Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta — Latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li hemm 8 latrini pubbliċi fil-lokalità. Intant infurmat wkoll li minn naħa tal-Kunsill Lokali ma sarx studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi fil-lokalità.

L-Imdina — Latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina li hemm latrina pubblika waħda li tinsab fi Ġnien Howard u li ma taqax taħt r-responsabbiltà tal-Kunsill. Intant infurmat ukoll illi l-Kunsill qatt ma għamel studji dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi minħabba li qatt ma rċieva ilmenti dwar dan.

Il-Furjana – Ħarsien tal-Fosos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbiltà tal-ħarsien tal-Fosos tal-Furjana? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir il-manutenzjoni jew restawr tal-fosos u jgħid ukoll x'qiegħed isir jew jekk hemmx pjanijiet biex jiġi ssalvagwardjat? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri qed jittieħdu meta jsiru attivitajiet tal-massa fuq il Fosos tal-Furjana?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Fosos m’huwiex fil-pussess tal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli u fil-fatt kien hemm diġà deputat ieħor tal-Oppożizzjoni li f’din il-leġiżlatura stess ingħata tweġibiet għal domandi simili ħafna għad-domandi de quo mill-Ministeru konċernat. Madanakollu rrid ngħid li għaddejjin taħditiet interni fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli sabiex, fuq mudelli oħrajn diġa’ eżistenti f’partijiet oħra tal-pajjiż, ikun jista’ jingħata iktar sostenn mil-lat ta’ preservazzjoni u ħarsien patrimonjali. Informazzjoni dwar hekk tkun tista’ tingħata fi stadju ulterjuri.

Workshop għal Kompożituri u Awturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-workshop li kien sar f’Ġunju li għadda inkluż kemm intefqu flus għal kompożituri u awturi barranin li ġew biex jagħmlu dan il-workshop? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji ntgħażlu l-kantanti li pparteċipaw f’dan il-workshop u jispeċifika kemm ġew mistiedna u kemm applikaw għal dan il-workshop u kemm minnhom intgħażlu? Jista' jgħid ukoll kemm mill-parteċipanti (li ħadu sehem fil-workshop) f’dan il-festival, kellhom kanzunetta mal-aħħar 36 kanzunetta, qabel intgħażlu l-aħħar 12 minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva. Intant infurmat illi saret sejħa pubblika għal 21 post fil-Malta Eurovision Music Camp b’aġġudikazzjoni ta’ ġurija internazzjonali. Dwar dan infurmat illi kien hemm diversi parteċipanti li applikaw b’kanzunetti mill-kamp għal Malta Eurovision Song Contest 2024 u infurmat li minn dawk li applikaw għaddew 10 kanzunetti għas-semifinali.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15828.

Ġbir tal-iskart — ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar il-ħinijiet speċifiċi stipulati fil-kuntratt, mal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart għall-ġbir tal-iskart?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt reġjonali jirreferi għall-ħinijiet tal-bidu tal-ġabra tal-iskart li kienu pre-stabbiliti fil-lokalitajiet differenti fil-kuntratti ta’ qabel. Infurmat ukoll li l-istess kuntratt jipprovdi wkoll għal bidliet maqbula mal-Kunsilli Reġjonali u Lokali skont il-ħtieġa. Finalment, infurmat ukoll li l-ħinijiet għall-bidu tal-ġbir huma ippubblikati fis-sit uffiċċjali www.wastecollection.mt.

Gudja — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Gudja u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li fil-lokalitá tagħhom hemm 121 siġra taż-żebbuġ f'sitt siti differenti. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li ssir it-tisqija relattiva regolarment u żbir skont il-ħtieġa.

Għawdex – Latrini li sarilhom refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment mill-kunsilli lokali Għawdxin matul is-snin 2021, 2022 u 2023 u fiex kien jikkonsisti? X'kienet l-ispiża għal kull waħda minnhom? Jista’ jgħid ukoll liema latrini hemm ippjanat li jsirilhom refurbishment mill-kunsilli lokali Għawdxin matul is-sena 2024, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba skont kif mibghuta lili mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali tinsab hawn taht: 2021 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fhiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Nil L-Għarb Nil L-Għasri Latrina tal-Irġiel Madum ġdid €518.00 Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iz-Zebbuġ Nil 2022 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fhiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Nil L-Għarb Nil L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Latrina fi Triq It-Tramuntana Bdil tal-madum, fittings, plumbing, sanitary/bathroom fixtures €15,535.88 Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iż-Żebbuġ Latrina fi Pjazza l-Assunta Bdil tal-madum, gypsum u żebgħa €4,365.90 2023 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Latrina fi Triq ta’ Mulejja Tibjid, żebgħa tal-aperturi u manutenzjoni oħra €559.64 Għajnsielem Pjazza Madonna ta' Loretu Twaqqigħ u qed tinbena latrina ġdida moderna u aktar aċċessibli €49,801.55 (exc VAT) L-Għarb Nil L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iż-Żebbuġ Nil 2024 Kunsill Lokali Liema latrini huma ppjanati li jsirilhom refurbishment Fiex jikkonsisti r-refurbishment Kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Titkompla u titlesta l-latrina tal-Pjazza Madonna ta' Loretu Tkissir tal-latrina eżistenti u bini mill-ġdid ta' waħda ġdida €49,801.55 (exc VAT) L-Għarb Latrina Triq Trux Jinbidlu f’latrini awtomatiċi €60,000 (kull waħda) Latrina Ta’ Pinu L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Hemm ippjanat li titranġa l-latrina fil-Kumpless Raymond Mercieca Ser ikun hemm 2 toilets (irġiel u nisa), disabled toilets u child changing station L-ispiża qed tinħadem Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Triq it-28 ta’ April 1688 Rinovazzjoni mill-ġdid €42,000 (exc VAT) San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Bandli tal-Ħamrija Sistema modernizzata tas-servizz tal-ilma u tisbieħ ġenerali tal-latrina TBD Iż-Żebbuġ Latrina fil-Qbajjar Promenade Kisi tas-Saqaf u żebgħa €3,000

