Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16033, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra l-korrispondenza li ntbagħtet lill-Ministru Cristina (li dak iż-żmien kienet il-Ministru responsabbli mill-Kultura) f'Novembru 2009 kif indikat fil-karti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15871 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk kienx hemm żviluppi fuq diversi talbiet minn dilettanti tal-isport tat-trobbija tal-ħamiem biex din l-attività sportiva tiġi regolata? Huwa konxju l-Prim Ministru li minħabba dan in-nuqqas ta' regolamentazzjoni qed jirriżultaw vertenzi bejn id-dilettanti u n-nies li jgħixu fil-madwar li wasslu biex numru ta' dilettanti kellhom iżarmaw mit-trobbija tal-ħamiem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mill-MEPA li jkun applikazzjonijiet marbuta ma’ żamma tal-ħamiem li jiġu rifjutati minħabba “bad neighbourliness”.
Jien ser ngħaddi s-suġġeriment dwar tfassil ta’ regolamentazzjoni għal dan l-isport lill-Ministru responsabbli mill-Isport.
azzjonijiet ta’ nfurzar fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16178 u jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu f’din l-aħħar sena, fuq żebbiegħa tal-karozzi u bejjiegħa taż-żebgħa, sabiex jitwaqqaf l-użu illegali ta’ żebgħa li m’hijiex ‘VOC compliant’ skont kif titlob il-liġi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-VOC fiż-żebgħa tal-karozzi? X’miżuri ġodda beħsiebu jieħu l-gvern sabiex jaċċerta lill-operaturi ta’ dan is-settur illi ż-żebgħa li qed tintuża għat-tiswijiet tal-karozzi hija biss dik permessa mil-ligi u jekk hemm xi miżuri ġodda ppjanati, meta ser jibdew jitwettqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tlabt li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16238 u jara li jitmexxa l-każ ta' enforcement, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fuq talba li saritlu minn numru ta' residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt id-dettalji lill-MEPA għal konsiderazzjoni tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16268 u jara li wara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed twaqqa' ċ-ċnut tal-għelieqi għal tlieta u erba' filati, issa li qed jiġri huwa li l-għelieqi tal-bdiewa ġew esposti fejn qed jidħlu ħafna ilmenti li dawk li huma mat-triq qed jidħlulhom u jieħdu l-prodotti u anke qed jisirqu pipes u makkinarju tat-tisqija? Jista' jgħid jekk hemmx xi rimedju biex ikollhom xi forma ta' ilquħ u sigurtà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħitan li qed jitwaqqgħu huma strutturi li jkunu nbnew mingħajr il-permessi meħtieġa u b'mod li jkerrhu l-pajsaġġ u l-ambjent tal-kampanja u jtellfu mill-veduti ta' l-istess pajsaġġ. Minbarra dawn l-impatti, ta' min jinnota wkoll li xi ħitan għoljin ġieli jittellgħu biex warajhom jinħeba żvilupp ieħor illegali, jew inkella huma stess ikunu parti minn xi żvilupp akbar li mhux postu fil-kampanja. F'xi każijiet oħra jista' jkun hemm il-ħtieġa għal xi forma limitata ta' lqugħ jew reċint, iżda dan għandu jitqies bir-reqqa minħabba l-implikazzjonijiet ta' l-istrutturi proposti. Fejn teżisti ġustifikazzjoni xierqa, ix-xogħol għandu jsir bil-galbu, il-ħitan għandhom jinbnew skont is-sengħa tradizzjonali sabiex ikunu jaqblu ma' l-ambjent ta' madwarhom, u l-għoli għandu jkun imrażżan. Għaldaqstant, kull każ jitqies fuq il-merti tiegħu, kemm biex wieħed jagħżel każijiet ġenwini minn oħrajn kapriċċużi jew li jistgħu jagħtu lok għal abbuż, kif ukoll minħabba li mhux kull intervent huwa bilfors tajjeb għal kull tip ta' sit. L-aħħar darba li l-MEPA kienet involuta biex jitbaxxew xi ħitan tal-għelieqi kien f'Jannar ta' 2009.
Jista' l-Prim Ministru jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tan-nationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqijsa parlamentari 15931 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna bbenefikat minn maternity leave u parental leave separatament matul l-2009? F'każ ta' parental leave kemm kienu rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar biex it-tweġiba tkun tista’ tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vapur tal-passiġġieri daħal f'Malta matul is-sena 2009 u kemm daħlu turisti f'Malta matul is-snin 2007/2008/2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fis-sena 2009, daħlu 261 vapuri tal-passiġġieri f’Malta. It-total ta’ passiġġieri li ġew bil-vapur fis-sena 2009 kien ta’ 439,630.
In-numru ta’ turisti li ġew Malta fis-snin 2007-2009 huwa kif ġej:
2007 1,243,510
2008 1,290,856
2009 1,183,012
Iċ-ċifri tat-turisti ma jinkludux dawk tal-passiġġieri li ġew bil-vapur għaliex għall-iskopijiet tal-NSO, turist huwa dak li jkun għamel lejl Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu f'mobile phones is-sindki kollha ta' Malta u Għawdex matul is-sena 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha, Kunsill Kunsill, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa fl-irranġar tat-toroq matul is-sena 2010 mill-Kunsilli tar-Rabat Malta, Imġarr, Attard, Balzan, Naxxar San Pawl il-Baħar u l-Mosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsilli Lokali msemmija qed jistmaw illi jkollhom din in-nefqa fl-irranġar ta’ toroq matul l-2010.
