Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri tas-Saħħa — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fiċ-ċentri tas-saħħa? Min huma skont iċ-ċentru tas-saħħa? Kemm saru risk assessments f'kull ċentru tas-saħħa? F'liema oqsma ta' xogħol saru risk assessments f'kull ċentru tas-saħħa? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed skont kull ċentru tas-saħħa? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol skont kull ċentru tas-saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-kaz taċ-Ċentri tas-saħħa, ir-rwol ta' health and safety officer huwa moqdi minn Health and Safety Coordinator, li qed jaġixxi għan-nom tas-Senior General Practitioner. li huwa l-persuna responsabbli miċ-Ċentri tas-Saħħa.għal dak li għandu x'jaqsam id-day to day running. Dan il-Health and Safety Coordinator huwa nkarigat mit-twettiq tal-eżerċizzju tal-evalwar tar-riskju, li sar bil-parteċipazzjoni sħiħa tal- Workers Health and Safety Representatives. F'dan l-eżerċizzju hemm ukoll l-involviment sħiħ tal-ħaddiema. Dan sar fil-każ taċ-Ċentri tas-Saħħa kollha. Qabel twettqu r-risk assessments, kemm il-Health and Safety Coordinator, kif ukoll il-Workers Health and Safety Representatives ingħataw taħriġ kif għandu jsir dan l-eżerċizzju. L-aħħar eżerċizzju sar f'Jannar 2011, iżda r-risk assessment huwa proċess kontinwu li jista’ jitbiddel jekk jitbiddlu ċ-ċirkustanzi jew jinqalgħu riskji ġodda. Fil-preżent għaddej il-proċess biex jinħatru Health and Safety Co-ordinator u żewġ health and safety representatives ġodda.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar id-dipartiment tad-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jgħid: [a] kemm hija l-medja ta' stennija ta' appuntamenti new cases fid-dipartiment tad-dijabete fl-Isptar Mater Dei; [b] kemm huwa n-numru ta' pazjenti li qed jistennew appuntament għas-sena 2012 fl-istess dipartiment; u [ċ] meta huwa l-aħħar appuntament li ngħata, jiġifieri għal liema data?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-informazzjoni miġbura fit-22 ta’ Diċembru 2011, mill-booking system tal-Out-patient Module tal-Patient Administration System, l-medja ta' stennija ta' appuntamenti New Cases fid-Dipartiment tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei hija ta’ 160 ġurnata. In-numru ta' pazjenti li qed jistennew appuntament għas-sena 2012 fl-istess dipartiment huwa ta’ 829. L-aħħar appuntament li ngħata huwa għat-12 ta’ Lulju 2012.

Sptar Boffa — provista ta' ilma sħun fil-wards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-limitazzjonijiet sabiex ikun hemm provista ta' ilma sħun fil-wards tal-Isptar Boffa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li m’hemm l-ebda limitazzjonijiet sabiex ikun hemm ilma sħun fil-wards tal-Isptar Boffa. Ninsab infurmat li kien hemm xi ħsara u din ġiet irranġata.

Sala CAPD — affarijiet out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom affarijiet out of stock is-sala CAPD matul l-ewwel 10 xhur tas-sena 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sala tal-Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis (CAPD) fl-ewwel 10 xhur tas-sena qatt ma kellhom affarijiet out of stock. Li ġara hu li minħabba batch recall minn kumpanija ewlenija, 8 affarijiet li jintużaw fis-sala CAPD kellhom jitwaqqfu milli jintużaw. Madankollu, b’aġġustamenti li saru u b’sistemi oħra ta’ trattament dan it-trattament baqa’ jingħata lil-100 pazjent li jużaw dan is-servizz.

Appuntament għall-MRI

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandu appuntament għall-MRI fil-25 ta' April, 2012, jingħata appuntament aktar viċin peress li għandu bżonn imminenti biex issirlu l-MRI?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-appuntamenti tal-MRI huma eżaminati mill-konsulenti radjoloġisti skont l-indikazzjoni klinika. Jekk it-tabib li irrefera lill-pazjent jidhirlu li huwa wieħed urġenti, jista’ jikkonsulta mal-konsulent radjologu sabiex jingħata appuntament fil-viċin.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30889 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

National Environmental Health Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Environmental Health Action Plan? Jista' jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-pjan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li n- National Environment and Health Action Plan attwali jkopri l-perjodu tas-snin 2006 sal-2010. Ħafna mill-azzjonijiet indikati f’dan il-pjan ġew fil-fatt imwettqa f’dan iż-żmien. Fil preżent qed isir xogħol fejn qed jiġi evalwat il pjan attwali u jiġi imfassal pjan ġdid li jkun jinkludi fih il-principji elenkati fid-Dikjarazzjoni li ġiet iffirmata f’Parma is-sena l-oħra. Bħalissa għadhom għaddejin konsultazzjponijiet internazzjonali fuq pjan ta’ azzjoni komuni.

