Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet tat-turiżmu sabiex ramliet kbar bħall-Għadira, Golden Bay, Marsalforn, Birżebbuġa u r-Ramla l-Ħamra jsiru totalment aċċessibbli billi jsiru passaġġi tal-injam li fuqu jista' jgħaddi siġġu tar-rotti mid-dħul tal-bajja sal-baħar u li jkunu jistgħu jintużaw mhux biss minn persuni b'diżabilità iżda ukoll ġenituri bit-trabi u anki anzjani? X'passi hemm maħsuba li jittieħdu matul din is-sena biex dawn ir-ramliet isiru aċċessibbli skont l-Access Design Guidelines (Diċembru 2006)?
awtoritajiet tal-kunsilli lokali — evalwazzjoni regolari fuq proġetti ġodda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-awtoritajiet tal-kunsilli lokali jaċċettaw li fl-evalwazzjoni regolari li ssir tal-ħaddiema tal-kunsilli lokali jidħlu ukoll key performance indicators dwar kemm faċilitajiet fil-lokalitajiet qed isiri aċċessibbli meta jinbnew proġetti ġodda, il-latrini eżistenti, it-trasport użat mill-kunsilli, marki fit-toroq quddiem ir-rampi tal-bankini, kull zebra crossing anki eżistenti tkun bir-rampi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hi l-policy tal-gvern li kull post pubbliku ikun aċċessibbli għal kulħadd u għal dan il-għan inħarġu skemi kemm is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena. Qed tingħata prijorità lill-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsilli Lokali sabiex dawn ikunu fully accessible.
Ir-responsabbilità li jsir ix-xogħol taqa’ fuq is-Segretarju Eżekuttivi rispettivi li issa saru uffiċjali pubbliċi. Għaldaqstant billi dawn għandhom il-grad ta’
Senior Manager
, hemm il-ħsieb li l-evalwazzjoni (
performance management programme
) isir l-ewwel mill-
immediate supervisor
tagħhom (is-Sindku) u diskussa mill-Kunsill, u wara tiġi evalwata għall-marka finali mid-Direttur għall-Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intbagħtitx memo lill-kunsilli lokali kollha dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni b'diżabilità fil-lokalitajiet kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-memo fuq il-Mejda tal-Kamra? X'passi ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jaraw x'sar mill-kunsilli lokali biex jibdew jindirizzaw il-punti mqajma fil-memo?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal dawn l-aħħar sentejn ġew mnedija skemi għall-Kunsilli Lokali dwar Aċċessibilità aħjar fil-lokalitajiet. Fil-fatt ħarġu żewġ Memos, waħda fis-6 ta’ April 2009 (Memo 24/2009) u l-oħra fis-7 ta’ Jannar 2010 (Memo 7/2010) li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn l-iskemi kienu intiżi biex titjieb l-aċċessibiltà kemm fl-uffiċini amministrattivi tal-Kunsilli jew f’xi bini ieħor amministrat mill-Kunsill, kif ukoll fi spazji pubbliċi.
Għas-sena 2009, kienu ibbenefikaw 26 Kunsill kif inhu indikat hawn taħt:
Kunsill Lokali
Ammont
€
Il-Birgu
10,000.00
L-Isla
3,937.50
Bormla
10,000.00
Ħal Qormi
9,934.13
Ħaż-Żabbar
4,800.00
Iż-Żejtun
10,000.00
Il-Furjana
7,951.00
Għajnsielem
10,000.00
L-Għarb
9,322.00
Ħal Għarghur
9,750.00
Ħal Għaxaq
8,780.32
Ħal Kirkop
9,793.00
Ħal-Luqa
10,000.00
Il-Marsa
10,000.00
L-Imġarr
10,000.00
L-Imqabba
6,950.15
Paola
5,253.25
Pieta
10,000.00
Ir-Rabat (M)
10,000.00
San Ġiljan
10,000.00
San Pawl il-Baħar
4,973.95
Ta' Sannat
8,838.80
Santa Venera
10,000.00
Ix-Xagħra
10,000.00
Iż-Żurrieq
8,500.00
Ix-Xewkija
10,000.00
TOTAL
228,784.10
Għall-iskema tal-2010 daħlu 37 applikazzjoni (34 Kunsill). Bħalissa qed issir l-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet.
