Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15062 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi għall-proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-programm Italia-Malta, kemm-il kunsill lokali akkwista fondi biex jorganizza proġetti relatati mar-riċerka, turiżmu, kultura, ambjent, enerġija u prekawzjoni tar-riskju? Liema huma l-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha, Kunsill Kunsill, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16288 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sussidju lis-sidien tal-Caravans

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern jissussidja sidien ta’ caravans biex jużaw il-faċilitajiet tal-campsite fl-Aħrax il-Mellieħa minflok is-sit ħdejn Popeye Village li kien imwiegħed lilhom mis-Sindku tal-Mellieħa u fejn issa hemm applikazzjoni għal kamra tan-nar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għaddejja diskussjoni mal-kumpanija li tmexxi l-caravan site fl-Aħrax biex jiġi faċilitat servizz lil numru ta’sidien ta’ caravans.
Leg 11 PQ #16430 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16051 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16459 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16460 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15660, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-pompa tal-petrol li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16472 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

mekkaniżmu uffiċjali u formali ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni ta' proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid x'inhuma l-mekkaniżmu uffiċjali u formali ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni tal-proġetti u x-xogħol kollu li jsir f'Għawdex jew b'konnessjoni ma' Għawdex f'dawk l-oqsma li ma jaqgħux taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16023.
Leg 11 PQ #16473 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega x’inhi? Jista’ jgħid min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fil-qasam tas-Saħħa inklużi fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigawrd; min jirrakkmanda, min jistabbilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta': a) speċjalisti, b) tobba, ċ) nurses , d) paramediċi u ħaddiema oħra fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16024.
Leg 11 PQ #16474 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — qasam tal-kura tal-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tal-anzjani? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega x’inhi? Jista' jispjega u jgħid: min jirrakkmanda, min jistabbilixxi u min japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fil-qasam tal-kura tal-anzjani f’Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigawrd; min jirrakkommanda, min jistabilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta' ħaddiema f’dan il-qasam f’Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16025.
Leg 11 PQ #16493 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsumaturi migdumin minn ditti li fallew

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16224 u 15807 u ċioe: Peress li naf b'każijiet ta' konsumaturi li ġew migdumin minn ditti li fallew u dawn il-konsumaturi dehru ukoll quddiem l-Arbitru tal-Konsumaturi u rebħu l-każijiet tagħhom, bħall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, però dawn baqgħu ma ġewx ikkompensati, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li almenu dawn l-individwi jiġu rifonduti bil-VAT imħallas minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Finanzi se jevalwa l-implikazzjonijiet legali u finanzjarji tas-suġġeriment magħmul mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16550 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16587 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mandatory report — diskussjonijiet

Question

B'referenza għal diskors li l-Prim Ministru għamel fil-pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibdew id-diskussjonijiet rigward il-liġi fejn jidħlu każijiet ta' abbużi sesswali fuq tfal? Jista' jgħid jekk hux pjanat li jiġi diskuss il-mandatory reporting ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern qiegħed iħejji Abbozz ta’ Liġi dwar ir-reġistru ta’ reati serji fejn il-punt ta’ rappurtaġġ mandatorju qiegħed jiġi kkunsidrat.
Leg 11 PQ #16608 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnien Carmelo Mifsud Bonniċi — public convenience

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir il-bini tal-public convenience fi Ġnien Carmelo Mifsud Bonniċi (area ta' Pjazza Santa Margerita) Bormla, u dan peress li issa ilha li kienet imwiegħda u li l-permessi kollha ġew approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

tħarbit fin-negozju minħabba l-żbroff tal-vulkan fl-Islanda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iltaqax mal-istakeholders fil-qasam tat-turiżmu biex jiddiskuti magħhom it-tħarbit fin-negozju minħabba l-iżbroff tal-vulkan fl-Islanda? Jekk iva, min iltaqa' magħhom min-naħa tal-gvern u x'kien l-andament tal-laqgħa jew laqgħat? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx kalkolu tat-telf min-negozju tat-turiżmu b'effett ta' dan? Jekk iva, kemm huwa stmat dan it-telf? Jekk le, se jagħmel dan il-kalkolu? Il-gvern se jagħti xi xorta ta' kumpens lil dan is-settur li qala' daqqa oħra fi żmien meta n-negozju kien diġà dgħajjef minħabba l-kriżi internazzjonali ekonomika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — comparable grades

