Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet ta’ ortopedija li ġew ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’dawn l-aħħar ġranet (bidu ta’ Ġunju), kien hemm ammont kbir ta’ operazzjonijiet ta’ ortopedija skedati li ġew ikkanċellati lejliet li kellhom isiru? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien hemm pazjenti fl-Isptar Mater Dei li minkejja l-urġenza, damu ħafna biex saritilhom il-proċedura meħtieġa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif minn dejjem kien jiġri meta jkun hemm numru ta’ aċċidenti fejn persuni jiddaħħlu b’emerġenza, l-isptar jara li jkun qiegħed jagħti l-kura meħtieġa lil dawn il-persuni. Meta n-numru jkun akbar min-normal, jista’ jkun hemm istanzi fejn ikollhom jitħassru xi operazzjonijiet. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm numru kbir ta’ pazjenti li ddaħħlu l-emerġenza bi ksur u għaldaqstant dan kellu effett fuq l-operazzjonijiet li jkunu skedati b’appuntament u li madanakollu dawn jiġu riskedati għal data oħra mingħajr dewmien biex tkun tista’ ssir tali operazzjoni.

L-Isptar Mater Dei u l-Isptar Mount Carmel — Admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dawn kienu l-admissions fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali: fl-2023 kien hemm, 2,381; fl-2024 kien hemm, 2,198 u fl-2025 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-PQ, 918. Ma kien hemm ebda admission fl-Isptar Mater Dei relatata ma’ kura tas-saħħa mentali.

Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — Kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy" ikunu inklużi fil-Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali u jekk iva, meta hu ppjanat li dan isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ W261.

Food supplement — Parametri u ċertifikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29078 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x’inhuma l-parametri u ċ-ċertifikazzjonijiet mitluba lill-aġent biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) li jkun ser jiġi rreġistrat jiġi vverifikat b’tali mod li tiġi żgurata l-kwalità u s-serjetà tal-prodott?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

MCCAA — Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29079 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29080 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta ġie rreġistrat (jekk fil-pożittiv) il-food supplement bl-isem ‘Folidi’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29081 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk kienx infurmat li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kienx qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u wkoll minn pajjiżi barra mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29082 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta kien infurmat (jekk fil-pożittiv) li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kien qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

MCCAA — Food supplement - Proċeduri ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29077 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x’inhi l-proċedura biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) jiġi rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Faċilità San Vincenz de Paul — Infermiera u carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ primary caregivers (infermiera u carers) li bħalissa qed jaħdmu ġewwa l-Faċilità San Vincenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma barranin u minn dawn il-barranin, jista’ jgħid kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom huma third country nationals?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Faċilità San Vincenz de Paul — Dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fid-Dentistrija tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista jgħid ukoll jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn — Persuni li utilizzaw il-Berġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn ġiet utilizzata minn 3,070 persuna.

Iż-Żejtun — Persuni li utilizzaw il-Berġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun ġiet utilizzata minn 4,650 persuna.

Marsaxlokk — Persuni li utilizzaw il-Berġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk ġiet utilizzata minn 7,870 persuna.

Ħal Għaxaq — Persuni li utilizzaw il-Berġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq ġiet utilizzata minn 2,660 persuna.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28692 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Operazzjoni ta’ kirurġija ġenerali — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29041 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.