ u mhux lil Transport Malta għax il-kunsill kien se jagħmel xogħol fil-bankini. Il-kunsill irid jiftiehem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif se jsir ix-xogħol fit-triq.