Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16268 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ċnut tal-għellieqi

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li wara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed twaqqa iċ-ċnut tal-għelieqi għal tlett u erba' filati u issa li qed jiġri huwa li l-għelieqi tal-bdiewa ġew esposti fejn qed jidħlu ħafna ilmenti li dawk li huma ma' triq qed jidħlulhom u jieħdu l-prodotti u anke qed jisirqu pipes u makkinarju tat-tisqija? Jista' jgħid jekk hemmx xi rimedju biex jkollok xi forma ta' ilquħ u sigurtà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16361 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill ta' San Ġiljan — bankina dejqa

Question

Peress li hemm talba lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li bankina dejqa titwessa' fi Triq Luigi Apap wara li tlesta x-xogħol f pender place, peress li hemm lukanda li ntalbet li tħallas ix-xogħol hi, jista' l-Prim Ministru jipperswadi lill-kunsill lokali biex din il-bankina ssir għall-ġid tan-nies li jgħixu u jgħaddu minn hemm, kif ukoll għat-turiżmu, imma l-iżjed għas-safety tan-nies li jimxu fuq din il-bankina dejqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan iddeċieda illi jagħmel ix-xogħlijiet indikat mill-Onorevoli Interpellant għas-spejjeż tal-Kunsill. Il-Kunsill iddeċieda wkoll illi jekk il-lukanda li irrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant trid tagħmel xi tip ta’ embellishment, din trid tħallas għad-differenza fl-ispejjeż.
Leg 11 PQ #16382 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħlas ta' danni mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' danni lill-kunsilli lokali minn persuni li ġratilhom ħsara fil-karozza tagħhom matul is-snin 2003 - 2010? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li ġew mitluba jħallsu d-danni? Kemm kien l-ammont tal-ħlasijiet, sena b'sena kunsill b'kunsill? Kemm mit-talbiet ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati sena b'sena kunsill b'kunsill? X'kienu r-raġunijiet wara kull rifjut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16383 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safriet minn kunsillieri u sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-safriet kollha li saru mis-sindku u/jew kunsillieri lokal b'lokal bejn is-sena 2003 - 2010, fuq xogħol marbut mal-kunsill? Kemm damu f'kull każ u x'kienet ir-raġuni wara kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16384 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċji amministrattivi ta' kull kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, lokal b'lokal, fejn jinsab l-uffiċċju amministrattiv ta' kull kunsill lokali? Jista' jgħid għal kull każ, x'inhi l-kirja u jekk hemmx xi ftehim fuq it-termini tal-kirja lokal b'lokal? Mingħand min hu mikri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-indirizzi tal-Kunsilli Lokali kollha. L-informazzjoni dwar il-kiri qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16386 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riżultat tal-eżami għal skrivani mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jinħareġ ir-riżultat tal-eżami għal skrivani mal-gvern li sar xi ġimgħat ilu? Meta hu ppjanat li jiddaħħlu jaħdmu dawk li jgħaddu mill-eżami?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mid-Direttur tal-Eżamijiet li l-kandidati li resqu għall-eżami se jiġu informati bil-posta jekk għaddewx mill-ewwel parti tal-proċess tal-eżami tal-kitba. Dawk li għaddew, imbagħad jissejjħu għall-intervista li hija l-aħħar stadju fil-proċess. Hekk kif jiġi pubblikat ir-riżultat finali mid-Direttur tal-Eżamijiet, jibdew jimtlew il-vakanzi skont il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku.
Leg 11 PQ #16388 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riżultat tal-eżami għall-ingaġġ ta' suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jinħareġ ir-riżultat tal-eżami għall-ingaġġ ta' suldati li sar ftit tal-ġimgħat ilu? Kemm se jiġu ingaġġati rekluti u meta hu maħsub li jibdew jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-eżamijiet qed jiġu koordinati mill-Examinations Board tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja. L-indikazzjoni li għandha l-armata hi li r-riżultati se jinħarġu lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2010. Se jiġu ingaġġati erbgħin rekluta. Ir-reklutaġġ huwa maħsub li jibda fil-bidu ta’ Settembru 2010.
Leg 11 PQ #16420 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inġustizzja mal-ħaddiema ġo fabbrika fix-Xewkija Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qiegħed jippermetti li ssir inġustizzja lampanti fil-fabbrika li isimha qed jintbagħat separatament fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex fis-sens li qiegħda ssir diskriminazzjoni mal-ħaddiema peress li ċerti ħaddiema jitħallsu u oħrajn jitħallew għal xhur mingħajr paga u jekk ġustifikament jilmentaw minħabba dan id-dewmien, huma jiġu mhedda bit-terminazzjoni tal-impjieg tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16464 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — suldati li jintbgħatu s-Somalja