Raħal Ġdid – Xogħlijiet fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar informazzjoni li għandu l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar x’ser jiġri mill-ħsarat li hemm fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll: i. Għandux informazzjoni dwar x’hemm bżonn isir bħala tiswija/tiswijiet? ii. Għandux informazzjoni dwar meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet? iii. Għandux informazzjoni dwar kemm ser jiswew tali xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li x-xoghlijiet relattivi sabiex jiġi mibdul wiċċ it-triq diġà beda mill-entità kkonċernata.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ministeru, fit-totalità sħiħa tiegħu, għandu disa’ persuni li għandhom inqas minn 80 sena imma għandhom iktar minn 65 sena li jaħdmu full time jew part-time b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts. Minn dan il-grupp ta’ disa’ persuni l-etajiet huma kif ġej: 66 sena (1), 67 sena (1), 69 sena (1), 70 sena (2), 71 sena (1), 73 sena (1), 76 sena (1) u 77 sena (1). M’hemm ħadd ta’ iktar minn 80 sena. Inċidentalment nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lil dawn il-persuni tas-servizz li jwettqu, b’mod partikolari lill-persuna l-iktar anzjan minn dan il-grupp, l-espert tat-teatru Lino Farrugia, li jwettaq xogħol tajjeb ħafna f’dan il-kamp u l-kamp artistiku in ġenerali.

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – Proġett

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14513, 14668 u 14968 dwar proġett fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'baqa' pendenti sabiex il-proġett ikun jista' jitkompla hekk kif sal-ġurnata li fiha qiegħda issir din il-mistoqsija parlamentari dan il-proġett għadu ma tkompliex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tkompliet l-investigazzjoni tal-feature min-naħa tal-applikant taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Infurmat ukoll li fil-21 ta’ Diċembru 2023, l-Perit intalab iqabbad archaeology monitor u kif ukoll li jissottometti Programme of Works u Works Method Statement. Infurmat li sussegwentament fit-2 ta’ Jannar 2024, il-Perit ikkonferma li ħa jkun qed jipprovdi dawn id-dettalji kollha, imma s’issa s-Sovrintendenza ma rċeviet l-ebda dokumentazzjoni. Intant infurmat ukoll li s-Sovrintendenza waqqfet biss xogħlijiet li jaffettwaw direttament dan il-feature, u mhux il-kumplament tax-xogħlijiet.

Naxxar – Triq il-Fortizza tal-Mosta – Knis u tindif ieħor

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-iskeda tal-knis u tindif ieħor fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar u jaċċerta li dan il-knis u tindif qiegħed fil-fatt isir regolarment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali li din it-triq titnaddaf kull nhar ta’ Erbgħa.

