MEPA — policy għal shooting ranges u bini ta' kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'se tkun il-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambejnt u l-Ippjanar għal dawk li huma shooting rangesu bini ta' kmamar tan-nar? Meta hu mistenni li jiġu ppubblikati dawn il-policies, billi b'mod partikolari għal dawk li huma shooting ranges, din il-policy ilha żmien twil tiġi kkunsidrata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy dwar shooting ranges hija waħda mill-policies li ser inkunu qed nanalizzaw fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
B'referenza ghall-Mistoqsija dwar il-
policy
għall-bini ta' kmamar tan-nar, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5597 u ċioé li l-
policies
relevanti huma
policy
GZ-CMRC-13 fil-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna u NWCM 6 fil-Pjan Lokali ghall-Majjistral ta' Malta. F'każijiet fejn il-
policy
mhix speċifika biżżejjed, wieħed jista’ jislet prinċipji addottati fi pjanijiet lokali oħra kif ukoll mill-gwidi ta'
policies
ġenerali li huma relevanti għas-suġġett. Ta' min isemmi li ma' dan it-tip ta' żvilupp jeżistu wkoll konsiderazzjonijiet importanti relatati ma' saħħa, sigurtà ta' terzi persuni, sigurtà ta' proprjetà fil-viċin kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali u ta' aċċess għas-sit, speċjalment f'każi ta' emerġenza. Malta għandha densita għolja ħafna ta' kmamar tan-nar għad-daqs tat-territorju tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-bajja ramlija fl-inħawi tal-Qawra? Fiex wasal il-proġett għall-bini ta' aquarium fl-istess inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni għall-bajja ramlija fil-Ponta tal-Qawra għadha qed tiġi evalwata minħabba n-numru ta’ interventi li hemm bżonn isiru sabiex jinżamm ir-ramel f’postu. L-ewwel riżultati qed juru li n-numru ta’ strutturi li hemm bżonn huwa aktar milli kien mistenni. Il-MEPA wriet it-tħassib tagħha dwar dawn l-istrutturi kemm mil-lat viżwali / estetiku u kemm mil-lat ambjentali. L-MTA bħalissa qed tevalwa l-options kollha possibli sabiex f’din il-bajja jiżdiedu s-servizzi u l-aċċessibilità.
Il-proġett tal-akkwarjum għaddej mill-proċess tat-
tender
‘
Competitive Dialogue
’. L-MTA qiegħda fl-istadju li tidjaloga mal-kuntratturi li ġew pre-kwalifikati. Il-mument li jingħalaq dan id-djalogu jinħareġ id-dokument finali tat-
tender
. Dan huwa maħsub li jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin. It-tir tal-MTA jibqa’ li dan il-proġett jitlesta sal-aħħar tas-sena 2011.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — numru ta' lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li huma reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar rispettivament? Ta' liema kategorija huma l-lukandi li hemm hekk reġistrati mal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu f'dawn l-inħawi? Kemm hu n-numru ta' sodod li huma reġistrati f'dawn il-lokalitajiet, rispettivament għal kull kategorija ta' lukandi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ lukandi reġistrati ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu u sodod fl-istess lukandi fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma hemmx lukandi fil-lokalità tan-Naxxar.
Billi riċentament tħabbar li nbeda l-proċess li bih se titfassal il-politika nazzjonali dwar l-ambjent, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu dawk l-organizzazzjonijiet lokali li se jkunu involuti fit-tfassil ta' din il-policy? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk hux se ssir ukoll analisi tad-direttivi ambjentali Ewropej kollha b'referenza għal dak li jolqot lil Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-proċess li ser jaddotta l-Gvern fit-tfassil tal-Politikà Nazzjonali dwar l-ambjent, il-Gvern ser jikkonsulta bl-aktar mod wiesgħa ma’ entitajiet, għaqdiet u organizzazzjonijiet li għandhom interess f’dan is-suġġett. Fost dawn żgur ħa jkun hemm l-għaqdiet ambjentali, Kunsilli Lokali u diversi entitajiet tal-Gvern.
