Legislature:
Category:
Reset
Active:

ERA — Proċeduri għal irkupru ta’ flus dovuti mill-multi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar tliet snin kemm inizjat proċeduri l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jiġu rkuprati l-flus dovuti lilha minn multi, u tipprovdi dettalji dwar kemm minn dawn il-kawżi ntrebħu, kif ukoll l-ammont totali ta’ flus li ġew irkuprati permezz ta’ dawn il-proċeduri?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tkun għaddejja bi proċess estensiv biex tirkupra l-flus dovuti lilha minn multi, liema proċess jinvolvi diversi twissijiet mibgħutin mill-Awtorità lid-debituri. S’issa ma għandha ebda kawża pendenti f’dan ir-rigward.

ERA — Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24072 u tipprovdi lista tal-ordnijiet kollha ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-Awtorità tal-Artijiet rigward artijiet proprjetà tagħha, u għal kull avviż tispeċifika d-data, in-numru ta’ referenza u l-post?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Multi amministrattivi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24076 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21101, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar il-ksur tar-regolamenti ambjentali li għalihom inħarġu multi amministrattivi lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Każijiet ta’ slime fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24075 u tgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-preżenza ta’ slime fil-baħar f’dawn l-aħħar tliet snin u tgħid liema kienu l-postijiet speċifiċi fejn ġie osservat dan l-islime?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-aħħar tliet snin (2022 – 2024), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) waslulha 128 rapport dwar allegat preżenza ta’ slime. Minn dawn, 48 każ kienu konfermati li fil-fatt kien slime li joriġina minn fishfarms. Dawn l-istanzi ta’ slime jirriżultaw xi minn daqqiet limitati għal inħawi speċifiċi tal-kosta tal-gżejjer Maltin, u drabi oħra jkunu mifruxin f’meded ikbar. Komplessivament, fi żmien jew ieħor, intlemaħ slime fil-limiti tal-Qrendi (Wied iż-Żurrieq), iż-Żurrieq, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Delimara, Marsaskala, ix-Xgħajra, Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke, madwar Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-kosta tagħha, Kemmuna, l-kosta tal-Qala u Ħondoq ir-Rummien, u fix-Xagħra - r-Ramla l-Ħamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ritratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien l-uffiċjal li rranġa ritratt li kien juri Deputat tal-Oppożizzjoni f’attività tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li saret fil-11 ta' Novembru 2024 u tpoġġa "persuna" oħra minfloku, hekk kif jidhru fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li waqt żjara għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Onor. Interpellant ma qgħadx lura milli juri li għandu t-tagħrif mitlub minnu f’din id-domanda. Għalhekk din hi mistoqsija superfluwa. Iktar minn hekk, dwar dan diġà tkellimt pubblikament bħalma għamlet l-entità, u l-Onor. Interpellant, li żar l-istess Korporazzjoni, b’ritratti taż-żjara saħansitra ttellgħu fuq il-paġna tal-facebook tal-istess entità, għandu jieqaf jipprova joħloq kwistjoni fejn m’hemmx, bit-tama li jieħu xi ftit kapital politiku.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ritratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni dixxiplinarja ttieħdet fil-konfront tal-uffiċjal li rranġa ritratt li kien juri Deputat tal-Oppożizzjoni f’attività tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li saret fil-11 ta’ Novembru 2024 u tpoġġa "persuna" oħra minfloku, hekk kif jidhru fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23128.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ritratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-uffiċjal li li rranġa ritratt li kien juri Deputat tal-Oppożizzjoni f’attività tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li saret fil-11 ta’ Novembru 2024 u tpoġġa "persuna" oħra minfloku, hekk kif jidhru fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, għamilx dan fil-ħin tax-xogħol u jekk użax apparat elettroniku tal-WSC?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23128.

Enemalta — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22625 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajtu għall-mistoqsija parlamentari 23049.

Project Green — Manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan għall-manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar li tħawlu mill-bidu ta' Project Green sa issa, kif ukoll l-ispejjeż sa issa u spejjeż proġettati għall-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24185.

Project Green — Tħawwil ta’ siġar - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ siġar mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24186.

Project Green — Tħawwil ta’ arbuxxelli - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ arbuxelli, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24187.