Malta u Għawdex — Latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn latrini pubbliċi f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex skont il-lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kunsill Lokali Ammont 1 Il-Belt Valletta (Città Umilissima) 8 2 L-Imdina (Città Notabile) 1 3 Il-Birgu (Città Vittoriosa) 4 4 L-Isla (Città Invicta) 3 5 Bormla (Città Cospicua) 2 6 Ħal Qormi (Città Pinto) 3 7 Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan) 1 8 Iż-Żabbar (Città Hompesch) 2 9 Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) 4 10 Iż-Żejtun (Città Beland) 3 11 Ir-Rabat (Città Victoria) 8 12 Ħ’Attard 3 13 Ħal Balzan 1 14 Birkirkara 3 15 Birżebbuġa 2 16 Ħad-Dingli 3 17 Il-Fgura 2 18 Floriana 2 19 Il-Fontana 1 20 Il-Gudja 2 21 Il-Gżira 1 22 Għajnsielem 3 23 L-Għarb 3 24 Ħal Għargħur 1 25 L-Għasri 1 26 Ħal Għaxaq 2 27 Il-Ħamrun 3 28 L-Iklin 0 29 Il-Kalkara 1 30 Ta’ Kerċem 1 31 Ħal Kirkop 1 32 Ħal Lija 2 33 Ħal Luqa 2 34 Il-Marsa 2 35 Marsaskala 4 36 Marsaxlokk 2 37 Il-Mellieħa 6 38 L-Imġarr 3 39 Il-Mosta 1 40 L-Imqabba 1 41 L-Imsida 1 42 Il-Munxar (& Xlendi) 3 43 In-Nadur 3 44 In-Naxxar 4 45 Paola 2 46 Pembroke 9 47 Tal-Pietà 1 48 Il-Qala 2 49 Il-Qrendi 2 50 Ir-Rabat (Malta) 3 51 Ħal Safi 1 52 San Ġiljan 2 53 San Ġwann 1 54 San Lawrenz 0 55 San Pawl il-Baħar 5 56 Ta' Sannat 2 57 Santa Luċija 2 58 Santa Venera 1 59 Tas-Sliema 5 60 Is-Swieqi 1 61 Ta' Xbiex 1 62 Ħal Tarxien 1 63 Ix-Xagħra 1 64 Ix-Xewkija 4 65 Ix-Xgħajra 1 66 Iż-Żebbuġ 6 67 Iż-Żurrieq 4 68 L-Imtarfa 2

Żvilupp – Terms of Refernece

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference inkonnessjoni mas-sit kopert bil-permess tal-iżvilupp PA/03678/23 (renewal application ta' PA/00564/18)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minħabba li l-applikazzjoni PA 3678/23 tirrelata dwar tiġdid ta’ PA 564/18, it-ToRs li nħarġu għal PA 564/18 għadhom validi u qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħlijiet fuq żewġ siti

Question

Jista' l-Ministru jiċċara għaliex twaqqfu x-xogħijiet kollha fuq is-sit kopert bil-permess tal-iżvilupp PA/00564/18 u PA/03678/23 (Plot 17) u ma twaqqfux ukoll ix-xogħlijiet fuq l-iżvilupp PA/05339/21 (parti minn Plot 16)? Peress li s-sit kopert b'permess tal-iżvilupp PA/05339/21, li jinsab biswit (inqas minn 10 metri bogħod) is-sit bil-permess PA/03678/23, għandu d-dħul ta' għar u parti minn dan l-għar fil-fond tiegħu, u jinsab ftit metri ’l bogħod mill-burial pit li ġie investigat minn arkeologi tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali f'Ġunju 2023, jista’ jgħid għaliex fil-preżent, is-sit kopert bil-permess tal-iżvilupp PA/05339/21 qiegħed jiġi skavat mill-iżviluppatur u hemm arkeologi fuq is-sit jagħmlu xogħol ta' monitoraġġ? Jista’ jgħid għaliex qed isir dan it-tip ta’ monitoraġġ arkeoloġiku, meta arkeologi li huma familjari ma’ din iż-żona arkeoloġikament sensittiva rrakkomandaw li ssir investigazzjoni arkeoloġika komprensiva tal-għar innifsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Rigward PA/00564/18 mġedded bil-permess PA/03678/23 (Plot 17), l-investigazzjoni fuq is-sit tlestiet, u l-pass li jmiss huwa t-twettieq tal-permess. Infurmat li s-Sovrintendenza waqfet it-twettieq tal-permess b’mod temporanju ħalli tevalwa ħolistikament iżjed fid-dettall is-sitwazzjoni fuq iż-żona kollha Rigward PA/05339/21 (Plot 16), infurmat li l-permess inħareġ suġġett għal monitoraġġ arkeoloġiku, u fil-fatt ix-xogħlijiet kollha qed isiru taħt monitoraġġ. Dwar dan infurma li monitoraġġ arkeoloġiku jista’ jieħu forom differenti skond is-sensittivita arkeoloġika tas-sit, fejn tista’ ssir ukoll investigazzjoni arkeoloġika waqt il-monitoraġġ. Din il-prassi hija stabbilita lokalment kif ukoll internazzjonalment. Finalment infurmat illi fil-fatt, fuq is-sit suġġett għal PA 5339/21 qed issir investigazzjoni arkeoloġika skond l-istandards stabbiliti fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lok- Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Żejtun — Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fiż-Żejtun u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi s-siġar fiż-żoni pubbliċi u ġonna jinżabru u jingħataw l-attenzjoni neċessarja skont il-bżonn. Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tinghata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbug li jinsabu fil-lokalità madanakollu infurmat li l-ammont mhuwiex wieħed żgħir.

Fgura – Siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Fgura u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura illi siġar taż-żebbuġ fil-lokalità tal-Fgura hemm madwar 70. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li bħala żbir isir skont il-perjodu neċċessarju ta’ bejn Ottubru u l-aħħar ta’ Frar, meta s-siġar ikun bla frott, filwaqt li bħala tisqija, din issir regolarment skont il-bżonn.