Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #23753 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Pakkett finanzjarju ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintgħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu msemmi fil-mistoqsija huma paga annwali ta’ €120,000, u allowances sa’ €42,000 fis-sena.
Leg 13 PQ #23244 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tal-Kuntratti — Competitive Dialogue

Question

B'referenza għall-Competitive Dialogue li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti: 'Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) For the Design, Build/Construction and Operating of a Waste to Energy Facility in Malta in an Environmentally Friendly Manner'(CT2193/2019), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess f' din il-Competitive Dialogue?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess fil-Competitive Dialogue imsemmi skont it-Tender Opening Report tal-PQQ CT2193/19 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23722 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.
Leg 13 PQ #23750 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holdings Co. Ltd — – rwol tal-gvern

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23448, jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-ċittadini tal-Gvern Malti fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Libyan Arab Maltese Holdings Co Ltd.? X’responsabilità għandhom? X’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull direttur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella: Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd - Board of Directors Name Designation Remuneration Mr. Tony Nicholl Chairman € 8,000 Ann. Mr. Joseph Farrugia Director € 8,000 Ann. Mr. Jesmond Pace Director € 8,000 Ann. Mr. T. Nicholl jirċievi wkoll salarju fix-xahar ta' € 3,381 bħala Managing Director.
Leg 13 PQ #23693 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Bord tat-Tribunal tas-Servizzi Finanzjarji — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn hu mħallas il-bord tat-Tribunal tas-Servizzi Finanzjarji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tat-Tribunal tas-Servizzi Finanzjarji jitħallas mil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.
Leg 13 PQ #23694 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – laqgħat tal-Executive Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-Executive Committee tal-MFSA matul is-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat EZekuttiv iltaqa ’ sitta u sittin (66) darba fl-2021. Il-dati meta ltaqa l-kumitat qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23695 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kien hemm bejn l-MFSA u persuni/kumpaniji li rriżultaw f'xi tip ta' azzjoni jew piena li ma ġietx ippubblikata fuq is-sit tal-istess MFSA?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull azzjoni ta’ infurzar li tittieħed mill-Awtorità trid tiġi ppublikata fuq is-sit tal-MFSA, skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità.
Leg 13 PQ #23772 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23773 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23774 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – Pensjoni tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23186 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malita Investments plc – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malita Investiment plc?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23190 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta Aviation Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Air Malta Aviation Services Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entità kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistax tingħata.

Persuni li nqabdu jaħdmu bla ktieb

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-sena 2018 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23182 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Libyan Arab Maltese Holding Co?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23445 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpens tal-wage freeze – ħlas

Question

B'referenza għar-risposta għall-misoqsija parlamentari 22833, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ex-ħaddiema li ħadu l-kumpens tal-wage freeze mill-Airmalta? Jista’ jgħid jekk dawk li ma ħaduhx hux se jingħatalhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk il-ħaddiema li fl-2017 ma nagħtawx l-kumpens tal-wage freeze mill-Air Malta, kienu dawk li applikaw u ħadu il-VRS. Dawk li applikaw u ħadu il-VRS mhux intilotati għal-ebda kumpens ieħor mill-Air Malta.
Leg 13 PQ #23448 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd – rwol tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi rwol għandu l-Gvern fil-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu 23,759,625 ishma fil- Libyan Arab Maltese Holding Co Ltd.
Leg 13 PQ #23174 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta plc – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-talba għall-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc hija meqjusa talba għal informazzjoni li hi kummerċjalment sensittiva u li ma tistax tingħata.
Leg 13 PQ #23176 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Stock Exchange – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Stock Exchange?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.