Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bordijiet Publiċi — Nisa u rġiel appuntati membri mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ nisa u rġiel appuntati membri mill-Gvern fuq Bordijiet Publiċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħala membri appuntati mill-Gvern fuq l-Bordijiet Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 35% Nisa u 65 % Rġiel.

L.S. 452.125

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn nisa u rġiel li bbenefikaw mill-provvedimenti differenti li introduċiet il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.125, Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, minn mindu daħlet fis-seħħ f’Awwissu tal-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm persuna waħda biss fis-Segretarjat tiegħi li taħdem part-time.

Video — Direct Order

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19805, li fiha l-Prim Ministru qal li l-kumpaniji ntgħażlu “fuq meriti artistiċi”, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-kumpaniji kummerċjali ntgħażlu b’direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li kif diġa weġibt, il-kumpaniji li ħadmuh intagħzlu fuq merti artistiċi skont il-Public Procurement Regualations.

Bordijiet Publiċi — Chairpersons appuntati mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ nisa u rġiel appuntati bħala Chairpersons mill-Gvern fuq Bordijiet Pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħala Chairpersons appunatati mill-Gvern fuq l-Bordijiet Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 31% Nisa u 69% Rġiel.

MCCAA — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14747, 15894, 19204 u 19891, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx sejħa għall-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk saret, jista’ jgħid: i. meta saret; ii. kienx hemm applikanti u jekk kien hemm, kemm kien hemm; iii. x’inhu l-istatus attwali; u iv. x’qed iżomm milli jinħatar id-Direttur Ġenerali tenut kont li għaddew aktar minn disa’ xhur minn meta ġiet vakanti din il-kariga ta’ ċertu importanza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet fetħet fl-24 ta’ Awwissu 2023 u għalqet fis-7 ta’ Settembru 2023 u l-proċess mistenni jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20715, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti break down tal-ispiża ta' €615,844.54, u f'kull każ jgħid fiex kien jikkonsisti kull parti tax-xogħol, min għamel ix-xogħol u kull parti minn dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotation, tender jew mod ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x- xogħol ta’ konservazzjoni u preservazzjoni taż-żewġ swali prinċipali; dawk tas-sala tal-Ambaxxaturi u dik tal-Kabinett sewa total ta’ €368,596.17. Filwaqt li xogħol ieħor li sar fl-ewwel sular kien jammonta għal €189,861.89 u fit-tieni sular kien ta' €57,386.48.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Petty cash - Infiq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20716, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti break down tal-ispiża ta' €7,627.94 u fiex kienet tikkonsisti bl-ammonti għal tipi ta' servizzi/items differenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nnsab infurmat kif ġej: 2022 2023 2024 Ospitalità €1,744.38 €2,068.24 €2,022.20 Transport €25.00 €46.70 €98.40 Office Services €467.57 €661.63 €493.76 Total €2,236.95 €2,776.57 €2,614.42

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517 u 20763 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Persuni barranin li għandhom permessi tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid bħalissa kemm hemm persuni barranin li għandhom permess tax-xogħol biex jaħdmu għal aktar minn sena (rinnovabbli)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21109, 21110, 21111 u 21653 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal rispettivament u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni mhumiex intitolati għas-sick leave bi ħlas. Id-dritt tas-sick leave huwa stipulat f’diversi regolamenti li jirregolaw diversi setturi u l-intitolament tas-sick leave ivarja skond is-settur. Il-Gvern huwa konoxxenti tad-diskrepanzi f’dan ir-rigward. Infatti, waħda mill-miżuri fil-manifest elettorali, li sar il-programm tal-Gvern, hija li dawn l-istess regolamenti jiġu riveduti u armonizzati. Ix-xogħol fuq din il-miżura diġa beda. F’din il-leġiżlatura, inħatar kumitat ta' esperti biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex jiġu riveduti dawn il-liġijiet biex tinħoloq uniformita' u jitneħħew l-anomaliji li jeżistu.