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jara illi l-Kunsilli li jkunu ħadu l-fondi fuq dawn l-iskemi, iwettqu x-xogħol li ngħataw il-flus għalihom fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Prim Ministru meta se jibda x-xogħol fuq il-Forti Sant'Anġlu skont kif imwiegħed fl-aħħar budget? Rigward il-Forti Ricasoli u l-istat prekarju tagħha, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-condition report li hu jista' għandu u stima tal-ispejjeż meħtieġa biex titranġa din il-forti?
Jaħseb il-Prim Ministru li l-approvazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-4 ta' April 2010 tal-iżvilupp ta' restorant fid-Dwejra kienx pass fid-direzzjoni l-ħażina? X'għandu xi jgħid għall-kummenti li għamlu n-nature trust meta qalu li l-bord kellu kunsiderazzjonijiet oħrajn ħafna 'l bogħod minn dawk ekoloġiċi u patrimonjali? Jista' jwiegħed li jagħmel dak kollu possibbli biex din il-ġawhra eċċezzjonali - d-Dwejra f'Għawdex - ma tinqeridx?
Tneħħija ta' informazzjoni minn fuq il-website tad-DOI
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li minn fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tneħħiet il-parti fejn persuna kienet tkun taf min huma ċ-ċittadini ta’ nazzjonalità barranija li għandom il-permess biex jaħdmu f’Malta? Jekk iva, għaliex ittieħed dan il-pass?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar dawk il-barranin li għandhom permess biex jaħdmu f’Malta tneħħiet minn fuq il-website tad-DOI minħabba l-leġislazzjoni dwar Data Protection.
segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali — ordni leġittima
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk segretarju eżekuttiv f'kunsill lokali jista' ma jobdix ordni legittima mogħtija lilu mis-sindku fuq proġetti approvati mill-kunsill għal kwalunkwe raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarju Eżekuttiv huwa il-Kap Eżekuttiv, amministrattiv u finanzjajru tal-Kunsill Lokali.
Fost il-funzjonijiet li tagħtih il-liġi, Artikolu 52(2)(g) tal-Att dwar Kunsilli Lokali jistipula illi is-Segretarju Eżekuttiv għandu: “jeżegwixxi d-deċiżjonijiet leġittimi tal-Kunsill u jwaqqaf kull attività jew inizjattiva li jkun ser jagħmel il-Kunsill li tkun kontra l-liġi, ir-regolamenti, strateġiji jew policies nazzjonali u lokali, jew kull atttività jew inizjattiva li ma tkunx approvata b’deċiżjoni tal-Kunsill”
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess ta' reklutaġġ ta' suldati li nbeda xi ġimgħat ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-proċess tal-għażla, għadu kif intemm l-ewwel fażi, jiġifieri l-eżami fiżiku. Baqa’ tliet partijiet oħra ta’ l-eżami xi jsiru, li dawn huma:
1. L-eżami bil-kitba tal-Malti, Ingliż u Matematika għal dawk li m’għandhomx ċertifikati tal-livell Ordinarju (O Levels) f’dawn is-suġġetti.
2. L-
interview
.
3. L-eżami mediku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ingaġġ ta' skirvani mal-gvern li l-eżami għalih sar xi ġimgħat ilu? Kemm hu maħsub li se jiġu ingaġġati skrivani ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16386.
Informazzjoni rigward uffiċjali li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta?
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijiet, kemm jista' jkun dettaljati dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur u dwar l-awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-Onor. Tonio Fenech qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010, li dak iż-żmien kien responsabbli midd-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (DKK)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Preżentement qed titħejja l-liġi biex tiġi mwaqqfa l-Awtorità li se tkun responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni. Din għandha tiġi ppreżentata fil-ġimgħat li ġejjin għall-konsultazzjoni.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx skema/inizjattiva biex jibbenefikaw il-kunsilli lokali fi flus biex huma jkunu jistgħu jagħmlu studju ambjentali fl-interess tal-lokalità tagħhom? Jekk iva, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw? Kemm kien l-ammont fi flus li ħa kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul l-2009 kien hemm żewġ skemi li bihom setgħu jibbenefikaw il-kunsilli lokali. Dawn kienu: (1) Proġett Pilota għal-lokalitajiet sostenibbli u (2) il-Green Challenge Award.