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15183, jista' l-Prim Ministeru jispjega liema huma l-comparable grades fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u fl-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li l-impjegati jista' jkollhom u jagħmluhom eliġibbli għal din il-pożizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif tennejt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15183, f’kull każ jiġi determinat jekk applikant huwiex eliġibbli skont il-livell tal-paga u r-responsabbilitajiet tal-kariga tiegħu. Dan isir b’konsultazzjoni ma’ l-entità kkonċernata.
Leg 11 PQ #16640 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-gvern sospiżi mix-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati tal-gvern li tressqu l-Qorti huma sospiżi mix-xogħol fuq nofs paga? Kemm minnhom huma membri tal-korp tal-pulizija? Kemm tmur lura l-eqdem sospensjoni li għadha fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 44 uffiċjal pubbliku li huma sospiżi minħabba proċeduri kriminali u li jinsabu fuq nofs paga. Minn dawn hemm 11-il membru tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa jinsabu sospiżi mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. L-aktar sospensjoni li ilha fis-seħħ tmur lura sal-1997.
Leg 11 PQ #16647 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Birkirkara — proċedura ta' ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura partikolari sabiex jiġu rranġati ċ-ċitazzjonjiet fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li persuna partikolari, li taħdem fl-istess kunsill lokali bħala security qiegħda tagħmel dan b'mod regolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċedura li wieħed jikkontesta ċitazzjoni tapplika bl-istess mod ma’ Malta u Għawdex, jiġifieri billi l-individwu iressaq il-każ quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet. Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali ta’ B’Kara m’għandu ebda informazzjoni dwar dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant u ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara m’għandu l-ebda persuna li hi impjegata bħala security.
Leg 11 PQ #16695 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — ċirkolari

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16038, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux qed nifhem sewwa li l-gvern u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jagħtu aktar saħħa lil ċirkolari milli l-avviż legali maħruġ biex iħabbar id-dħul fis-seħħ tal-liġi kif emendata minn dan il-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jista’ jkun li xi memo mid-Dipartiment ħarġet xi żmien qabel ma daħlet fis-seħħ il-liġi permezz tal-Avviż Legali. Jiena nfurmat ukoll li ma hemm xejn fil-memos li ma huwiex fi qbil mal-provvedimenti tal-liġi.
Leg 11 PQ #16700 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

flus dovuti mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kunsilli lokali ngħataw ordni biex javżaw lill-awdituri tagħhom iqisu l-flus dovuti lilhom mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala written-off? Kemm huma l-ammonti dovuti lill-kunsilli lokali minn dawn l-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-awdituri tal-Gvern Lokali li jagħmlu l-udituri fuq il-kotba tal-accounts tal-Kunsilli Lokali huma ditti professjonisti illi huma ggwidati minn regolamenti u proċeduri internazzjonali ta’ accounting u awditjar. Għaldaqstant mhux il-każ li Kunsill jagħti struzzjonijiet lill-uditur tiegħu x’iqies bħala written off jew le. Dwar kemm huma l-ammonti dovuti lill-Kunsill Lokali mill-LES pre-pooling u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15040 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marketing għall-attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' marketing qed isir biex attivitajiet kulturali organizzati mill-kunsilli lokali ikunu reklamati barra minn xtutna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill Lokali imniżżla fuq il-brochure intitolat ‘The Maltese Islands Event Calendar Highlights 2010’ maħruġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Dawn il- brochures qegħdin jitqassmu mill-uffiċċji barranin tal-istess MTA. Filwaqt li verżjoni aktar aġġornata ta’ dan il- brochure se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. Barra minn hekk, firxa wiesgħa u aġġornata ta’ attivitajiet kulturali tittella’ ta’ kuljum fuq is-sit www.visitmalta.com liema sit iżuruh mat-13,000 unique visitors kuljum. Dan apparti l- marketing għal tal-apposta li jsir mill-uffiċċji ta’ barra tal-MTA għall-avvenimenti partikolari bħall- Isle of MTV , ir- Rolex Middle Sea Race , il-kunċert ta’ Joseph Calleja fost oħrajn.
Leg 11 PQ #15042 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet relatati mal-karnival

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jorganizzaw attivitajiet relatati mal-karnival? Kemm ibbenefika fi flus kull kunsill mill-Gvern ta' Malta għal kull attività? Kemm ħareġ il-kunsill għall-attività tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rċevuti li ħallsu l-kunsilli lokali għall-attivitajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.