Nikkonferma li fil-qafas tat-tfassil ta’ din il-politikà il-Gvern ser iħares lejn id-direttivi ambjentali Ewropej, sabiex jara l-impatt li dawn kellhom u għandhom fuq l-ambjent tagħna.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15945.
Wara li fis-16 ta' Marzu fi programm televiżiv ġie kkonfermat li l-parti tat-Teatru fil-proġett propost minn Renzo Piano għad-daħla tal-Belt Valleta se jiġi jiswa mat-€8 miljun, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed ikun maħsub li jiġu jiswew, separatament, il-partijiet l-oħra li jiffurmaw parti minn dan il-proġett propost jiġifieri kemm se jiswa l-bini mill-ġdid tad-daħla u kemm se jiġi jiswa l-bini propost għall-Parlament il-ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra li ċ-ċifra li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi għal kollox żbaljata. Il-baġitt kumplessiv tal-proġett li jinkludi x-xogħolijiet fuq is-sit tat-teatru l-imwaqqa’, il-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt, il-pont ta’ quddiemu u l-landscaping tal-foss hu ta’ madwar €80 miljun. L-istimi dettaljati tal-partijiet differenti tal-proġett jingħataw fi żmien opportun minħabba li għadu għaddej il-proċess ta’ xiri pubbliku għax-xogħolijiet relattivi.
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx xi studji fuq Tas-Sliema, f'dak li jikkonċerna ambjent, arja, traffiku u l-effetti fuq ir-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta saru? Jekk fin-negattiv, meta għandha ħsieb li dawn ir-rapporti jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tkejjel il-kwalità tal-arja f’Tas-Sliema permezz tal-passive diffusive tubes. Dawn it-tubi ġew installati fi tlett siti differenti f’din il-lokalità, li huma Triq Manwel Dimech, Triq Rudolph u Triq Ġorġ Borg Olivier. Permezz ta’ dawn it-tubi l-MEPA tiġbor il-medja fuq xahar tal-konċentrazzjoni fl-arja tad-dijossidu tal-kubritu (SO2), dijossidu tal-azotu (NO2), benzene u ozone (O3). Ir-riżultati ta’ dan it-tip ta’ monitoraġġ jistgħu jinkisbu mill-pubbliku u fil-fatt is-Sliema Residents Association (SRA) talbet (u ġa ngħatat) din l-informazzjoni.
Il-MEPA topera wkoll stazzjon għall-monitoraġġ tal-arja awtomatiku li tqiegħed l-Imsida biex jieħu kampjun tal-arja minn sit traffikuż fl-agglomerazzjoni li ġiet definita għall-Malta, ’l hekk imsejħa Valletta-Sliema
agglomeration
. Dan l-istazzjon jagħti l-konċentrazzjoni medja siegħa b’siegħa ta’ dijossidu tal-kubrit (SO2), dijossidu tal-azotu (NO2), monossidu tal-karbonju (CO), benzene, ozon (O3), u trab fin kemm tat-tip PM10 kif ukoll tat-tip PM2.5.
Tajjeb li wieħed jinnota wkoll l-istudji li kienu saru bħala parti mill-EIAs għall-proġetti l-kbar ippjanata f’din il-lokalità ukoll jitfgħu ftit dawl fuq il-kwalità tal-arja f’din il-lokalità.
B’referenza għall-mistoqsija dwar l-effetti fuq ir-residenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ma tagħmilx studji li jassessjaw l-effetti tat-tniġġiż fuq is-saħħa tal-bniedem billi dawn huma r-responsabbilità tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li l-gvern għandu dwar il-possibilità ta' bini ta' air strip f'Għawdex, kif ukoll ir-rapporti li l-Gvern għandu dwar liema tip ta' aviation carrier jista' jkun vijabbli li jista' jaħdem għal Għawdex?
Jista' jgħid f'liema stadju ta' evalwazzjoni wasal u/jew intlaħqitx xi tip ta' deċiżjoni min-naħa tal-Gvern dwar air strip u x'tip ta' avjazzjoni tista' tintuża għal Għawdex biex tissaħħaħ l-aċċessibilità?
