Kunsill Lokali tal-Gżira – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Gżira applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq l-Arżnell, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru fi Triq L-Arznell jinkludu t-tqegħid ta’ cables biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl, l-installazjoni ta’ żewġ mejnijiet tal-ilma tax-xorb ġodda, t-tibdil tas-soqqfa tal-manholes tad-drenaġġ u bini mill-ġdid tas-sodda ta’ triq li tinkludi bankini ġodda, parkeġġi tal-konkos u formazzjoni tat-triq.
Sadanittant ix-xogħlijiet minn Triq il-Kavalerizza sa Triq il-Luzzu huma lesti u jonqoshom l-aħħar saff ta’ asphalt, filwaqt li jonqos il-bini mill-ġdid tas sodda ta’ triq minn Triq il-Luzzu sa Triq iż-Żejtun.
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex persuni li jgħixu f’Pembroke jingħataw preferenza u assigurazzjoni li jsibu post fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom invista tal-influss qawwi ta’ ħaddiema li qed imorru fuq il-proġetti li għaddejjin bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Xogħlijiet - Immaniġġjar tat-traffiku
Question
Fid-dawl li ser tingħalaq Triq Gorg Borg Olivier għal xhur sħaħ biex issir sistema ġdida tad-drenaġġ fl-istess żmien li ser titwaqqa’ u tkun qed tinbena mill-ġdid l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall kif ser jiġi mmaniġġjat it-traffiku fil-Mellieħa b’mod li jakkomoda l-ħtiġijiet tan-nies tal-Mellieħa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku temporanju jitfassal b’kollaborazzjoni mal-entitajiet kollha konċernati qabel tibda l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26946 u jara li Tallinja App tkun aċċessibbli għal persuni neqsin mid-dawl jew li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni qed tiġi diskussa mal-operatur tat-trasport pubbliku li jopera din is-sistema, bil-għan li jiġi determinat x’miżuri jistgħu jittieħdu biex titjieb l-aċċessibilità tal-App.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji tas-sewqan maħruġa fuq persuni mhux mill-Ewropa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ir-Rabat, Malta — Triq il-Katakombi - Tabelli one-way
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tabelli tal-one-way li twaħħlu fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat Malta, mill-Kunsill Lokali fl-10 ta’ April 2025 kenux approvati minn Transport Malta peress li dawn twaħħlu meta kienet sejra tinħareġ taħrika mill-pulizija wara rapporti li saru minħabba qsari li kienu qegħdin jostakolaw il-passaġġ?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27144 u 27430 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27422 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13187 u 23262, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27100 dwar l-istat ħażin ta’ Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi, u peress li din it-triq issa hija l-ewwel prijorità tal-l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi , jista’ l-Ministru jagħti d-data speċifika meta ser jibda x-xogħol infrastrutturali f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jinsab fl-istadju tas-sejħa għall-offerti.
Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali tal-Gudja – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Gudja applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali tal-Fgura – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Fgura applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Pembroke — Triq il-Professur W. Ganado – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni Triq il-Professur W. Ganado f’Pembroke qiegħda tinqala’ mill-ġdid? Jista’ jindika x’xogħlijiet huma previsti li jsiru u kemm ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
MV Malita, MV Gaudos u MV Ta’ Pinu — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom bejn Għawdex u Malta, u viċi versa, fuq il-MV Malita, l-MV Gaudos, u l-MV Ta’ Pinu?
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika li l-passiġġieri qed jitħallew jibqgħu fil-karozzi tagħhom fuq l-MV Nikolaos, iżda mhux fuq il-bqija tal-flotta?