Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15044 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rendikont ta' ħidmiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja fejn ingħata rendikont ta' ħidmiet kull kunsilli lokali għamel matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, kif ukoll tagħrif dwar il-budget għas-sena 2010 fil-laqgħat li saru għar-residenti tal-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jara xi dokumenti partikolari għandu jagħmel it-talba tiegħu lil dan id-Dipartiment u dan ikun jista’ jipprovdilu l-informazzjoni mitluba. L-Onorevoli Interpellant żgur jifhem illi biex isiru l-kopji neċessarji biex jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra mhux biss tirrikjedi volum kbir ta’ riżorsi umani u ħin imma ukoll użu kbir ta’ karta li ma hix konformi ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali.
Leg 11 PQ #15047 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat annwali — rendikont ta' ħidmiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali tal-lokalità tagħhom s'issa? Meta ġew organizzati u jekk ir-rendikont ta' ħidmiet tal-kunsilli lokali matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, ġewx approvati kollha minn kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15051 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat annwali organizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali fejn ir-residenti tal-lokali li ġew magħrfa dwar il-budget għas-sena 2010 u li ma ġewx approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15849 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement notices pendenti mill-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' enforcements noticesfil-preżent li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tmur lura l-aktar enforcement notice pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat-22 ta' Marzu 2010, il-MEPA jew l-Awtorità ta' l-Ippjanar kif kienet tissejjaħ qabel, ħarġet total ta' 19,039 enforcement notice. Dawn in-notices nħolqu permezz ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp ta' l-1992 u fil-fatt bdew jinħarġu f'Jannar ta' l-1993. L-eqdem notices allura jmorru lura għal dak iż-żmien. Illum hemm madwar 7,600 enforecement notice pendenti. Bħalissa qed isir evalwazzjoni ta’ dawn l- enforcement notices biex jiġi determinat il-validità, l-urġenza u l-importanza tagħhom. B’hekk ikun jista’ jitfassal pjan biex jiġu esegwiti l- enforcement orders . Infakkar ukoll li bħala parti mir-riforma tal-MEPA l-Gvern qed jiddedika aktar riżorsi għall-Infurzar. Fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li jinħatar Direttur għall-Infurzar fil-MEPA.
Leg 11 PQ #16157 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ??

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kama tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16186 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Appoġġ sħiħ lil Green Leaders fil-ministeri kollha

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti assikurazzjoni li s-segretarji permanenti kollha u d-diretturi għal Corporate Services fil-ministeri offrew appoġġ sħiħ lil green leaders fil-ministeri kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-Segretarji Permanenti kollha u d-Diretturi għal Corporate Services fil-Ministeri offrew appoġġ sħiħ lil Green Leaders fil-Ministeri kollha.
Leg 11 PQ #16274 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — reconsiderations

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti li reċevejt dwar reconsideration li ngħatat ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali tas-sena 2008 (Frar 2008) lill-każ PA05057/04 f’ġieħ it-trasparenza, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkunsidrax li tirreferi l-każ lill-Awditur tal-Awtorità għall-Investigazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16290 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kopja tal-pariri tekniċi fuq l-interpretazzjoni tas-sentenza tal-ECJ

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri tekniċi li ngħatawlu fuq l-interpretazzjoni tas-sentenza tal-European Court of Justice ta' Settembru li għadda dwar il-kaċċa f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16349 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maisonette bi ġnien

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u martu, madwar għaxar snin ilu akkwistaw maisonette bi ġnien miegħu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u dan b'seħħ ta' kuntratt tal-15 ta' Novembru 2001 (in atti Not. C. Vella Zarb) mill-poter ta' terzi peress li hu indikat fil-pjan regolatur li l-għalqa de quo għandha tgħaddi triq minnha; peress li f'Novembru li għadda intervjeniet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u qabdet u naddfet kompletament il-ġnien mill-fjuri u siġar li safrattant laħqu ġew kultivati entro dawn id-disa' snin u anke inqered bir li kien jinsab hemmhekk; peress li t-triq li għandha tiġi proġettata tgħaddi direttament fuq bini skedat (il-Knisja ta' Apap Bologna) u minn fid-diżabitat; peress li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabdet u fetħet passaġġ minn ġol-ħajt tas-sejjieħ fejn fl-ewwel ritratt hemm ċirku mmarkat fil-ħajt tas-sejjeħ, jista' l-Prim Ministru jgħid: Għalfejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qerdet dan il-ġnien? Fiex wasal il-proċess tal-mogħdija ta' din it-triq? Għalfejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħolqot aċċess pubbliku minn fuq dan il-ġnien? X'diffikultà jsib il-Gvern li l-konjugi jerġgħu jagħmlu ġnien u dan meta wieħed iqis li llum il-post sar maħmuġ u kollu ġrieden u ħmieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16399 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Central Malta Local Plan — rationalisation exercise