Ir-Rabat (Malta) € 90,000
L-Imġarr € 82,065
Ħ’Attard xejn
Ħal Balzan € 39,886
In-Naxxar € 160,000
San Pawl il-Baħar € 80,000
Il-Mosta € 151,393
Dawn l-ispejjeż huma konnessi ma’ irranġar ta’ toroq u bankini u ma jinkludux xogħol ieħor konness bħal ngħidu aħna sinjali u marki tat-toroq.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom staff jaħdem magħhom il-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex u x'inhu x-xogħol li jsir minn kull impjegat? Jista' jgħid jekk dawn l-ħaddiema fin-numru tagħhom humiex proporzjonalment għall-popolazzjoni tal-lokalità? Kemm hemm kunsilli li qegħdin short of staff u f'liema kategorija ta' short of staff qegħdin dawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13261 fejn kont poġġejt lista fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-impjegati li għandu kull Kunsill Lokali.
Skont Regolament 14 (1) tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani), Kunsill jista’...”jaħtar ukoll personnel klerikali, tekniku jew f’xi kariga oħra, skont l-esiġenzi u għall-qadi effiċjenti tiegħu...”.
Id-dmirijiet ta’ l-impjegati klerikali fi skali 11, 13 u 15 għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għal Assistent Uffiċjali Prinċipali, Uffiċjal Eżekuttiv u Skrivan fis-Servizz Pubbliku.
Sabiex in-numru ta’ ħaddiema li Kunsill jimpjega jkun proporzjonali mal-popolazzjoni tal-lokalità, l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jipprovdi li Kunsill ma jistax jimpjega iktar minn persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident. Madanakollu, biex il-Kunsilli ż-żgħar ma jbatux, l-Att jipprovdi wkoll illi kull Kunsill żgħir kemm hu żgħir jista’ jimpjega sa tnejn min-nies.
Ta’ min jgħid ukoll illi waħda mill-miżuri li ittieħdu b’konsegwenza tar-riforma tal-Kunsilli Lokali hija li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jista’ wara li ssir talba ġustifikata għal dan l-għan minn Kunsill Lokali, u jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministru, jawtorizza li dak il-Kunsill Lokali jimpjega persunal klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li għandhom vetturi tagħhom? X'inhuma dawn il-vetturi, jekk humiex muturi, karozzi jew trakkijiet? Kemm jista' jkollhom vetturi kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 12766.
Issa li saret ir-riforma, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' kull kunsillier u jekk dan jingħatax lilu mis-sindku jew jekk il-kunsillier jiddeċidix hu x' jagħmel? Jista' jkollok xi kunsillier li m'għandu l-ebda rwol partikolari?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mhux qed ipoġġu fuq il-website tagħhom il-Minuti tal-laqgħat tagħhom? Jekk iva, x'passi se jitħieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsilli Lokali kollha qed ipoġġu, b’mod regolari, il-minuti tal-laqgħat tagħhom fuq il-website uffiċjali tal-Kunsilli Lokali amministrata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Fuq punt ta’ kjarifika nixtieq nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13786 li kienet tittratta dwar l-istess materja. Fost il-Kunsilli Lokali li kienu indikati għadhom ma poġġewx il-minuti tal-laqgħat aġġornati fuq il-
website
uffiċjali kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien. Nixtieq nikkjarifika illi dan il-Kunsill kien fil-fatt aġġorna l-minuti tiegħu. Pero’ billi l-Kunsill kien poġġa l-aħħar minuti tiegħu fil-qiegħ tal-lista, minflok fuq nett kif suppost isir, l-uffiċjal inkarigat mill-
website
ma ndunatx b’dan l-aġġornament u għaldaqstant il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ġie nkluż ma’ dawk il-Kunsilli li kienu għadhom ma poġġewx il-minuti aġġornati fuq il-
website
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu kuntratti għall-bini u tiswijiet ta' toroq f'dik l-inizjattiva tal-Public Private Partnership?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, permezz ta’ Memo 45/2010, bagħat lill-Kunsilli Lokali kollha l-ispecific conditions tal-kuntratt dwar resurfacing ta’ toroq b’sistema ta’ public private partnership.
Bħala parti mill-iskemi ta’ fondi speċjali 2010, din is-sena hemm ukoll fond speċifikament biex jgħin lill dawk il-Kunsilli li jridu jidħlu f’dan it-tip ta’ kuntratt. Għal dan il-għan il-Kunsilli Lokali interessati ġew mitluba jidentifikaw numru ta’ toroq li jridu jiġu inklużi fis-Sejħa u jibgħatuha flimkien ma’ stima minn perit lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Jekk id-Dipartiment japprova, ikun jista’ jipproċedi bil-ħruġ ta’ l-Offerta.
sejħa għall-effiċjenza u enerġija rinnovabbli — ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistenni toħroġ sejħa għall-kunsilli lokali u għall-għaqdiet mhux governattivi b'rabta mal-effiċjenza u l-enerġija rinnovabbli li tiffoka fuq solar water heaters u apparat li jiġġeneraw l-enerġija nadifa? Kemm mistenni jkun il-fond?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-fondi Ewropej li jistgħu jgawdu minnhom il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm diversi fondi tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jgawdu minnhom il-Kunsilli Lokali. Dawn il-fondi kollha għandhom karrateristiċi differenti u wieħed ikun jista’ jibbenifika minn xi fond jekk ikun jissodisfa il-kundizzjonijiet ta’ tali fondi.
Huwa proprju minħabba l-kumplessita tal-applikazzjonijiet ta’ dawn il-fondi, illi l-MEUSAC tgħin lill-Kunsilli Lokali biex jimlew applikazzjonijiet tajba għall-fondi li jkunu jistgħu japplikaw għalihom.
Sadanittant nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt lilu stess għall-Mistoqsija Parlamentari 4825 fit-12 ta’ Jannar 2009, u li fiha l-informazzjoni mitluba.