Għall-Proġett Pilota għall-lokalitajiet sostenibbli bbenefikaw il-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun, Ħad-Dingli u San Lawrenz fejn dawn ħadu € 25,000 kull wieħed. Għall-Green Challenge Award, il-Kunsilli Lokali li ibbenefikaw kienu dawn:
Kunsill Lokali
Ammont
€
L-Imdina
5,000
Il-Birgu
5,000
Iż-Żejtun
5,000
Ħ'Attard
40,000
Fontana
5,000
Ħal Kirkop
5,000
Il-Mellieħa
5,000
In-Naxxar
5,000
San Lawrenz
10,000
Santa Luċija
5,000
Total
90,000
L-iskema dwar Proġett Pilota għal Lokalitajiet Sostenibbli 2010 ġiet imnedija u għaliha hemm ivvotata s-somma ta’ € 50,000. L-iskema Green Challenge 2010 għad trid tiġi mnedija aktar tard din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li qed jagħmlul eżerċizzju fil-lokal tagħhom fejn ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni tal-kapaċitajiet u sistemi li jistgħu jsiru fil-lokal b'sistemi aktar nodfa ta' enerġija alternattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12660 u 13710.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-iskema ta' fondi speċjali għall-enerġija effiċjenti kemm ibbenefikaw kunsilli lokali fis-sena 2009? Kemm kien l-ammont fi flus li ħa kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ kunsilli li bbenefikaw mill-iskema ta’ fondi speċjali għall-enerġija effiċjenti u mill-iskema Green Challenge Award fl-2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa ffirmaw il-Patt tas-Sindki? X'benefiċċju għandhom il-kunsilli lokali minn dan il-patt? Xi rwol kellu l-Gvern ta' Malta biex il-kunsilli lokali jiffirmaw dan il-patt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s’issa 27 Kunsilli Lokali iffirmaw l-Patt tas-Sindki. Dawn huma:
L-Imdina, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Birkirkara, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, L-Iklin, Il-Kalkara, Ħal Kirkop, Marsaskala, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, Pembroke, Il-Qrendi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Ħal Tarxien, Ta’ Xbiex, Ix-Xagħra, u x-Xewkija
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hi l-entità li qed tixpruna din l-inizzjattiva fost il-Kunsilli Lokali Maltin u għal dan il-ghan għandha l-funzjoni ta’
Supporting Structure
.
Il-benefiċċju li għandu Kunsill Lokali minn dan il-Patt huwa illi fuq bażi lokali se jkun qed jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’għoxrin fil-mija sas-sena 2020. Din hija sfida kbira għall-Kunsilli Lokali li permezz ta’ inizzjattivi u attivitajiet f’din id-direzzjoni dawn ikunu qed itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
L-inizjattiva qed issir mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hadmet ukoll sabiex ixxerred informazzjoni dwar din l-inizjattiva bl-appoġġ sħiħ tal-Gvern ta’ Malta.
Kunsilli Lokali moniterjati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu moniterjati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jimmoniterja b’mod dirett lill-Kunsill Lokali tal-Mosta wara li dan il-kunsill kien inħariglu Avviż Formali, kemm permezz ta’ moniteraġġ ta’ dokumentazzjoni u l-operat tal-kunsill, inkluż moniteraġġ tal-laqgħat tal-kunsill.
Barra minn hekk, fil-kors normali tax-xogħol tiegħu d-Dipartiment, permezz tal-
monitoring unit
tiegħu jagħmel moniteraġġ ta’ Kunsilli abbażi ta’
sampling
ta’ (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-
Balance Sheets
tal-Kunsilli Lokali.
azzjonijiet ta’ nfurzar fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu f’din l-aħħar sena, fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa, sabiex jitwaqqaf l-użu illegali ta’ żebgħa li m’hijiex ‘VOC compliant’ skont kif titlob il-liġi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-VOC fiż-żebgħa tal-karozzi? X’miżuri ġodda beħsiebu jieħu l-gvern sabiex jaċċerta lill-operaturi ta’ dan is-settur illi ż-żebgħa li qed tintuża għat-tiswijiet tal-karozzi hija biss dik permessa mil-ligi u jekk hemm xi miżuri ġodda ppjanati, meta ser jibdew jittwetqu?
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' enforcement, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament, fuq talba li saritlu minn numru ta' residenti?