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqoqsija parlamentari 15943 u jgħid jekk il-klawsola CG 02 3.3.3 fejn fis-Central Malta Local Plan li ħareġ wara l-approvazzjoni tar-rationalisation exercise fejn l-iskema tal-bini li tispiċċa f'appoġġ mikxuf jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, din il-policy hijiex applikabbli ukoll f'lokalitajiet li l-pjan lokali tagħhom ġie approvat qabel ir-rationalisation exercise?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tar-rationalisation li kien approvat mill-Parlament f'Awissu 2006 kien inkluda nota ta' kwalifika li tgħid: 'Not all end plots and proposed minor amendments to the Temporary Provisions Schemes indicated in the draft public consultation local plan documents are shown. Unless otherwise specifically indicated, scheme boundaries ending in blank party walls are considered to generally qualify for an additional edge plot with a lateral side garden but these would need to be determined on a case-by-case basis.
Leg 11 PQ #16400 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16032 u 15880 u jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda parametru ta' distanza minima bejn l-impjant in kwistjoni u l-eqreb residenzi. Mill-istudju tal-impatt ambjentali li sar bħala parti mill-applikazzjoni PA 6974/06 u mill-aġġornament ta' l-istudju ambjentali li sar bħala parti mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni PA 1437/09 jirriżulta li l-impatti maġġuri kienu dawk viżwali. Dawn għandhom jiġu mitigati minn skema ta' landscaping adekwata. Impatti oħra assoċjati ma' rwejjaħ (kwalità ta' arja) huma minimi u minħabba titjib li sar fl-impjant bħala parti minn PA 1437/09, l-istudju ambjentali ma rrakomanda ebda miżuri oħra ta' mitigazzjoni oltre dawk li huma nklużi fid-disinn ta' l-impjant.
Leg 11 PQ #16401 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kaċċa u nsib