Question

Jista' l-Prim Ministru jiggarantixxi li fil-każ tal-Forzi Armati ta' Malta s-suldati jintbagħtu biss f'ingaġġ fl-ibħra tas-Somalja jekk jaqblu huma stess u li ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-konfront ta' dawk li jirrinunzjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għal mistoqsija parlamentari numru 16464 ninsab infurmat li s-suldati kollha li jipparteċipaw fi Crisis Management Operations barra minn Malta jagħmlu dan fuq bażi volontarja. Fl-armata hemm suldati voluntieri għal missjonijiet bħal dawn li għażlu li jingaġġaw direttament minn barra l-Forzi Armati ta’ Malta f’ingaġġi speċifiċi sabiex iservu f’ EU led Crisis Management Operations jew inkella hemm membri oħrajn li daħlu f’ingaġġi regolari u għażlu jivvolontarjaw biex iservu f’dawn l-operazzjonijiet wara sejħiet interni li joħorġu fil-Forzi Armati ta’ Malta minn żmien għall-ieħor.
Leg 11 PQ #16485 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — flus għall-kirja tal-uffiċini tar-reġjun

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16036, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali hux se jgħaddi l-flus għall-kirja tal-uffiċini tar-reġjun lill-istess reġjun biex iħallsu huma lill-kerrej, jew jekk hux se jkun id-dipartiment li jħallas lill-kerrej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kera għall-ewwel sitt xhur (u l-ewwel sena fil-każ ta’ Għawdex) se titħallas direttament mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Wara, kull kumitat reġjonali jkun jista’ jinħall mill-kuntratt tal-kirja u jidħol f’kirja oħra, a spejjeż tal-kumitat reġjonali stess.
Leg 11 PQ #15024 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — uffiċini ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fil-preżent kemm hemm kunsilli lokali li qed jibnu uffiċini ġodda? Liema huma l-kunsilli lokali? Kemm se tiġi tiswa kull binja? Meta beda x-xogħol ta' kostruzzjoni u meta mistenni jitlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħal issa hemm tliet Kunsilli Lokali li qed jagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni fl-uffiċini amministrattivi tagħhom. Dawn huma: (1) Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qed jibni l-uffiċini amministrattivi tiegħu. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa’ €79,235. Ix-xogħol beda f’Diċembru 2009 u bħala kostruzzjoni mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta’ Mejju 2010; (2) Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr li qed jagħmel xogħol ta’ estensjoni fl-uffiċini tiegħu – xogħol li ser jinkludi wkoll Day Care Centre. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa’ madwar € 250,000. Ix-xogħol beda f’Mejju 2008. Filwaqt li l-bini huwa lest, l-attrezzar tiegħu mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena; u (3) Il-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li qed jibni l-uffiċini amministrattivi ġodda tiegħu li ser jiġu jiswew madwar € 162,521. (Dan jinkludi l-attrezzar kif ukoll l-aperturi tal-Kalkara tal-Ġir li tmiss ma’ l-istess uffiċini). Ix-xogħol beda f’Novembru 2008 u mistenni jitlesta aktar tard din is-sena.
Leg 11 PQ #15025 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investiment fl-użu tal-enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-passat jew fil-preżent kellhom xi proġetti li għamlu jew qed jagħmlu xi investiment bl-użu tal-enerġija alternattiva fil-lokal tagħhom? Xi tip ta' proġett? Kemm kien jiswa fi flus kull proġett? Kemm ħareġ il-kunsill? Kemm ħareġ il-Gvern ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13710.
Leg 11 PQ #15026 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pannelli fotovoltajċi fuq binjiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom sistema ta' pannelli fotovoltajiċi fuq il-binja tal-kunsilli lokali? Kemm qed jiġu iġġenerati units ta' elettriku fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12660.
Leg 11 PQ #15658 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15660 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13664 u13418 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti : BS7117-1:1991 : Metering Pumps and Dispensers EN1360:1997 : Rubber hoses and assemblies BS EN 12285-1 : Fabrication of Steel Tanks BS EN 13616 : Overfill Prevention Devices BS EN 858 : Separator Systems PPG3 : Pollution Prevention Guidelines BS EN 13160 : Leak Detection Systems BS EN 13617 : Petrol Filling Stations? Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema pompa qed jirreferi.
Leg 11 PQ #15661 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/ standards tal-Unjoni Ewropea? X' assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i standards /regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15719 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — numru ta' inspections