Segretarji Permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-iskali tas-segretarji permanenti fi ħdan kull Ministeru u x’allowances/perkaċċi għandhom? Jista’ jgħid ukoll xi tkun il-pensjoni tagħhom u jekk humiex intitolati għall-pensjoni hekk imsejħa tat-Teżor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li s-Segretarji Permanenti huma appuntati bil-Kostituzzjpni u l-iskali tas-salarju tagħhom huma kif elenkat fl’Estimi Finanzjarji Pubblikati kull Sena. Il-pakkett finanzarju jinkludi allowances marbuta ma performance, ma’ proġetti, taħriġ, class u expense, komminikazzjoni u responsabbilta, kif jimmeritaw l-għola pozizzjonijiet fis-Servizz Pubbliku. Il-pożizzjoni tibbenfika minn pensjoni tas-servizz skond Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Cap 93).

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-2022 sal-lum ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret da parti tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u d-dati meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk matul dan iż-żmien il-Kunsill ġiex mitlub a tenur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Konsumatur, Kap. 378 biex jagħmel xi studju jew riċerka u jekk iva, x’ kien is-suġġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamel għoxrin laqgħa mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari. Id-dati ta’ meta saru dawn il-laqgħat huma: 18.01.2023; 15.03.2023; 19.04.2023; 24.05.2023; 14.06.2023; 26.07.2023; 25.08.2023; 15.09.2023; 13.10.2023; 10.11.2023; 07.12.2023; 19.01.2024; 16.02.2024; 22.03.2024; 19.04.2024; 17.05.2024; 21.06.2024; 25.07.2024; 20.08.2024; 05.09.2024. Dawn il-laqgħat isiru skont kif jipprovdi Artiklu 6 (2) ta’ Kap 378. Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma ġiex mitlub biex jagħmel studju jew riċerka.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Regoli ta’ prattika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk s’issa sarux xi regoli ta’ prattika da parti tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għal Għaqdiet ta’ Konsumaturi reġistrati mal-istess Kunsill? Jista’ jgħid ukoll x’ħidma qed issir mill-istess Kunsill biex jissorvelja u jgħin l-Għaqdiet tal-Konsumaturi reġistrati mal-istess Kunsill?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Association for Consumer Rights hija l-unika Għaqda tal-Konsumaturi Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jivverifika illi l-għaqda tissodisfa r-rekwiżiti elenkati f’artiklu 28 ta’ Kap 378.

Abbozz ta’ liġi — Konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li l-Gvern attwalment qed isegwi biex jiddeċiedi jekk għandhiex issir konsultazzjoni pubblika dwar xi abbozz ta’ liġi qabel ma l-istess abbozz jitressaq quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti?

Response (ABELA, ROBERT)

Sakemm il-bżonn li ssir konsultazzjoni pubblika ma tkunx mandatorja bil-liġi, il-Gvern jeżerċita l-prerogattiva tiegħu dwar materji li jinħarġu għall-konsultazzjoni pubblika. Dan ma japplikax biss għal abbozzi ta’ liġi iżda jgħodd ukoll f’każ ta’ politiki u strateġiji nazzjonali, fost oħrajn. Meta abbozz ta’ liġi jitressaq quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti jerġa’ jkun hemm konsultazzjoni dwaru fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi. Il-programm elettorali tal-Gvern jinkludi miżuri favur it-tisħiħ tal-konsultazzjoni pubblika.

Settur Pubbliku — Code of Ethics for Employees in the Public Sector

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn inġibdet l-attenzjoni ta’ CEOs u/jew uffiċjali li għandhom karigi għolja fis-settur pubbliku, li l-imġieba tagħhom ma kenitx kompatibbli mal-Code of Ethics for Employees in the Public Sector? Jekk iva, jista’ jgħid lil kemm persuni nġibdet l-attenzjoni u dwar liema raġuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm dawn it-tip ta każijiet.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.