Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Każijiet biex jiġu deċiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 li kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2023, 277-il persuna kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat waqt li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Persuni sentenzjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 395-il persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jista’ l-Ministru jindika l-istat attwali tal-implimentazzjoni tal-pjan li jinkludi l-installazzjoni ta’ 24/7 CCTV cameras biex jitnaqqas l-abbuż f’Paceville mħabbar aktar minn sena ilu, kif imsemmi fil-Budget 2024 “L-Aġenzija LESA ser tinvesti fi proġetti teknoloġiċi, inkluż bl-użu ta’ cameras imqabbdin mal-control room tal-aġenzija u l-Korp tal-Pulizija, sabiex iservu mhux biss ta’ deterrent iżda wkoll ta’ azzjoni kontra l-abbuż u l-azzjonijiet kriminali. L-ewwel proġetti ser ikunu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan (inkluż Paceville), San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba u l-Qawra), il-Marsa u Raħal Ġdid”? F’każ li dan għadu ma ġiex implimentat, jista’ jagħti spjegazzjoni għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-aħħar xhur sar ix-xogħol preparatorju biex dan il-proġett jiġi implimentat. Fost dan kien hemm laqgħat ma’ stakeholders mil-lokalitajiet imsemmija, biex wara dawn il-laqgħat kienu mfassla d-dettalji tal-proġett u r-rekwiżiti b’rabta mas-sejħiet għall-offerti.
Fix-xhur li għaddew ġew konklużi wkoll il-kuntratti mal-fornituri tas-servizzi involuti u fil-preżent għaddej ix-xogħol meħtieġ fil-bini tal-aġenzija fejn qed issir control room ġdida li ser sservi għal dan il-għan.
Sar ukoll ix-xogħol meħtieġ b’rabta mat-tħejjija tar-riżorsa umana li jkollok bżonn biex proġett bħal dan jaħdem b’mod effettiv.
F’San Ġiljan ix-xogħol huwa avvanzat u huwa maħsub li l-cameras ta’ Paceville jibdew jitwaħħlu fil-ġimgħat li ġejjin bil-proġett tal-moniteraġġ f’din il-lokalità pjanat li jkun lest u jopera fl-intier tiegħu fix-xhur li ġejjin. Diġà sar ukoll xi xogħol infrastrutturali preparatorju. Dan filwaqt li jkompli x-xogħol fuq il-lokalitajiet l-oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar ċifri tal-imsieħba f'kull trade union skont l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ġie ppubblikat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu fil “Young Offenders Unit” f’dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kellhom età?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2015 l-ammont kien ta' 35, fis-sena 2016 l-ammont kien ta' 60, fis-sena 2017 l-ammont kien ta' 34, fis-sena 2018 l-ammont kien ta' 54, fis-sena 2019 l-ammont kien ta' 77, fis-sena 2020 l-ammont kien ta' 7, fis-sena 2021 l-ammont kien ta' 65, fis-sena 2022 l-ammont kien ta' 16, fis-sena 2023 l-ammont kien ta' 64, fis-sena 2024 l-ammont kien ta' 49. Infurmat wkoll li l-età tvarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex illegali li jitpoġġa żgombru fit-toroq li jimblokka l-passaġġ ta' karozzi, inkluż pjanti li jitqiegħdu f'passaġġi u/jew toroq pubbliċi? F'każ li iva, jista' jgħid jekk hijiex responsabbilità tal-Pulizija li tali żgombru illegali jitneħħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant huwa regolat skont il-provedimenti tal-Artiklu 3(1) tal-Liġi Sussidjarja 65.13.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat tal-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’dan il-każ teżisti faċilità online fejn kull membru tal-bord jaċċessa l-petizzjonijiet li hu mistenni jiddeċiedi dwarhom.
Naturalment, dan ifisser li l-ħinijiet x’ħin isir dan mhumiex l-istess għall-kull membru tal-Bord.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Karti tal-Identità li jridu jinbidlu waqt il-mass roll out li qed issir fil-pajjiż bħalissa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn l-2024 u l-2025, li matulhom qed isiru dan l-eżerċizzju ta’ tibdil, iridu jinbidlu mal-165,000 karta tal-identità.
Il-karti tal-identità ġodda għandhom għadd ta' karatteristiċi ta' sigurtà b'saħħithom biex l-identità tal-persuna titħares u tagħmilha aktar diffiċli biex tiġi manipulata. Għal kuntrarju ta' dak li ġara qabel l-2013, meta l-Maltin u l-Għawdxin kollha kellhom karta tal-identità skaduta, l-aġenzija Identità llum il-ġurnata qed tagħti prijorità assoluta għat-tiġdid effiċjenti u effikaċi tal-karti tal-identità." Dan qed isir għaliex l-aġenzija investiet sew fl-għodda biex taħdem u anke fir-riżors uman.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbidlu Karti tal-Identità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma distrett b'distrett?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista maqsuma skont il-lokalitajiet ta’ kemm kien in-numru ta’ karti tal-identità pendenti biex jiġġeddu, f’Mejju 2024, kemm iġġeddu sat-13 ta’ Frar 2025 u kemm fadal biex jiġġeddu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal Karti tal-Identità li għad iridu jinbidlu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma distrett b'distrett?
Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, u dawk tal-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’konsulenzi jagħtu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulent huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li kellhom permess tax-xogħol validu f’pajjiżna fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja għas-snin mill-2010 sal-2024?
Jista’ l-Ministru jipprovdi f’persentaġġi s-setturi tax-xogħol li għalihom persuni nħarġilhom permess ta’ xogħol biex jidħlu f’Malta mill-2010 sal-2024?
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li fiha jagħti n-numru ta’ persuni li applikaw għall-permess ta’ xogħol, u kemm minnhom inħarġilhom permess ta’ xogħol mill-2010 sal-2024?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24918 u 25334 u jgħid kemm inħarġu work permits lil ċittadini barranin u ta' pajjiżi terzi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24532 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar mill-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati miegħu mal-Ministeru msemmi ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu x-xogħol li qed jiġi assenjat kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi b’żieda ma’ dak diġà provdut f’mistoqsija parlamentari 14912 u f’mistoqsija parlamentari 367, infurmat li fl-2024 kien hemm żieda ta’ żewg ħaddiema impjegati mal-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati mal-Ministeru ta’ Għawdex u li x-xogħol assenjat lilhom kien ta’ Maintenance u Clerk.