Għawdex — Ix-Xewkija, ir-Rabat u Marsalforn – Tenders dwar Cables tad-dawl
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13613 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat, u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien intqal li "ma rċivejna l-ebda sottomissjoni għal din it-tender", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender reġgħetx ħarġet mill-ġdid u jekk iva, meta nħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender li qed issir referenza għalih ma reġax ħareġ.
Għawdex — Xogħol ta’ back office tas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
i. liema xogħol ta' back office tas-servizz pubbliku ġdid inġab f'Għawdex matul is-sena 2024;
ii. kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw;
iii. kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa, per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex;
iv. x’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema; u
v. minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru jkun f’diskussjonijiet regolari ma’ diversi Ministeri u entitajiet sabiex kull fejn jistgħu jġibu xogħol ġdid jew ikabbru l-operat tagħhom f’Għawdex.
Ix-Xagħra Għawdex — Triq ta' Stellini - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet fadal isiru fi Triq ta' Stellini fix-Xagħra, Għawdex u kemm huma stmati li se jiġu jiswew? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li nbeda x-xogħol f'din it-triq u meta se titlesta minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol fuq is-servizzi.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Xogħlijiet f’Għawdex u Kemmuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'ħidmiet varji saru u qed isiru fil-bajjiet u areas ġewwa Għawdex u Kemmuna li għandu x'jaqsam magħhom il-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena jsiru diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni madwar il-bajjiet t’Għawdex. Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’tibjid, livellar tal-bajiet, tindif mill-alka, twaħħil ta’ slielem u turġien, tpoġġija tal-walkways, l-armar tat-torrijiet tal-lifeguards, tindif tal-bajjiet, ġbir tal-iskart, ħasil u kif ukoll manteniment tas-showers u tal-public conveniences kollha madwar Għawdex u Kemmuna.
Għawdex – Sejħa għal servizz ta’ ilma għat-tisqija tar-raba’
Question
Peress li bħalissa qegħdin fix-xhur tan-nixfa, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa SPD3/2023/109 – ‘Framework Contract for the Supply and Delivery of Water by Bowser for Irrigation at Various Areas in Gozo for the Rural Gozo Directorate’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma rċieva l-ebda offerta għat-tali tender.
Ir-Rabat Għawdex — Triq Sir Arturo Mercieca - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jibda x-xogħol biex tinbena mill-ġdid Triq Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju tat-tali triq u se nkunu qed naraw li ssir fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar- Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19955.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda infiq f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u anqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19678.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm obbligu li s-sidien ta' plots vojta, li possibbilment ikun qed jintrema ħafna skart fihom, itellgħu ħajt ta' tmien filati kif kien tħabbar fl-2007? Jista' jgħid ukoll jekk din hux qed tiġi infurzata, u jekk iva, kif?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx obbligu li jittella ħajt madwar plots vojta. Madankollu dan jista’ isir bis-saħħa ta’ L.S.552.08, Klassi 2(ii), mingħajr il-bżonn ta’ permess ta’ żvilupp jew notifika lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena ħajt u jgħalaq art, fiż-żona tal-iżvilupp, li tmiss ma’ triq ufficjali.
Skont artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP. 552) tal-2016, jekk il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar “jidhirlu li l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra jew kondizzjoni strutturali ta’ xi bini jew ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, jew bid-dehra ta’ xi sit fejn ikun qed isir jew sar żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi xogħlijiet oħra, il-Kunsill Eżekuttiv jista’ jinnotifika avviż ta’ twettiq fuq is-sid tal-art jew fuq l-okkupant tal-art jew fuq il-persuna responsabbli għal azzjonijiet imsemmija fl-avviż jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, kif il-Kunsill Eżekuttiv jidhirlu l-aktar spedjenti, li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż.”
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-sena 2022 tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts għas-sena 2022 tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. qed jigu ffinalizzati. Malli jkunu lesti dawn se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Servizz ta’ physiotherapy fid-djar lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list (f'tul ta' żmien) biex jingħata servizz ta' physiotherapy mill-Gvern fid-djar tal-anzjani f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm sitta u għoxrin persuna jistennew biex jieħdu s-servizz tal-fiżjoterapija fid-dar. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kommess li jindirizza d-domanda li kull ma jmur qed tiżdied.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 19538 MGOZ - Lista ta' xogħlijiet u ħlas.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema seconded jew on loan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm kien hemm u kemm hemm ħaddiema seconded jew on loan mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex u x’kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description) u ma’ liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni, aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:19491 Ministeru għal Għawdex - Ħaddiema seconded jew on loan.pdf
Ministeru għal Għawdex — Proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm LIFE Integrated Project tal-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea 2021-2027 li applika għalihom il-Ministeru għal Għawdex u fejn jinsabu f’Għawdex, liema ġew aċċettati u se jibbenefika minnhom u liema ma ġewx aċċettati sa issa? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus il-Ministeru għal Għawdex minn dan il-fond fuq kull proġett u jekk hux se jingħata aktar flus u jekk iva, kemm se jingħata minn dan il-fond u għal liema proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa m'hemmx proġetti ffinanzjani mill-programm LIFE f'dan il-perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Għar ta' Calypso fix-Xagħra Għawdex, liema għar ilu magħluq għall-pubbliku għal diversi snin peress li kienet ċediet parti minnu u fid-dawl tal-fatt li ż-żewġ Ministri ta' qablu ddikjaraw kemm-il darba li x-xogħol kien wasal biex jibda u li dalwaqt jerġa’ jinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll xi progress sar f'dawn l-aħħar seba’ xhur u meta hu maħsub li bejn wieħed u ieħor, ikunu jistgħu jinkisbu l-permessi meħtieġa biex eventwalment ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-15 ta’ Marzu 2024 inkisbu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid fejn jintremew it-tankijiet tal-asbestos meta dawn jinqalgħu minn fuq bjut ta’ residenzi privati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema stazzjonati f’Kemmuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, li huma stazzjonati f’Kemmuna? Jista’ jgħid minn liema dipartiment ġejjin dawn il-ħaddiema, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema f’Kemmuna matul is-sena, kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u kemm minnhom m’humiex ħaddiema tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-ħaddiema jaħdmux bix-shift u jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin jiżdiedu aktar ħaddiema ma’ dawk diġà preżenti ġewwa Kemmuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex fil-preżent għandu 17-il ħaddiem u Senior Foreman li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-bajja ta’ Santa Marija u fil-bajja tal-Blue Lagoon.