Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17018 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15438 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mis-sena 2008 sal-lum jekk kienx hemm allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali? X'kien il-każ? X'passi ittieħdu ? F'liema kunsill sar il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #15441 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15442 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

abbuż mill-arma ta' Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-parametri stipulati mis-segretarjat parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali dwar l-użu ta’ l-arma ta’ Malta bl-isem tas-segretarjat parlamentari koncernat taħtha f’publiċità u stampar ta’ kuntratturi privati? Kemm-il darba minn Frar 2009 sa Frar 2010 ingħata permess lil terzi biex jużaw l-arma ta’ Malta u x’passi ttieħdu fil-kas li din intużat abbużivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arma ta’ Malta bl-isem tas-Segretarjat Parlamentari konċernat taħtha tintuża biss fuq materjal li jippromwovi attivitajiet organizzati mis-Segretarjat jew minn Kunsilli Lokali u għaqdiet oħrajn f’kollaborazzjoni mal-istess Segretarjat. Is-Segretarjat ma jaf bl-ebda każ fejn l-arma ta’ Malta bl-isem tas-Segretarjat Parlamentari ntużat b’mod abbużiv.
Leg 11 PQ #16715 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16815 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Xogħol fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol li għandu jsir f'San Pawl il-Baħar, minn ħdejn l-iskola primarja tal-gvern sa ħdejn il-Gillieru jinbeda kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16816 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' ċimiterji jew estenzjonijiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16818 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Applikazzjonijiet għall-krematorji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħtif dwar in-numru ta' talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' krematorji? Fejn huma l-lokalitajiet fejn hemm tali talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16830 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dixxiplina tal-impjegati fil-Qasam tal-Edukazzjoni f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru huwa responsabbli mid-dixxiplina tal-impjegati fil-qasam tal-Edukazzjoni f’Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għal Għawdex huwa responsabbli mid-dixxiplina tal-uffiċjali pubbliċi li jaħdmu fil-qasam edukattiv f’Għawdex.
Leg 11 PQ #16853 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq stallazzjoni ta' lift f'appartament

Question

B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħaw it-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16854 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt tal-estensjoni tal-Powerstation

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-involviment li allegatament kellu r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, in konnessjoni mal-proċess li eventwalment wassal għall-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara lill-BWSC, partikolarment in vista tat-taħditiet li kienu saru bejnu u bejn ir-rappreżentanti tas-socjetà Bateman? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li rċieva l-uffiċjal indikat in konnessjoni ma' dan il-każ, il-korrispondenza (li tinkludi emails u kull xorta oħra ta' komunikazzjoni in skritt) li ħarġet mill-uffiċċju tar-Rappreżent Parlamentari ta' Malta fl-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' dan il-każ u l-korrispondenza li għaddiet bejn dan l-uffiċjal u l-Ministeru tiegħek, jew xi Ministeru ieħor dwar dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposta li ta l-Viċi l-Prim Ministru Tonio Borg għall-Mistoqsija Parlamentari 16855.
Leg 11 PQ #16973 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16459, 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16975 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16460 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15660, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-pompa tal-petrol li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17005 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17007 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rationalisation exercise — skema ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16777 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tan-nationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17011 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17013 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17040 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

maternity u parental leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16799 u 15931 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna bbenefikat minn maternity leave u parental leave separatament matul l-2009? F'każ ta' parental leave kemm kienu rġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li 593 persuna bbenefikaw minn maternity leave u 781 mara u 25 raġel ibbenefikaw minn parental leave fis-Servizz Pubbliku matul l-2009.
Leg 11 PQ #17049 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — Avveniment World Strongest Man

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-kontirbuzzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għall-avveniment tal-World Strongest Man li sar f'Malta f'Settembru/Ottubru 2009? Min kienu l-organizzaturi lokali involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17059 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki u Kunsillieri — safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm safar ta' sindki u kunsilliera ta' kull kunsill lokali f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jista' jgħid x'kien l-iskop tas-safra, fejn kienet u kemm damu? Xi klassi kienu l-biljetti tal-ajru? X'kienet in-nefqa tal-biljetti tal-ajru, lukandi, trasport ieħor u allowances oħrajn għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.