Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret eco-contribution minn Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi għall-informazzjoni tas-snin 2021 u 2022 jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9271.
Għas-snin 2023 u 2024 (sal-11 ta’ Lulju 2024) l-informazzjoni hi skont it-tabella hawn taħt:
SENAEKO-KONTRIBUZZJONI MIĠBURA MIN GĦAWDEX
2023 € 275,674.00
2024 € 96,984.50 *(sal-11 ta' Lulju 2024)
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20460 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk l-investiment ta’ €500,000 huwiex meħtieġ basta l-kumpanija tkun qed tipparteċipa f’investiment skont skema ta’ Malta Enterprise?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba, tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20117 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 16526.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7442 u jagħti lista tal-Konsulenti ingaġġati mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20333, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid sa meta jistgħu jinġabru ċ-ċekkijiet tar-Rifużjoni tat-Taxxa u x'jiġri jekk ma jinġabrux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana m’għandha xejn iżjed x’iżżid, fuq dan is-suġġett, u fuq tweġibiet simili, li diġà ngħataw minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema telqu minn mal-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b'sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SENAĦADDIEMA LI TELQU
202012
20219
20229
202313
2024 (sa l-1 ta’ Lulju)8
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema telqu minn mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), sena b'sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
SENAĦADDIEMA LI TELQU
202046
202178
202274
202354
202415
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand il-Whistleblowing Reporting Officer tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum, il-Whistleblowing Reporting Officer tal-MFSA, li huwa l-uffiċċjal li jirċievi u jitratta informazzjoni dwar prattika mhux xierqa mwettqa fi ħdan l-MFSA (internal disclosures) ai termini ta’ l-Artiklu 12 ta KAP. 527, ma rċieva l-ebda rapport.
Il-Mellieħa — Palazz ta’ Selmun - Proċess ta’ trasferiment
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19309, li fiha l-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex wasal il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20290 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19893 u 20081, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq proċessar, stampar u posta taċ-ċekkijiet li nħarġu fil-ġimgħat li għaddew?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-valur sħiħ taċ-ċekkijiet ta’ rifuzjoni tat-taxxa kien ta’ € 27.4 miljun, li minnhom gawdew 269,563 persuna.
Dan bħala parti mill-proċeduri li ddaħħlet snin ilu biex il-ħaddiema f’pajjizna jiġu kkumpensati, b’dawk li jaqilgħu l-inqas jieħdu l-akbar kumpens, li jvarja bejn €60 u €140 kull persuna.
Infurmat li l-ispiża totali fuq proċessar, stampar u posta kienet tammonta għal €256,895.17.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw l-kirjiet li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa Pembroke u kemm tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa l-Belt Valletta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha persuni jaħdmu magħha l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li huma mħallsin mill-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu direct orders l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda direct order lill-organizzazzjoni volontarja msemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18139 u jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ‘eco-contribution’ illi nġabret, mid-data tal-introduzzjoni tagħha fl-2016 sal-aħħar tal-2023, applikabbli taħt it-Tieni Skeda (Artikolu 3(1)) tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u x’użu sar mill-ammont miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Rigward is-snin 2016-2022, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistaqsijiet parlamentari 670 u 7059.
Rigward is-sena 2023, l-ammont miġbur huwa ta’ €4,712,317.88.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn id-dokumenti tal-Formola tat-Taxxa tal-individwi din is-sena, 2024, intbagħtu iktar tard mis-soltu? Min ta l-ordni biex dawn jintbagħtu wara t-8 ta' Ġunju 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mid-direzzjoni strateġika tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana, minn din is-sena ta’ stima, bdiet issir emfasi akbar fuq is-servizz fil-MyTax portal li permezz tiegħu l-formoli tat-taxxa tal-individwi jistgħu jintbagħtu elettronikament. Dan is-servizz li hu disponibbli 24x7 joffri mezz aktar faċli u sigur biex persuna tibgħat il-formola tat-taxxa tagħha. Il-formola tat-taxxa ta’ dan is-servizz tkun diġà mimlija b’informazzjoni li tkun daħlet għand l-MTCA u għalhekk informazzjoni bħal perezempju dħul minn impjieg, tnaqqis fuq mizati mħallsa u pagamenti l-persuna issibhom lesti.
Sar sforz qawwi biex dan is-servizz jinfetaħ kemm jista’ jkun kmieni fis-sena. Infatti mit-30 ta’ Mejju kien miftuħ għal pubbliku u beda jiġi rreklamat ħalli aktar nies jibdew juzaw dan is-servizz. Fl-istess ġurnata ħareġ avviz fuq is-sit tal-MTCA u ġew avzati l-assoċjazzjonijiet li jirrapprezentaw it-tax practitioners. Fl-avvizi ġie kkomunikat li min ju¿a dan is-servizz jista’ jibbenefika minn estensjoni tad-data sa meta jibgħat l-formola u jagħmel il-pagament relattiv (30 ta’ Lulju 2024).
Fil-ġranet ta’ wara beda x-xogħol tal-istampar u impustar tal-formoli manwali. L-ewwel lott inħareġ fit-3 ta’ Ġunju u baqgħu jinħarġu gradwalment sat-tieni ġimgħa ta’ Ġunju.