Project Green — Manutenzjoni tal-ġonna - Tenders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għall-manutenzjoni tal-ġonna operati minn Project Green, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tagħha numru 24188.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li hija awtorizzat matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Tista’ għal kull direct order tagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Tista’ tgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhix fir-responsabbiltà tiegħi. Għaldaqstant, il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ta' Ċenċ — Żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22446, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma x-xogħlijiet l-oħrajn li huma ppjanati li jsiru fl-istess żona ġewwa Ta’ Ċenċ? Tista’ tgħid ukoll meta huma maħsuba li jinbdew u li jitlestew biex wara jkun jista’ jsir il-kisi tat-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet l-oħrajn ippjanati se jsiru minn Enemalta biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona u huwa mmirat li dawn jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena.

WasteServ – Kapijiet eżekuttivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-WasteServ mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

WasteServ – Reuse Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-investiment għall-ewwel Reuse Centre li fetħet il-WasteServ f’Ħal Far? Peress li kellu jkun hemm fond apposta, tista’ tgħid kemm inġabru flus mid-donazzjonijiet jew miżati fuq dawn l-oġġetti u x’sar minn dan il-fond?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-investiment għall-ewwel Reuse Centre li fetħet il-WasteServ f’Ħal Far kien ta’ €50,487 u minn dan iċ-ċentru biss inġabru total ta’ €25,322 permezz ta’ donazzjonijiet. Filwaqt li t-total ta’ donazzjonijiet li nġabru mill-erba’ Reuse Centers, biċ-ċentri l-oħrajn jinsabu Ħal Luqa, l-Imrieħel u Għawdex, jammontaw għal aktar minn €94,000. Bis-saħħa ta’ dawn iċ-ċentri, aktar minn 32,000 oġġett li kien għadhom tajbin reġa’ nstabilhom użu mill-ġdid flok ma spiċċaw fil-miżbla. Id-donazzjonijiet imorru għall-iffinanzjar ta’ progetti ambjentali. Fil-fatt, minn dawn il-fondi, se jkun iffinanzjat proġett iddedikat biex jissalvagwardja n-naħla Maltija f’Wied Fulija.

Water Services Corporation — Brand manager

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu l-brand manager tal-Water Services Corporation, kif intgħażel, meta u kemm huwa l-pakkett finanzjarju tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-persuna nkarigata mill-branding fost ħidmiet oħra hija Pablo Micallef li ġie ngaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2018 permezz ta’ sejħa pubblika għall-impjieg. Is-salarju tiegħu huwa skont il-ftehim kollettiv maqbul mal-Union tal-Professjonisti fi ħdan l-istess Korporazzjoni.

Enemalta — Sistemi fotovoltajiċi - Kumpens għall-elettriku ġġenerat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22632 u tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta kellha tħallas fl-aħħar ta' Ottubru 2024 bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajiċi lill-familji li bdew joperaw fid-djar privati u kif ukoll lil stabbilimenti kummerċjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 l-ammont ta’ flus għall-elettriku ġġenerat minn sistemi fotovoltajiċi kien ta’ ftit aktar minn €5,250,000.

Arms Ltd — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22626 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Arms Ltd? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s-servizz ta’ customer care għal ARMS Ltd. jiġi pprovdut mill-kumpanija Centrecom Ltd. Il-kuntratt, li ngħata permezz ta’ negotiated procedure, beda fl-1 t’April 2022 għal perjodu t’erba’ snin. Il-kumplament tal-informazzjoni tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Customer care

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22625 u tgħid min jipprovdi s-servizz ta' customer care għall-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kemm jiswa s-servizz għal kull jum, għal kull xahar u għal kull sena, kif ingħata u meta jiskadi l-kuntratt eżistenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ customer care għall-Enemalta qed jiġi pprovdut mill-Aġenzija servizz.gov. Lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-ftehim ma’ servizz.gov ġie estiż bl-istess termini u kundizzjonijiet sakemm jintlaħaq ftehim ġdid. L-ispiża għal dan is-servizz tvarja minn €26.56 għal €31.06 s-siegħa skont il-ħin u l-ġranet meta jingħata s-servizz.