Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22555 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Proġett ta’ pavimentar ta’ Pjazza San Frangisk — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa finali fuq il-proġett ta' pavimentar ta' Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex? Jista' jinkludi f'din in-nefqa dak kollu li sar f'din il-pjazza inkluż il-monument ta' San Franġisk?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq dan il-proġett ta’ pavimentar ta’ Pjazza San Franġisk u fuq l-monument sa issa hija ta’ Euro 2,475,561.85 (excl VAT). L-aħħar pagamenti għadhom iridu jiġu icertifikati u kkonfermati qabel isiru l-pagamenti rispettivi.
Leg 13 PQ #22557 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #22561 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn — Riġinerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18380 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22562 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Aquatic Centre – xogħlijiet ta’ skavar u bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar u bini fuq il-Gozo Aquatic Centre, u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22381.
Leg 13 PQ #22770 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ir-raba' vapur

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-pjanijiet sabiex il-Gozo Channel ikollha r-raba' vapur tagħha ? Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiskadi l-kirja tal-vapur Nicholaos u hemmx il-ħsieb illi din il-kirja tiġġedded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel tagħmel riferenza għar-risposta li kienet ngħatat għall-mistoqsijiet parlamantari numru 19150, 21033, 21781 u 22329 u tikkonferma li għadu għaddej xogħol fuq it-tender kif diġa ġie spjegat. Sadanittant il-Gozo Channel se tkompli toffri servizz b’erba vapuri.
Leg 13 PQ #22477 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22157, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 22473.
Leg 13 PQ #22524 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Triq ta' Sant'Antnin - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sant Antnin ġewwa Għajnsielem, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li għad iridu jitwettqu f'din it-triq

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma lesti u baqa biss it-tieni kisja ta’ tarmak li se ssir mal-kumplament ta’Triq l-Imġarr u l-junction.
Leg 13 PQ #22527 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għasri — Triq tal-Lanterna - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22528 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq Mġarr - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Mġarr, fin-Nadur, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu s'issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal li iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22529 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Blue Lagoon – rinovar tat-Till

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21027 u jaġġorna lill-Kamra dwar ir-rinovar (upgrading) tat-'Till' ġewwa l-Blue Lagoon li matul is-sena 2019 kien anke saħansitra ngħatat direct order għal konsulenza professjonali għalih?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega għal xhiex qed jirreferi.
Leg 13 PQ #22667 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Victoria Għawdex – Pjazza San Franġisk — funtana

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-funtana li kien hemm Pjazza San Franġisk, Victoria ser titpoġġa fil-Mużew il-ġdid li ser jinfetaħ fejn kien hemm il-Liċeo f'Victoria? Jekk le, xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' din il-funtana?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 20054.
Leg 13 PQ #22668 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd -Vapur Nicholaos

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ ħadem il-Vapur Nicholaos, xahar xahar, minn mindu ilu mikri mill-Gozo Channel Operations Ltd u kemm-il-siegħa kuljum hu kuntrattat sabiex jopera dan il-vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Min-naħa l-oħra, il-vapur Nicholaos jopera 12-il siegħa kuljum u għaldqastant jagħmel madwar 13-il vjaġġ.
Leg 13 PQ #22669 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Operations) Ltd – ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jassikura lill-Kamra li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd tħallas regolarment il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-impjegati tagħha peress illi skont l-"audited accounts" ta' din il-kumpanija tas-sena 2019, l-ammont ta' €579,554 kien dovut mill-istess kumpanija bħala "indirect taxes and social security " (note 11)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd qiegħda tassigura li qed tħallas regolarment il-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali tal-impjegati tagħha.
Leg 13 PQ #22522 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tas-Sannat — Pjazza Santa Margerita - proġett

Question

B'referenza għall-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jaġġorna dwar dan il-proġett li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin? Jista' jgħid jekk ħarġitx it-tender ta' dan il-proġett u jekk ġietx awarded u jekk iva, jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta’ tenders u eventwalment x-xogħlijiet rispettivi marbuta mar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat. Għaldaqstant it-talba għal informazzjoni għandha tintbagħat lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #22666 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – ogħti tal-wearing course

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex Triq Sant' Antnin, Għajnsielem, għalkemm ġiet uffiċjalment inawgurata fit-12 ta' Novembru 2020, għadha sal-lum, kważi sena wara, mingħajr ma ngħatatielha l-wearing course? Jafx il-Ministru li dan qed ikollu konsegwenzi fuq il-ġbir tal-ilma peress li l-ispralli huma ogħla mil-livell preżenti ta' din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-wearing course se jingħatha fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #22416 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – spazji rikreattivi għall-familji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20760 u jgħid x'xogħol sar fuq spazji rikreattivi għall-familji sena b'sena f'dawn l-aħħar tliet snin f'Għawdex mil-Ministeru tiegħu u jgħid x'hemm ippjanat li jsir bħala xogħol matul din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22443 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Għarb Għawdex – Triq Franġisk Portelli — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex, peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016, il-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien, kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew iktar min 4 snin minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jagħti t-tieni kisja tarmak lil din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-riġward ta’ Triq Franġisk Portelli hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati.
Leg 13 PQ #22286 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sal-aħħar ta’ Settembru hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22368 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Farm Roads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex u jagħti l-isem tat-triq/area u kemm kien it-tul u l-wisa’ fejn saru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22359 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Birkirkara – Proġett ta’ Villa Lauri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Villa Lauri f'Birkirkara li kien tħabbar f'Jannar 2019 u jgħid jekk bdewx ix-xogħlijiet ta’ M&Es u Finishes ta' din il-binja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22262.