Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16184 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jindika jekk sarx liaison mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġi żgurat li l-performance ta' kull segretarju permanenti fil-Ministeri rispettivi jieħu in konsiderazzjoni r-riżultati li jkunu nkisbu mill-green leaders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li waħda mill-performance targets komuni għas-Segretarji Permanenti kollha hija fil-fatt dwar l-implementazzjoni tal-Green Initiatives bil-kollaborazzjoni bejn il-Ministeri rispettivi u l-ko-ordinatur tal-Green Leaders fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Dipartiment tal-Mużewijiet — Katakombi fi Triq tal-Barrani
Question
Peress li fil-bidu tas-snin disgħin waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fit-Triq tal-Barrani kien instab katakombi, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport arkeoloġiku li kien sar mid-Dipartiment tal-Mużewijiet jew is-Superintendent għall-Wirt Kulturali?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Forzi Armati ta' Malta — sportivi u atleti ta' kalibru
Question
Tenut kont li fil-pajjiżi Ewropej hemm rabta intima u tradizzjoni kbira bejn il-membri tal-Forzi Armati u l-isportivi/atleti ta' kalibru tant li, per eżempju, fl-Italja hemm il-kunċett ta' seniority fil-Forzi Armati bażata fuq attività sportiva u skemi biex atleti jiġu arrolati fil-forzi armati a benefiċċu tal-atleti nfushom li jkollhom element ta' security of tenure u l-istat innifsu (national pride, tkattir ta' kuxjenza sportiva eċċ.), jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati li jipparteċipaw fl-iktar avvenimenti sportivi importanti (logħob olimpiku, logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, kompetizzjonijiet tat-tim nazzjonali eċċ.) u xi skemi hemm biex din ir-rabta li hi intima f pajjiżi Ewropej oħra tkun effettiva u b'saħħitha anke f'Malta għall-ġid tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa, m’hemm l-ebda suldat regolari fil-FAM li jirrapreżenta lil Malta fl-Logħob internazzjonali bħal ma huma l-Olimpijadi, il-Logħob tal-Mediterran, il-Logħob tal-Commonwealth u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Madanakollu, jeżisti numru żgħir ta’ suldati li jikkompetu fuq livell nazzjonali f’xi dixxiplini bħal ma huma kick-boxing, trijatlon, futbol, handball, hockey, billjard etc. Huma jingħataw leave speċjali bil-ħlas kull meta jikkompetu għal Malta, kemm barra minn Malta kif ukoll lokalment. Fil-parti l-kbira, il-FAM jappoġġjaw kull inizjattiva li jista’ jtejjeb il-livell ta’ l-isport kemm fil-FAM kif ukoll fil-pajjiż. Fil-fatt, hemm bħalissa atleta fid-dixxiplina tat-trijatlon li wasal viċin li jikkwalifika għall-iskema tal-20/20 u li għandu potenzjal kbir li fil-futur qrib, jonora lill-FAM u lil Malta, u li dan l-atleta jingħata ċans raġjonevoli li jitħarreġ fl-isport tiegħu wkoll waqt il-ħin tax-xogħol. Sadanittant, il-FAM, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-iSport, qegħdin jaħdmu sabiex ifasslu Policy dwar l-iSport fil-FAM u kif din tista’ tiġi estiża għal xi atleti nazzjonali ta’ livell għoli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14952 u 14546 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-għotja ta' tarmac lil Triq Wenzu Dyer, Ħamrun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat mill-Awtorità kkonċernata li għadu għaddej proċess ta’ esproprazzjoni ma’ terzi sabiex ikun jista’ jingħata t-tarmac.
Rigward id-deroga għall-kaċċa tal-gamiem u s-summien f’April 2010, Jista’ l-Prim Ministru jghid:
a) Għaliex il-gvern ma mexiex mar-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat Ornis dwar li l-istaġun jitqassar għal tliet gimgħat, u li n-numru tal-għasafar li jistgħu jinqabdu għandu jkun madwar 34,000? Fuq liema bażi xjentifika mexa l-gvern biex wasal għan-numru ta’ 7,500 għasfur meta d-Direttiva tal-Għasafar tal-Unjoni Ewropeja tgħid li n-numru għandu jkun fl-ordni ta’ 1% tal-mortalità tal-ispeċi? Kif jista’ qatt il-gvern jiġġustifika n-numru tiegħu ta’ 7,500 meta l-Qorti stess iddikjarat li numru akbar ta’ 10,000 fil-ħarifa hu meqjus bħala inkonsiderevoli?
b) Għaliex il-gvern iddiskrimina kontra l-kaċċaturi u għamel id-deroga tapplika għal biss 20% minnhom u b’hekk ċaħħad lill-maġġoranza mid-dritt għall-alternattiva sodisfaċenti; u għaliex ħalla barra wkoll lin-nassaba tal-gamiem u tas-summien?