Jista' jgħid jekk il-gvern f'dan l-istadju għamilx studju soċjo-ekonomiku dwar din il-possibilità? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13538.
General Workers Union u l-Union Ħaddiema Maqgħudin — numru ta' membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-General Workers Union u l-Union Ħaddiema Maqgħudin skont kif rappurtati lir-Reġistratur tat-Trade Unions, fis-settur pubbliku, entitajiet parastatali u awtoritajiet pubbliċi sena b'sena, mis-sena 2000 'l hawn? Jista' jgħid kemm kien hemm disputes ġenerali u individwali li ġew rapportati ħaddiema fis-settur pubbliku/entitajiet parastatali u awtoritajiet għall-istess perjodu msemmi mqassmin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-taqsimiet fi ħdan il-General Workers Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin kif rapportati lir-Reġistratur tat-Trade Unions ma huwiex maqsum kif mitlub fil-mistoqsija. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Ma hemm l-ebda obbligu fil-liġi li tilwima industrijali (
trade dispute
) trid tiġi irrapurtata lid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistgħax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15905 u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex isir proġett għal kontra l-għargħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewg applikazzjonijiet, dik ta' B'Kara - Msida u dik ta' Żabbar - Xagħjra, bħalissa għaddejjin mill-proċess ta' l-Environment Impact Assessment. L-applikazzjoni ta' Żebbug u Qormi qegħda fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika ma' l-entitajiet konċernati.
kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16015 u jgħid kemm hemm kumpaniji li d-dipartiment kkonċernat tax-xogħol waslulu rapporti li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses dovuti lill-ħaddiema reġistrati magħhom? Tista' ġentilment tagħti lista ta’ dawk il-kumpaniji li dwarhom rriżulta li dawn l-ilmenti u allegazzjonijiet huma veritieri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li matul is-sena 2009, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg investiga 348 każ relatati ma kumpaniji li allegatament ma ħallsux il-pagi u l-bonuses fil-ħin. Dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw 185-il kumpanija. Minn dawn ir-rapporti, 133 kienu riżolti amikevolment u 167 kienu mressqa l-qorti. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg għadu qiegħed jinvestiga 48 rapport l-oħra.
Id-diretturi ta’ 47 kumpanija tressqu l-Qorti akkużati li ma ħallsux paga jew
bonuses
skont il-liġi. S’issa ġew misjuba ħatja d-diretturi tas-seba’ kumpaniji li jinstabu hawn taħt:
ALLEGRO ANDANTE LTD.
FAR-FETCHED MEDIA LTD
PRESIDENTIAL HOLDINGS LTD
SCHEMBRI & SONS LTD
G4S SECURITY SERVICES (MALTA) LTD (GROUP 4)
PMN INTERNATIONAL LTD
THE GOLDEN SHEPERD
mekkaniżmu uffiċjali u formali — politika u proġetti nazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid: x'inhuma l-mekkaniżmi uffiċjali u formali biex il-Ministeru għal Għawdex jipparteċipa fit-tfassil ta' kull politika u proġett nazzjonali biex tkun assigurata d-dimensjoni Għawdxija? Meta daħlu fis-seħħ dawn il-mekkaniżmi? X'kienet il-politika u x'kienu l-proġetti nazzjonali li l-Ministeru għal Għawdex ipparteċipa fit-tfassil tagħhom sena sena minn meta ġew introdotti dawn il-mekkaniżmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16026.
