Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma għandi l-ebda lista xi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572, fejn intqal illi “x-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Annimali għadhom għaddejjin. Huwa ppjanat li dan jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.” u kważi sena wara bqajna ma smajna ebda dettalji ġodda, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux aktar dettalji xi jħabbar dwar il-kostruzzjoni tal-propost ċimiterju tal-annimali, u jekk dan għadux prijorità għal dan il-Gvern?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Annimali kellhom jieqfu minħabba kwistjonijiet kuntrattwali mal-kuntrattur. Madankollu il-Gvern xorta kommess li x-xogħol fiċ-Ċimiterju tal-Annimali ser jitkompla fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8644 u jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – ġbir ta’ annimali midrubin mill-uffiċjali – trattament
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7966 u jgħid jekk l-annimali midrubin li qed jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali humiex kollha qed jiġu invistati, trattati u mfejqin mill-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali, ċjoè l-APH, hekk kif inhu mitlub fil-kuntratt li ntrebaħ mill-istess operatur ta' dan l-isptar? Jekk qed jintużaw kliniċi oħrajn, liema huma, u għaliex qed jiġri dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhuwiex minnu li skont il-ftehim li sar fl-2016 mal-isptar tal-annimali APH hemm xi rabta kuntrattwali li annimali midruba li jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, kollha għandhom jiġu invistati, trattati u mfejqa mill-Isptar tal-Annimali. Dan id-Direttorat jagħmel ukoll użu minn kliniċi liċenzjati oħra li joffru servizz veterinarju skont il-bżonn. Il-bżonn ta’ użu ta’ kliniċi veterinarji oħra jista’ jvarja skont l-esiġenzi tas-servizz inkluż in-natura tal-emerġenza, jew kliniċi fejn issir tiswija ta’ annimali jew żjarat ta’ segwitu . Il-Kliniċi veterinarji oħra li qed jintużaw fil-preżent huma dawn li ġejjin:
1. Happy Paws
2. Zoomangi
3. Quality Vet Clinic
4. Best Friend Clinic
5. Vet4Pets Health Clinic
Kunsilli Lokali li applikaw u jħaddmu magħhom animal stewards
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7900 u jgħid liema Kunsilli Lokali applikaw biex iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’ f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk il-Kunsilli li diġà bdew iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema maħruġa fit-3 ta' Ġunju 2021 huma dawn: Birkirkara, Bormla, Birgu, Balzan, Isla u Kalkara, Fgura, Għajnsielem, Għaxaq, Għarb, Ħ'Attard, Ħamrun, Iklin, Kerċem, Kunsill Reġjonali Nofsinhar, Lija, Marsaskala, Mellieħa, Mosta, Rabat (Gozo), Reġjun Tramuntana, San Lawrenz , Siġġiewi, Sannat, San Ġiljan, St Venera, Xagħra, Żejtun, Żabbar, Żebbuġ (Gozo), Żurrieq. Il-Kunsilli Lokali li diġà bdew iħaddmu stuwards huma dawn li gejjin: Mosta, Kerċem, Għajnsielem, Żabbar (resigned), Għarb, Żebbuġ (Gozo), Kunsill Reġjonali Nofsinhar, San Lawrenz, Sannat.
Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6170 u jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fiċ-Ċentru San Franġisk, f’Ta’ Qali, xahar b’xahar, fis-sena 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa fiċ-Ċentru San Franġisk (Animal Health Pro) matul is-sena 2022 hi kif deskritt hawn taħt:
Nefqa fiċ-Ċentru San Franġisk
(Animal Health Pro) matul is-sena 2022
Xahar
Nefqa
Jannar
€ 33,382.91
Frar
€ 19,685.66
Marzu
€ 24,773.45
April
€ 26,782.20
Mejju
€ 30,643.20
Ġunju
€ 48,875.35
Lulju
€ 33,325.64
Awwissu
€ 31,806.15
Settembru
€ 28,146.73
Ottubru
€ 36,731.21
Novembru
€ 19,995.98*
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom installati l-iscanners tal-idejn fil-Pitkalija? Jista' jgħid ukoll jekk dawn humiex qed jintużaw, u jekk le ghaliex?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull Aġent għandu allokat scanner tal-idejn. L-użu ta’ dawn l-iscanners sa issa kien limitat minħabba raġunijiet bħal addattament għal din it-teknoloġija. Matul ix-xahar ta’ Ottubru qiegħed jerġa’ jsir taħriġ lill-Aġenti fl-użu ta’ dan l-apparat, sabiex tiżdied l-effiċjenza tagħhom.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-individwu li għalih qed issir referenza mhuwa fuq l-ebda bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Parlamentari, kif ukoll dak Ministerjali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - kuntratti mogħtija
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta’ ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Qtil tal-majjal, ċanga u annimali oħra fil-biċċerija tal-Gvern u/jew privati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra fil-biċċerija tal-Gvern, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar? Jista’ jagħti tagħrif ukoll dwar jekk hemmx biċċeriji tal-privat awtorizzati biex jagħmlu l-qatla?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10961 jista’ l-Ministru jikkonferma r-risposta għal dak li jikkonċerna l-qatla tal-majjal? Jekk iva, jista' wkoll jagħti tagħrif dwar jekk minbarra l-biċċerija tal-Gvern, hux qed ikun hemm ukoll qatliet f'biċċeriji privati u jekk iva, liema biċċeriji privati huma approvati għall-qatliet tal-majjal?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10702 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta li l-konsulenti legali tal-Ministeru huma dawk indikati fit-tabella segwenti u li dawn joffru servizz kemm lid-Dipartimenti u lill-bordijiet skond il-ħtieġa.