ċ) Għaliex il-gvern għamel diskriminazzjoni oħra kbira mal-kaċċaturi meta ħadilhom id-dritt li jippratikaw il-kaċċa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi, meta l-gvern jaf li kwalunkwe ċittadin ieħor baqa’ jgawdi d-dritt għar-rikreazzjoni tiegħu kull nhar ta’ Ħadd u fil-Festi Pubbliċi mingħajr ebda xkiel?
d) X’se jagħmel il-gvern biex il-kaċċaturi u n-nassaba jingħataw dak li hu tagħhom, jiġifieri li jkollhom alternattiva sodisfaċenti fir-rebbiegħa, li hu dritt li tathom il-Qorti u li l-gvern ikkomprometta billi beda proċedura ta’ konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropeja, li hi la f’lokha u lanqas neċessarja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jistipola li deroga tista’ tiġi applikata għal qbid ta’ “numru żgħir” b’superviżjoni stretta (“under strictly supervised conditions”). Id-deroga applikata f’din ir-rebbiegħa, inkluż il-ħruġ ta’ 2,500 liċenzja u l-perjodi meta tista’ ssir il-kaċċa, kienet struttura skont dan.
Il-Gvern iqis li l-qbid ta’ 13,071 gamiema u 12,335 summiena fuq perjodu ta’ 3 ġimgħat fir-rebbiegħa huwa fil-limitu tad-direttiva. Fid-9 ta’ April, il-Gvern spjega l-kalkoli tiegħu permezz ta’ stqarrija u li qed nerġa’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Madanakollu, in vista li ma kienx hemm qbil mal-Kummissjoni Ewropea dwar in-numru, il-Gvern iddeċieda li għal din ir-rebbiegħa jmur għal terz sabiex ma jpoġġix lill-pajjiż f’riskju ta’ multi u ma jippreġudikax il-possibilità ta’ deroga fil-futur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-garaxx indikat fuq is-site plan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għaliha hemm ukoll korrispondenza, huwiex proprjeta' tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proprjetà li qegħda ssir referenza għaliha mhix proprjetà ta’ l-Awtorità tad-Djar. Fuq dan is-sit inbena garaxx li ġie mibjugħ f’April 2009.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3423.
Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — investiment għal benefiċċju għar-residenti u turistiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta tikkoordina aktar il-ħidma tagħha mal-kunsilli lokali biex l-investiment li twettaq ikun tal-aħjar benefiċċju għar-residenti u għat-turiżmu in ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu iżżomm laqgħat regolari mal-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti miż-żoni turistiċi. Waqt dawn il-laqgħat jiġu diskussi materji li jikkonċernaw it-turiżmu inkluż investiment li jkun se jsir fil-lokal.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12663.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu proġetti u inizjattivi li jvarjaw minn sistemi ta' enerġija rinnovabbli ta' effiċjenza għolja sa istallazzjoni ta' solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13710.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12663 u 11849, żewġ Kunsilli Lokali biss għandhom impjegati assenjati direttament fuq Proġetti tal-Ewropa.
Dawn huma l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li għandhom uffiċjal impjegata
full-time
u sekondata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali; u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop illi għandhom uffiċjal
part-time
taħt il-proġett ESF.
Fil-każ tal-Belt Valletta, hi l-
policy
tal-gvern li jassisti lill-belt kapitali biex jiksbu proġetti tal-Unjoni Ewropeja.
Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill l-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14845.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Kabinett jirċievi r-rapport dwar il-possibilità li tinbena airstrip f’Għawdex? Meta kien ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Minn min ġie kkummissjonat? Minn min qed jitħejja? X’inhuma t-terms of reference għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex.
Dan ir-rapport tħejja fuq talba tal-Gvern biex jiġi determinat x’tip ta’ xogħol jeġtieġ isir biex il-
heliport
t’Għawdex tinbidel f’
airstrip
lit kun tista’ tilqa’ ajruplani żgħar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali qed jiġu monitored bħalissa? Għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jimmoniterja b’mod dirett lill-Kunsill Lokali tal-Mosta wara li dan il-kunsill kien inħariġlu Avviż Formali, billi uffiċjali mid-Dipartiment jattendu għall-laqgħat tal-Kunsill.
Barra minn hekk, fil-kors normali tax-xogħol tiegħu d-dipartiment, permezz tal-
monitoring unit
tiegħu jagħmel moniteraġġ fuq (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-Balance Sheets tal-Kunsilli Lokali.
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’żieda mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12730, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk il-Kunsilli li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12659 u 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12659 u 11851 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12728 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-iskemi differenti tal-ġbir tal-iskart?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament hemm 2 Skemi approvti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn huma l-kumpanija GreenMt u l-kumpanija GreenPak.