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inspectors li għandha l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? X'tip ta' inspections isiru? X'tip ta' kollaborazzjoni ssir, per eżempju, mal-awtoritajiet tas-saħħa biex filwaqt li l-inspections isiru b'mod regolari, ma jkunx hemm duplikazzjoni żejda kemm ta' inspections kif ukoll ta' talbiet fuq is-sidien tal-istabbiliment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha tmien spetturi fi grad ta’ Executives, tnejn fi grad ta’ Field Officers u żewġ Assistant Managers, wieħed f’Malta u ieħor f’Għawdex. Isiru spezzjonijiet f’operat turistiku bħalma huma lukandi, stabbilimenti ta’ l-ikel, postijiet ta’ l-akkommodazzjoni għal btala, host families , operaturi tal-ivvjaġġar, operazzjonijiet ta’ timeshare , gwidi turistiċi u operazzjonijiet ta’ l-għads sabiex jiġi assigurat li dawn ikunu liċenzjati u joperaw skont il-provvedimenti ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ l-Ivjaġġar u tat-Turiżmu kif ukoll il-leġislazzjoni sussidjarja. L-ispetturi jinvestigaw ilmenti mit-turisti u mill-pubbliku in ġenerali. L-Awtorità tat-Turiżmu tikkollabora ma’ diversi Awtoritajiet jew entitajiet oħra bħal ma’ huma l-MEPA, is-Sanità, il-Pulizija, d-Dipartiment ta’ l-Artijiet, u d-Diviżjoni tal-Konsumatur. Isiru wkoll spezzjonijiet konġunti ma’ dawn l-Awtoritajiet skont il-bżonn. L-ispetturi ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jirreferu każijiet lill-Awtoritajiet kompetenti għall-aktar investigazzjoni fejn jiltaqgħu ma’ każijiet li ma jkunux jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni diretta tagħhom u dan biex tiġi evitata duplikazzjoni.
Leg 11 PQ #15721 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni tal-Konsumatur — protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi ġodda hu mistenni li jseħħu fid-Diviżjoni tal-Konsumatur f'dak li hu protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur? Kif inhu mistenni li tissaħħaħ l-istruttura preżenti biex id-doveri tal-gvern fil-konfront tal-konsumatur ikunu jistgħu jitħarsu aħjar? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inspectors li għandha din id-diviżjoni bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristruttur qiegħed fi studju avvanzat u aktar dettalji f’dan ir-rigward jingħataw ’l quddiem.
Leg 11 PQ #16033 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15639 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha, inkluż id-dokumentazzjoni relattiva, li għaddiet bejn il-Gvern u l-individwu li dettalji dwaru ntbagħtu separatament dwar proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre? Xi stima inizjali għandu l-Gvern dwar kemm ikun jiswa dan ix-xogħol kif prospettat mill-individwu li dettalji dwaru ntbagħtu separatament? X'pariri oħra kellu l-Gvern dwar ir-revamp tal-Mediterranean Conference Centre? Minn min? B'kemm flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra mibgħuta mis-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Kultura lill-Avukat Norman Bragg datata 8 ta’ Jannar 2010 b’risposta għall-proposta magħmula mill-istess Avukat Bragg datata Novembru 2009. Ix-xogħol tal- RHWL Architects mistenni jkun lest fi ftit ġimgħat oħra. Il- Management ta’ Dar il-Mediterran, fuq inkarigu tal-Gvern, lesta wkoll pjan għal titjib ta’ Dar il-Mediterran. Il-kumpaniji li ħadmu fuq dan il-pjan kienu “ Theatre Plan ” u “ Paul Gillerion Acoustic Design ”. Huma tħallsu €12,000 għax-xogħol li għamlu.
Leg 11 PQ #16034 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz bl-ajru bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta tal-Kamra tan-negozju Gożitana għall-bini ta' airstrip? Wara d-debacle tas-soċjetà Helisureste u l-għoti tas-servizz ta' ajruplan żgħir bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, jista' jgħid kemm-il titjira saret kuljum bejn Malta u Għawdex mit-tluq tal-Helisureste sal-lum? Meta hu maħsub li jibda jopera s-servizz ta' ajruplan twin engine li jieħu 17-il passiġġier u li kellu jibda jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif imwiegħed? Jista' wkoll jispjega x'inhi l-qagħda tal-heliport żbandat illum? Kif qed tiġi utilizzata din iż-żona u kemm qed jonfoq il-Gvern biex imantni din iż-żona? Għandu pjan biex jutilizza din iż-żona? Kif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.