Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15204 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuti fir-riforma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA kien wieħed wiesgħa ħafna. Matul dan il-proċess inġabru l-ħsibijiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet u individwi permezz ta’ laqgħat, freephone u email address dedikati għal dan il-proċess. Ma jirriżultax li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali waslet il-veduti tagħha matul dan il-proċess. Ninsab infurmat li l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed ikollu laqgħat regolari maċ- chairman tal-MEPA. F’dawn il-laqgħat l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jkollha l-opportunità li tqajjem punti relatati mal-operat tal-MEPA inkluż aspetti tar-riforma.
Leg 11 PQ #15208 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

abbozz tad-dokument dwar il-Politika Kulturali Nazzjonali — involviment tas-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kienet involuta l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-abbozz tad-dokument dwar il-Politika Kulturali Nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-abbozz tad-dokument dwar il-Politikà Kulturali hu mmirat biex iservi ta’ bażi soda għal konsultazzjoni mal-entitajiet kollha, fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li se tiġi mistiedna għal laqgħa speċifika li se tindirizza l-kultura u l-iżvilupp reġjonali u lokali. Waqt it-tfassil tal-abbozz, l-kittieba ħadu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp tal-kultura fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll lokali.
Leg 11 PQ #16257 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika liema huma dawk l-entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16505 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — liċenzja għat-turiżmu domestiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni Għawdxin li għandhom liċenzja għat-turiżmu domestiku quddiem l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jista' jagħtu dan it-tagħrif sena b'sena u skont kull lokalità f'Għawdex mill-1999 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed nippreżenta tabella li turi n-numru ta’ liċenzi maħruġa mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta skont kull lokalità f’Għawdex mill-2002 sal-lum. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dritt għall-liċenzja ta’ postijiet għall-btala użati għat-turiżmu domestiku ġie stabbilit fl-Avviż Legali 125 ta’ l-2002 li ġie invigore fil-31 ta’ Mejju 2002. Għalhekk din it-tip ta’ liċenza ma kenetx teżisti qabel is-sena 2002.
Leg 11 PQ #16706 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16844 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji u clerks li talbu li jaqilbu bir-reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet minn segretarji u clerks femminili impjegati ma' kunsilli lokali li talbu li jaqilbu fuq reduced hours wara li kellhom tarbija jew ħarġu pregnant fl-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? F'każ ta' rifjut, kemm minnhom baqgħu jaħdmu u kemm minnhom għażlu li jirriżenjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16936 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16947 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

għajnuna lill-assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Assistenti Parlamentari li ħatar, ġewx mogħtija għajnuna segretarjali u amministrattiva, jew inkella humiex jaħdmu bl-impjegati tal-Ministeru li ġew iddentifikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Assistenti Parlamentari qed jużaw l-assistenza segretarjali u amministrattiva li teżisti fil-Ministeri rispettivi.
Leg 11 PQ #16969 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Order

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17004 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tar-rationalisation

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16778 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tan-rationalisation imsemmi f'mistoqsija parlamentari 16399?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa vast u voluminuż. Dan id-dokument jinsab fuq is-sit http://www.mepa.org.mt/lpg-rationalisationzone. Jekk l-Onorevoli Membru jindikali liema biċċa tar-rapport inkun nista’ nippreżenta l-parti indikat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17031 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Bieb il-Belt — stima

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15838, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ma jistax jagħti indikazzjoni tal-istima għal kull parti u fażi tal-proġett ta' Bieb il-Belt li fuqha l-istess gvern approva l-proġett, meta fuq stazzjon televiżiv perit żvela li l-parti tat-Teatru se tiġi tiswa madwar €8 miljun? B'referenza għall-istess mistoqsija, jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien opportun biex jagħti d-dettalji tal-istima għal kull parti u fażi tal-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-raġuni hi dik indikata fl-aħħar sentenza tar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15838.
Leg 11 PQ #17034 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta' psikologi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16469, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-ingaġġ ta' 12-il psikolgu mill-Ministeru tas-Saħħa? Hemm talbiet simili mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja? F'liema stadju waslu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Capacity Building Exercise tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, qed ikun diskuss bejn il-Management and Personnel Office u l-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm talbiet simili mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja li matul l-aħħar xhur ingaġġa 10 trainee psychologists u bħalissa għaddej bil-proċess għall-ingaġġ ta’ 3 trainee psychologists oħra.
Leg 11 PQ #14934 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turbini tar-riħ — diffikultà għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12961 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif jista' jiġġustifika l-fatt li filwaqt li l-Gvern jgħid li jrid jinkoraġġixxi lill-poplu jinvesti f'turbini tar-riħ, ċittadin jgħaddi minn diffikultà kbira sabiex ikun jista' jġib il-permess ta' turbina żgħira li kulma fiha bħala diametru huwa 180 ċentimetru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta tkun qed tqis applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ f’inħawi residenzjali b’densità ta’ popolazzjoni għolja, il-MEPA tieħu inkonsiderazzjoni li dawn jistgħu faċilment jagħtu lok għal inkonvenjent lill-ġirien permezz ta’ ħsejjes u/jew vibrazzjonijiet. Il-MEPA diġà kellha esperjenza ta’ dan il-fenomenu. Barra minn hekk il-MEPA għandha pariri tekniċi li meta wieħed iqis in-natura tar-riħ fil-gżejjer Maltin kif ukoll it-turbolenza li tinħoloq f’ħafna inħawi residenzjali, l-ammont ta’ elettriku iġġenerat x’aktarx illi jkun żgħir ħafna. Minħabba dawn il-fatturi kif ukoll minħabba l-impatt viżwali kollettiv ta’ dawn l-istrutturi, il-MEPA tirrakkomanda aktar kawtela fir-rigward ta’ installazzjoni ta’ turbini żgħar f’inħawi residenzjali. Ta’ min ifakkar iżda li l-MEPA diġà approvat numru ta’ turbini f’inħawi mhux residenzjali. Il-MEPA wkoll neħħiet il-ħtieġa ta’ applikazzjoni fuq installazzjonijiet ta’ solar water heaters u photovoltaics sakemm ċertu parametri jiġu rispettati. Fil-każ tas- solar water heaters huwa ppruvat xjentifikament illi jekk ikunu installati b’mod professjonali, dawn jagħmlu differenza kbira fil-konsum ta’ l-elettriku.
Leg 11 PQ #14935 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Rafel Caruana Dingli - munzelli ta' torba

