Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u l-ammont totali tal-valur tagħhom, fil-perjodu bejn is-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u jgħid kemm-il ilment tressaq lill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità matul l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif qed tidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ Ilmenti Mressqa dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum 2022 Xejn 2023 2 ilmenti

Adozzjonijiet – Ftehim ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13003 u jgħid liema huma l-pajjiżi li hemm ftehim magħhom biex ikunu jistgħu jiġu adottati tfal minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pajjiżi li magħhom fil-preżent hemm ftehim magħhom għall-addozzjoni huma: · Il-Portugal; · L-Indja; · Is-Slovakkja; · Il-Kolombja; · Il-Polonja; · Il-Bulgarija; u · Il-Vjetnam.

Adozzjonijiet – Pajjiżi li koppji tal-istess sess jistgħu jadottaw minnhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13004 u jgħid liema huma l-pajjiżi li koppji tal-istess sess jistgħu jadottaw minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sa issa, koppji tal-istess sess jistgħu jaddottaw mill-Portugal u mill-Kolombja.

Adozzjonijiet – Diskussjonijiet ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistosqija parlamentari 13005 u jgħid jekk hemmx pajjiżi li għaddejjin diskussjonijiet magħhom biex ikunu jistgħu jiġu adottati tfal minnhom, inkluż minn koppji tal-istess sess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm diversi laqgħat fir-rigward il-possibilità li jibdew isiru addozzjonijiet mill-Istati Uniti, iċ-Ċilì, u s-Serbja. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, kull pajjiż għandu l-liġijiet tiegħu fir-rigward jekk jitħallewx li jsir addozzjonijiet minn koppji tal-istess sess.

Adozzjonijiet – Tfal li kienu taħt kura alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13006 u jgħid kemm kien hemm tfal li kienu taħt kura alternattiva u li ġew adottati minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12869.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14704 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li fid-dekasteru li jien responsabbli ghaliħ ma hemm l-ebda Deputati tal-Oppożizzjoni impjegati.

Santa Venera — Konservatorju Vinċenzo Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12717 u jgħid jekk il-Konservatorju Vinċenzo Bugeja f'Santa Venera hux ser jagħlaq il-bibien tiegħu fil-futur qarib? Jekk iva, x'ser isir mis-servizzi residenzjali li jospitaw u jassistu adolexxenti vulnerabbli u fejn ser imorru dawn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm għal din il-binja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 12547. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-binja ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi.

Adozzjonijiet minn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13001 u jgħid kemm kien hemm koppji tal-istess sess li rnexxielhom jaddottaw minn mindu legalment dan sar possibbli u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u skont il-pajjiż li addottaw minnu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, b’kollox kien hemm 6 koppji tal-istess sess li addottaw mill-Portugal. · Koppja addottat 2 subien fl-2018; · Koppja addottat tifel u tifla fl-2018; · Koppja addottat tifel fl-2019 u tifel fl-2022; · Koppja addottat tifel fl-2020; · Koppja addottat tifel fl-2022 u tifel fl-2023; u · Koppja addottat tifel fl-2023.

Adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13002 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4587 u 4588, fejn jingħad li bejn l-2019 u Frar tal-2023 kien hemm 13-il adozzjoni ffaċilitati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u 115-il adozzjoni ffaċilitati mill-aġenziji privati, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rata ta’ konklużjonijiet b’suċċess tal-aġenziji privati hija ħafna aktar għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett (3) aġenziji privati minbarra Aġenzija tal-Gvern li jipprovdu s-servizz tal-adozzjoni. Dan ifisser li kull min jixtieq jaddotta huwa liberu li jagħżel hu ma’ liema Aġenzija jixtieq li jaħdem. Ta’ min jinnota wkoll, li minbarra t-taħriġ dettaljat u intensiv li jsir biex persuna / persuni jkunu jistgħu jidhru quddiem l-Adoptions Board sabiex ikunu approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (Prospective Adoptive Parents – PAPs), il-home study reports u il-post adoption reports, is-servizz tal-adozzjonijiet fi ħdan l-FSWS jagħmel ukoll xogħol importantissimu mal-familji wara li tkun konkluża addozzjoni. Dan is-servizz huwa dak tal-Post-Adoption Support fejn diversi persuni li jkunu addottaw jirrikorru għand l-Aġenzija tal-Gvern sabiex jingħatalhom sapport wara l-adozzjoni ħalli jiġi assigurat li, kemm jista’ jkun, ma jkunx hemm placement breakdowns.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Pensjoni tat-Teżor

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta l-iskema li ġiet imwiegħda fil-Baġit relatata mal-inklużjoni tal-ħaddiema biex jieħdu l-pensjoni tat-teżor għandhom jingħataw lill-ħaddiema tal-kumpanija ex Gas Board, l-apprendisti tal-Malta Electricity Board li daħlu mal-Korporazzjoni Enemalta fl-1977?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema tal-eks-ħaddiema tal-Gas Board u l-apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dawn l-entitajiet spiċċaw u wara daħlu mal-korporazzjoni Enemalta kienet ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern datata 24 ta’ Mejju 2019. L-iskema ma kinetx tirreferi li dawn l-impjegati kienu se jitħallsu l-Pensjoni tas-Servizz imma għotja ta’ darba.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Għajnuna soċjali — Benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qed jirċevuh?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 daħlu 1297 -il applikazzjoni għall-Għajnuna Soċjali. Matul l-istess sena kien hemm 1340 il-benefiċjarju li ma baqax jirċievi l-istess Benefiċċju. Tul is-sena 2023, kien hemm 6805 -il benefiċjarju li tħallas. Dan in-numru jinkludi Benefiċjarji li mhux bilfors kienu jieħdu l-Għajnuna Soċjali s-sena kollha.

Frodi tal-benefiċċji soċjali — Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni fuq il-każ tal-abbuż fl-għoti tad-Diżabilità Severa? Hemm xi deadline meta din ser titlesta? Fid-dawl li fil-Parlament il-Ministru kien wiegħed li dan ir-rapport ser ikun ippubblikat, jista’ jerġa’ jikkonferma dan?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien sa meta kellu jitlesta dan ir-rapport kien il-11 ta’ Frar. Ġejt infurmat li l-bord se jkun qed jitlob estensjoni ta’ ftit ġimgħat biex jikkonkludi dan ir-rapport. Il-Ministru jikkonferma dak li wiegħed.