Question

Mingħajr ma nerġa’ nsemmi d-diversi wegħdi u garanziji li l-gvern għamel lill-kaċċaturi u n-nassaba rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa u l-insib tal-għasafar tal-għana, liema wegħdi u garanziji li l-gvern ma żammx, nirreferik għas-seduta Parlamentari numru 155 tal-4 ta Novembru 2009, meta l-Prim Ministru, fost affarijiet oħra qal, u nikkwota: “L-applikazzjoni ta’ deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa huwa dritt li aħna ser neżerċitaw u li aħna ser ninsistu li għandna d-dritt li nagħmlu hekk. Għamilna ħames snin nisimgħu lil kulħadd jgħidilna li ma kellniex raġun, kulħadd jgħidilna li l-ebda pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea qatt ma ġab din, imma meta taqra s-sentenza tal-Qorti, issib li l-Qorti ddeċidiet li l-gvern Malti kellu raġun.” Fil-15 ta’ Marzu li għadda l-Kumitat Ornis irrakkomandawlu li jiftaħ staġun għall-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien mill-10 sat-30 ta’ April ta’ din is-sena. Wara dan kollu hu qal li se jfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, meta kif jaf sew ma kellux għalfejn jagħmel hekk peress li l-Kummissjoni tikellem biss wara li tkun ġiet eżerċitata d-deroga u biss jekk fl-opinjoni tal-istess Kummissjoni d-deroga tkun ġiet applikata b‘mod skorett. Peress li dan l-aħħar smajna u rajna rapporti fil-media u smajna ħafna nies, inkluż MPs u MEPs miż-żewġ naħat tal-Kamra jesprimu pubblikament l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett u jaqblu li wara l-verdett tal-Qorti tal-Ewropa, għandha tiġi applikata deroga sabiex ikun permess il-kaċċa u l-insib b’mod limitat u kkontrollat f’din ir-rebbiegħa, jista’ jiftiehem li l-Prim Ministru biss ma jridx tapplika d-deroga. Japprezza l-Prim Ministru li b’dan il-mod, inħolqot tensjoni lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin billi s’issa għaduku ma tax risposta jew reġa' ma fetaħx l-istaġun tradizzjonali tar-rebbiegħa għat-tielet sena konsekuttiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qed japplika deroga għal kaċċa fir-Rebbiegħa. Fil-fatt, bħalissa persuni li applikaw u kienu jikkwalifikaw għal-liċenzja speċjali, jistgħu jikkaċċjaw.
Leg 11 PQ #16525 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-llum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru xtara sitt (6) kompjuters għall-iStamperija tal-Gvern. Dan ix-xiri ġiew awtorizzat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz ta’ tender li ġie jiswa’ €31,090.76ċ.
Leg 11 PQ #14458 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ingaġġ ta' suldati kadetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun hemm ingaġġ ġdid ta' suldati kadetti? Kemm beħsiebhom idaħħlu suldati kadetti ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa għadha kif ħarġet sejħa għal reklutaġġ ta’ kadetti fil-Forzi Armati ta’ Malta u li din is-sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2010. Huwa maħsub li l-kadetti l-ġodda jibdew it-taħriġ tagħhom għal madwar Mejju meta jkun spiċċa l-proċess tal-għażla. Hu ppjanat li ser jiġu ngaġġati tmien kadetti ġodda.
Leg 11 PQ #15033 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern Lokali — Monitering Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jistenna rapporti mill-Monitering Unit tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15032.
Leg 11 PQ #15034 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għal-Gvern Lokali — Monitering Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħix x'inhu r-rwol tal-Monitering Unit tad-Dipartiment għal-Gvern Lokali? Kemm hemm persuni li jaħdmu f'dan il-Unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Monitering Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu diversi funzjonijiet. Dawn jinkludu: a) l-istħarriġ ta’ diversi ilmenti jew allegazzjonijiet li d-Dipartiment jirċievi minn żmien għal żmien; b) l-iskrutinju tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-iSkedi tal-Pagamenti li jiffurmaw parti tal-istess minuti; c) l-iskrutinju ta’ diversi dokumenti statutorji bħalma huma l-Estimi Annwali u l-Pjani ta’ Ħidma; d) skrutinju b’mod partikolari ta’ dawk il-kunsilli li jkunu qed jirreġistraw żbilanċ fil- working capital tagħhom biex dawn jirregolarizzaw ruħhom fl-iqsar żmien possibbli; u e) ko-ordinament fuq bażi regolari mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fuq kull aspett li jolqot il-Kunsilli Lokali b’mod partikolari waqt l-egħluq tas-sena finanzjarja biex jiġi assigurat illi l- financial statements jiġu sottomessi fil-ħin stipulat bil-liġi, f) tħejjija ta’ diversi Rapporti kif mitluba mid-Direttur, Gvern Lokali. Bħalissa hemm tliet uffiċjali jaħdmu f’dan il-Unit: Uffiċjali fi Grad 5 u żewġ Monitoring Officers .
Leg 11 PQ #15035 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — unit għal disgwid fil-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali li fil-futur iwaqqaf unit biex tinstab soluzzjoni għal disgwid li jista' jkun hemm fil-kunsilli lokali bl-iskop li d-dipartiment jintervjeni ħalli l-kunsilli lokali jirranġa s-sitwazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord ta’ Gvernanza Lokali li għadu kemm twaqqaf fi ħdan id-Dipartiment għal Gvern Lokali bis-saħħa tal-Avviż Legali 63 tal-2010 ser ikun qed jitratta wkoll każijiet bħal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #15036 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Miżuri ta' inkoraġġament f'attivitajiet turistiċi f'żoni rurali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' inkoraġġament ta' attivitajiet turistiċi f'żoni rurali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali? X'forma ta' benefiċċji se jieħdu l-kunsilli lokali b'dawn il-miżuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Kirkop, San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa, L-Iklin, San Lawrenz, Il-Munxar, Iż-Żurrieq, L-Għarb, Santa Luċija, Ir-Rabat, Il-Mosta, San Ġwann, Għajnsielem, Ta’ Sannat, Il-Qala, Ħal Għargħur, L-Imqabba u Ħad Dingli applikaw kemm għall-miżura ta’ inkoraġġament ta’ attivitajiet turistiċi f’żoni rurali kif ukoll għal dik ta’ konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali. Il-Kunsill Lokali ta’ Fontana applika biss għal dik ta’ attivitajiet turistiċi, filwaqt illi l-Kunsilli Lokali ta’ ix-Xagħra u Iż-Żebbuġ applikaw biss għal dik ta’ konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali. Dawn il-Kunsilli jistgħu jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali EAFRD. Il-fondi li jieħu kull Kunsill jiddependu mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dak il-Kunsill partikolari.
Leg 11 PQ #15038 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalendarju ta' attivitajiet kulturali li se jiġu organizzati mill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-kalendarju tal-attivitajiet kulturali li ġew organizzati jew għad iridu jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali matul l-2010. Ta’ min isemmi li xi attivitajiet kellhom jiġu posposti mid-dati oriġinarjament maħsuba minħabba ċirkostanzi li xi Kunsilli ma kellhomx kontroll fuqhom.
Leg 11 PQ #15676 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15447 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.