Jista' l-Prim Ministru jispjega u jgħid x'inhuma l-funzjonijiet pubbliċi, ir-responsabilitajiet, id-drittijiet, id-doveri kostituzzjonali u statutorji li l-Ministru/Ministeru għal Għawdex għandha/għandu f'dawk l-oqsma li hija/hu responsabbli direttament għalihom? Jista’ jagħtini r-referenza tal-liġijiet relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16027.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex fil-qasam tal-edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jispjega x’inhi: Jista' jispjega u jgħid min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta' kapijiet, għalliema, Kindergarten Assistants, Learning Support Assistants u ħaddiema oħra fl-iskejjel tal-gvern f'Għawdex, min hu responsabbli għal dawn l-impjegati, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward? Min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova xi skejjel għandu jkun hemm f'Għawdex, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward? Min jirrikkmanda, min jistabbilixxi u min japprova x'korsijiet isiru u x'suġġetti jitgħallmu fl-iskejjel tal-gvern f'Għawdex, x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16028.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema korpi statutorji - bħalma huma l-MCESD, l-MEUSAC, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Heritage Malta, il-Wasteserv, l-Awtorità ta' l-Ippjanar, l-Awtorità tat-Trasport, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u il-Fondazzjoni għas-Servizzi tas-Saħħa – hemm rappreżentant tas-soċjetà Għawdxija? Fejn hemm, x’konsultazzjoni saret u ma min dwar il-ħatra tagħhom? X’inhuma l-kriterji għall-għażla ta’ dawn ir-rapprżentanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16029.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew re-instated ħaddiema mal-gvern mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Liema kriterji intużaw? Fejn ġew allokati dawn il-ħaddiema u x'inhuma s-salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta’ Jannar 2008 sa llum ġew re-instated tletin (30) impjegat mal-Gvern. Tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, turi fejn ġew allokati dawn il-ħaddiema u l-iskali tas-salarji rispettivi tagħhom.
Il-kriterji li ntużaw biex jiġi deċiż jekk dawn il-persuni kellhomx jiġu
re-instated
jew le kienu l-istess kriterji elenkati f’sezzjoni 1.6.1.5 tal-
Public Service Management Code
u li jistabbilixxu li:
(i) ir-
re-instatement
qed isir fl-interess tas-Servizz Pubbliku, per eżemplu li l-grad tal-persuna li qed titlob
re-instatement
huwa meħtieġ biex timtela vakanza li tkun qed tirriżulta diffiċli li timtela;
(ii) it-talba qed issir minħabba raġunijiet umanitarji ta’ natura serja;
(iii) fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat tar-Reintegration ma jagħmilx distenzjoni fuq bażi ta’ età, sess u status ta’ l-applikant.
Fil-kundizzjonijiet ta’ l-uffiċjali pubbliċi li ġew
re-instated
huma l-istess kundizzjonijiet stabbiliti fil-
Public Service Management Code
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mal-Private staff
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Prim Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fis-Segretarjat tiegħi hemm 15-il ħaddiem li ġejjin miċ-ċivil u 10 ġejjin minn xi entità governattiva.
Il-grad u minn fejn ġejjin dawk li ġejjin minn entitajiet governattivi huma:-
Assistant Lecturer – University of Malta
Managerial Post – Malta Enterprise
Enforcement Officer – Water Services Corporation
Executive Secretary –
Mimcol
Economics Officers
–
Central Bank
Clerk
–
Housing Authority
Postal Operator – Maltapost
Messenger/Driver
–
MCCA
Chairwoman – Malta Maritime Authority
Driver
–
Occupational, Health and Safety Authority
Fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari tal-Onorevoli Mario De Marco, hemm 7 li ġejjin miċ-ċivil filwaqt li m’hemm ħadd li ġej minn entitajiet governattivi.
Fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari tal-Onorevoli Chris Said, hemm 7 li ġejjin miċ-ċivil u 1 li ġejja minn entità governattiva. Il-grad ta’ din ta’ l-aħħar huwa Skala 7 u ġejja u mill-
Malta Tourism Authority
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet flus iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-somma finali fi flus ta’ kemm swiet iż-żjara tal-Papa għadu kmieni sabiex tingħata peress li għadhom jinġabru l-kontijiet. Biss, kif kien tħabbar numru ta’ ġimgħat ilu, huwa stmat li din iż-żjara se tiswa’ madwar €250,000.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kienu l-awtoritajiet/aġenzija speċifikament resposabbli mis-sigurtà tal-Papa Benedittu XVI matul iż-żjara tiegħu f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Pulizija Maltija, mgħejjuna mill-Forzi Armati ta’ Malta, kienu responsabbli mis-sigurtà tal-Papa waqt iż-żjara tiegħu f’Malta.