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti parir lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jibgħat lil xi kuntrattur ineħħi munzelli ta' torba li nġabru u li qed jiġmgħu l-ħmieġ magħhom, apparti l-inkonvinjent li din l-istess torba qed toħloq lin-nies tal-akwata, liema munzell ta' torba jinsab fi Triq Rafel Caruana Dingli, kantuniera ma' Triq Karlu Darmanin fil-Mosta? Jista' jgħid kemm idum il-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jaġixxi fuq il-pariri li jkun ta l-Prim Ministru f'termini ta' ġranet, ġimgħat jew xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-area in kwistjoni tiġi bejn Triq Dun Anġ Dingli kantuniera ma’ Triq Karlu Darmanin. Din il-parti tat-triq għadha qatt ma ġiet asfaltata u b’hekk ġie iffurmat it-terrapien. Għaldaqstant qed nirreferi dan il-każ lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex isegwih. Dwar il-ħmieġ li nġemgħa ma’ dan it-terrapien, ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħa l-passi neċessarji biex dan il-ħmieġ jitneħħa.
Leg 11 PQ #15759 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

dawl minn ħdejn ir-roundabout tan-Naxxar sas-Salina

Question

Jista' l-Prim Ministru jara, flimkien mal-Korporazzjon Enemalta, jekk hux possibbli li t-triq li minn ħdejn ir-roundabout tan-Naxxar/Iklin sal-ħruġ ta' din l-istess triq għall-coast road ħdejn is-Salina, tiġi mixgħula kollha billi jiżdied id-dawl kull fejn hu nieqes?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat mill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11359.
Leg 11 PQ #16498 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex: MEPA — prevetting tal-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Għawdex ġietx addottata diġà s-sistema tal-prevetting tal-applikazzjonijiet bħala parti mill-proċess tar-riforma tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġiet addottata l-ebda forma ta' pre-vetting kif qiegħed jiġi riferut u li l-vetting fl-uffiċċju t'Għawdex u dak ta' Malta isir skont iċ-ċirkolari PA 8/02.
Leg 11 PQ #16580 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa power station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni mmedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16602 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediterranean Conference Centre — multi functional theatre

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16149 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'costings għamel il-gvern dwar il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre f'multi functional theatre kif ikkonfermat miċ-Chairman mal-istess Mediterranean Conference Centre? Meta l-persuna, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġie nkarigat mill-gvern skont il-Prim Ministru sa minn sena ilu biex jara kif jista' jsir il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre, ingħata xi indikazzjoni baġitarja dwar dan kif jidher li sar lil Renzo Piano fir-rigward tat-teatru l-antik u l-Parlament il-ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 16033 u 16582. Kif joħroġ mill-korrispondenza li ppublikajt f’dawn ir-risposti, il-Gvern ikkummisjona lill-kumpanija RHWL Architects sabiex ilestu proposta biex Dar il-Mediterran jiġi trasformat f’teatru li fih jistgħu isiru rappreżentazzjoni mużikali ta’ l-għola livell. Bħala parti mill-proposta, RHWL Architects iridu jagħtu stima ta’ l-ispiża għal din il-konverżjoni. Il-Gvern ma tax indikazzjoni baġitarja lil RHWL Architects għax huma proprju kumpaniji esperti bħal RHWL Architects li jistgħu jagħmlu tali stimi.
Leg 11 PQ #16631 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarzna — post alternattiv għal monument

Question

Peress li t-Tarzna issa se tgħaddi f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Prim Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt qadi ta' dmirijiethom fit-Tarzna li jinsab fid-daħla tat-Tarzna Għajn Dwieli, jitpoġġa u jiġi inkorporat fl-area ta' Dock 1 f'Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern diġà kellu diskussjonijiet interni dwar dan is-suġġett.