Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9513 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista’ l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f’dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f’dak il-każ lil min akkumpanja? Jista’ jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Tlabt biex It-tagħrif jinġabar.
Leg 13 PQ #9311 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9425 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — flus dovuti lill-Enemed għal Fuel

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm għandha tagħti l-Air Malta lill-Enemed għal fuel li hija xtrat mingħandha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Leg 13 PQ #9443 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Boeing 737 Max 8

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum x’inhi l-pożizzjoni tal-Boeing 737 Max 8, li ġew banned mir-Renju Unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #9235 Sitting 207 2019-03-13 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar – New Zealand

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx mar New Zealand minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tiegħhi hija fin-negattiv, jiġifieri le.
Leg 13 PQ #9236 Sitting 207 2019-03-13 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar – Bahamas jew Bermuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx mar il-Bahamas jew Bermuda minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tiegħhi hija fin-negattiv, jiġifieri le.
Leg 13 PQ #9237 Sitting 207 2019-03-13 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx mar id-Dubai minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara jew żjarat tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li żort Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet. F’din il-leġiżlatura ma kien hemm l-ebda żjara.
Leg 13 PQ #9234 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Panama

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx mar il-Panama minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tiegħi hija fin-negattiv, jiġifieri le.
Leg 13 PQ #9285 Sitting 206 2019-03-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — miri tal-Horizon 2020

Question

Il-miri tal-Horizon 2020 huma li: a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa; b) tal-inqas 50% tal-persuni f’ advisory groups ikunu nisa; u c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru. Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279.
Leg 13 PQ #8729 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna riżorsi umani peress li tmur lura 15-il sena. Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar produttiv. Iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.
Leg 13 PQ #8953 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas-Sliema – Żona tax-Chalet — upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proposta tal-Gvern sabiex isir upgrading taż-żona tax-Chalet f'Tas-Sliema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Projects Malta Limited qiegħda tevalwa l-options.
Leg 13 PQ #8954 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas-Sliema – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rigward upgrading taż-żona tax-Chalet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f’Tas-Sliema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8953. Ngħarrfu wkoll li ser issir konsultazzjoni dwar l-options mal-Kunsill Lokali.
Leg 13 PQ #8955 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Balluta — studji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tmien studji li saru mis-sena 2013 sas-2018 dwar il-Bajja tal-Balluta? Jista' l-Ministru jgħid jekk wara dawn it-tmien studji tħejjewx studji oħra dwar il-Bajja tal-Balluta u jekk iva jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji: · Balluta Bay beach replenishment · Marine benthic survey · Balluta Bay beach re-nourishment – Pilot experimental project · Proposed beach replenishment project – Balluta Bay · Beach profiles, sections and bathymetric soundings
Leg 13 PQ #9214 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9096 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9106 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8682 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa ta' Tv advertising

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar fuq tv advertising għas-sena 2018 kienet ta’ €8,800. Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Leg 13 PQ #8856 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8972 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9041 Sitting 201 2019-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Raħal Ġdid — Ġnien Dom Mintoff - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet, kemm intnefaq s’issa u x’se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. · Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’ sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. · Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. · Ġiet mibnija ukoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. · Saru żewġ water features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. · Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping. · Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 3000 pjanti ġodda. · Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racks u kontenituri tar-reċiklaġġ. · Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinaliżżata l-installazzjoni ġdida tad-dawl, kif ukoll iż-żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal. S’issa, in-nefqa totali hija ta’ madwar €670,000.
Leg 13 PQ #9096 Sitting 201 2019-02-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.