Isem tal-Konsulent
Data minn - sa
Rata ta’ ħlas
Dr. Alexander Scerri Herrera
20/07/2022 – 20/07/2025
€50/siegħa
Dr. Roselyn Borg (Ten Yards Legal)
22/02/2023 (Sakemm jitlesta x-xogħol)
€750
Dr. Daniel Calleja
02/07/2023 – 02/01/2024
€400/xahar
Dr. Clive Gerada
01/05/2023 – 30/04/2024
€50/siegħa
Dr. Alfred Grech
01/11/2022 - 31/10/2023
€50/siegħa
Dr. Thomas Barbara Sant
01/08/2022 – 31.07.2024
€50/siegħa
Dr. Edric Micallef Figallo
01/11/2022 – 02/07/2024
€50/siegħa
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10703 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-informazzjoni mitluba li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 11529 (MAFA Boards) updated as at 05.10.2023.pdf
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10841 dwar tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk xi dipartiment li jaqa' taħtu wettaqx investigazzjoni dwar ir-raġuni li wasslet biex numru ta' tiġieġ u sriedaq instabu mejta fl-inħawi tax-Xemxija, fiż-żona tal-Ġnien Olimpiku? Kemm kien in-numru ta’ tjur li nġabru mejta minn fuq il-post?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mortalità tat-tiġieġ kienet minħabba l-istress ikkaġunat mis-sħana, flimkien ma insuffiċjenza ta’ kwalità u iġjene ta’ l-ilma u l-għalf. Ir-riżultat tat-testijiet għas-salmonella u l-influenza tat-tjur ġew negattivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10801 u jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jżid iż-żoni li fihom ikunu jistgħu jgħumu l-klieb f'Malta u f'Għawdex? X'inhi r-raġuni li għaliha s’issa għad m’hemmx żona għal dan il-għan f'San Pawl il-Baħar? Liema siti ġew proposti għal dan l-użu mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar? X'kienet ir-raġuni li għaliha dawn is-siti ma ġewx aċċettati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa fil-ħsieb tal-Ministeru li eżerċizzju simili bħal ma sar din is-sena jerġa’ jsir is-sena d-dieħla. Dan il-Ministeru mhuwiex infurmat li kien hemm siti proposti mill-Kunsill Lokali ta' l-istess lokalità wara diskusjonijiet li saru.
Xemxija — tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta mar-roundabout
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10731 dwar tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra x’irriżulta mill-investigazzjoni dwar dan il-każ?
Il-Pitkalija – bdiewa Għawdxin li jniżżlu l-prodott agrikolu f’Ta’ Qali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdiewa Għawdxin qed iniżżlu l-prodott agrikolu tagħhom fil-Pitkalija, f’Ta Qali? X’tip ta’ għajnuna speċifika jingħataw dawn il-bdiewa minħabba l-ispejjeż ta’ trasport li jridu jwettqu biex iwasslu l-prodott tagħhom fil-Pitkalija?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li hemm 230 bdiewa Għawdxin li qed iniżżlu l-prodott agrikolu tagħhom fil-Pitkalija ġewwa Ta’ Qali.
L-Aġenzija tagħmel minn kollox biex tgħin lil dawn il-bdiewa sabiex iwasslu l-prodotti tagħhom bl-anqas inkonvenjent possibbli, s tat-tbatija li l-istess bdiewa iħabbtu wiċċhom magħha kemm f’xogħolhom kif ukoll biex jaqsmu lejn Malta.
Għaldaqstant, l-Aġenzija tiftaħ il-ħin tal-pitkalija matul il-lejl bi qbil mal-bdiewa Għawdxin biex ikun jistgħu jingħataw servizz bl-anqas inkonvenjent fosthom li meta jiġu l-pitkalija ma jistennewx fil-kju imma jinqdew minnufih kemm fil-ħatt tal-prodott, kif ukoll fis-servizz tal-kaxxi vojta li jinġabru.
Jeżistu wkoll għajnuniet finanzarji sabiex jiġi ikkumpensat il-ħlas tat-vjaġġ. Bhal issa għaddejjin diskuzzjonijiet sabiex fil-futur qrib l-Agenzija tkun tista' tiffaċilita u toffri aktar għajnuniet.
Biċċerija ta’ Għawdex — Qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra li saret fil-Biċċerija ta’ Għawdex, bejn Jannar 2022 u sal-ġurnata li fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Paper Laid PQ 10961 - Biċċerija ta’ Għawdex.pdf
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti.
Numru ta’ ħaddiema ingaġġati minn Marzu 2022 sa issa
Kuntratt definit
Kuntratt indefinit
Rwol/i
15
3
12
Inspecting Officer, Chief Officer, Support Officer, Senior Coordinator. Chief Officer, Coordinator, Truck Driver and Clerk