Qtar tal-Għajnejn Betaxolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu in stock il-qtar tal-għajnejn Betaxolol għall-Glaucoma?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement and Supplies (Taqsima tas-Saħħa) ordna stock għas-sitt xhur li ġejin fl-14 ta’ Dicembru 2011 u għandha 28 ġurnata sabiex tasal il-kunsinna. Għaldaqstant qed isiru sforzi minn naħa tad-dipartiment sabiex parti mill-kunsinna tasal qabel iż-żmien stipulat.

djar tal-anzjani li jieħdu usables mir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Peress li dawk id-djar tax-xjuħ privati li jospitaw fihom anzjani magħżulin mill-gvern, jieħdu stokk ta' usables mir-Residenza San Vinċenz de Paul, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani f'kull stabbiliment privat, kemm jiswa lill-gvern kull anzjan,kemm hu l-valur tal-istokk ta' usables li jingħata lil kull sptar privat kull sena u x'inhuma dawn il-usables?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ħaddiem fil-grad ta' porter

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-impjegat, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li tħalla fl-istess grad ta' porter sa mill-1981 u qatt ma ngħatatlu promozzjoni fuq il-post tax-xogħol minkejja li ta s-servizz tiegħu għal dawn is-snin kollha fl-istess dipartiment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li m’hemm l-ebda promozzjoni awtomatika marbuta mal-grad ta’ porter. Madankollu l-uffiċjal għandu dritt japplika għal kull sejħa li jista’ jkun eliġibbli għaliha fosthom fil-postijiet kollha fil-gradi ndustrijali fi Grupp IV.

Residenza San Vincenz de Paul — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fir-Residenza San Vinċenż de Paul? Min huma? Kemm saru risk assessments fir-residenza? Ta' liema areas ta' xoghol saru dawn ir-risk assessments?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni li jbatu mill-Polymyalgia Rheumatica — pilloli Lyrica

Question

Peress li persuni li jbatu minn Polymyalgia Rheumatica jkollhom jieħdu pilloli bħal Lyrica li waħedha tiswa €117 fix-xahar, apparti mediċini oħrajn li jkunu jeħtieġu jieħdu, peress li dawn il-mediċini jistgħu jiswew mal-€150 fix-xahar u partikolarment għall-pensjonanti dan l-ammont ħafna drabi jirrappreżenta parti sostanzjali mill-pensjoni tagħhom minħabba li dawn il-mediċini mhumiex fuq il-karta r-roza, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna s-sofferenti tal-Polymyalgia Rheumatica għandhom drtitt għaliha biex jittaffilhom dan il-piż finanzjarju akut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mediċini li huma fil-Formularju tal-Gvern u li ma jittieħdux bil-kartuna r-roża, jistgħu jittieħdu fuq il-kartuna s-safra jekk il-kundizzjoni li jkollhom taqa’ taħt l-Att tas-Sigurta’ Soċjali. Polymyalgia Rheumatica mhux waħda mill-kundizzjoniet kroniċi mniżżla fl-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Artiklu 23.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health and safety officers fl-Isptar Mater Dei? Min huma? Kemm hemm risk assessments in place? Għal liema qasam ta' xogħol? Kemm fadal risk assessments xi jsiru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemmd Health & Safety Officer wiehed fl-Isptar Mater Dei fil-grad ta’ Senior Inspector (Health and Safety). Sal-lum ġew evalwati r-riskji f’Area 1 u 2 tad-Dipartiment tal-Emerġenza, fis-Central Delivery Suite u fis-sezzsjonijiet diversi tal-Medical Imaging Department – fil-każ tal-aħhar attivita’, l-eżerċizzju ta’ risk assessment sar b’konnessjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni skont l-Avviż Legali 44/2003. Qed ikompli l-eżerċizzju tal-evalwar tar-riskji assoċjat ma’ kull attivita’ ta’ xogħol li ssir fl-isptar.

Sptar Sir Paul Boffa — informazzjoni dwar risk assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Sir Paul Boffa? Min huma? Kemm saru risk assessments? Ta' liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm Health & Safety Officer wieħed ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa u li dan għandu grad ta’ Senior Inspector (Health and Safety). Sal-lum gew evalwati ir-riskji assoċjati mal-istores ta’ kull sezzjoni, riskji ta’ nar, u riskji assoċjati mal-użu ta’ radjoterapija – fil-każ tal-aħħar attivita, l-eżercizzju ta’ risk assessment sar b’konnessjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni skont l-Avviż Legali 44/2003. Beda x-xogħol tal-evalwar tar-riskji assoċjat ma’ kull attivita’ ta’ xogħol li ssir fl-isptar.

Sptar Karen Grech — health & safety officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Karen Grech? Min huma? Kemm saru risk assessments? Ta' liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — informazzjoni dwar risk assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Monte Carmeli? Min huma? Kemm saru risk assessments? F'liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-iSptar Monte Carmeli m’għandu l-ebda Health and Safety Officer skont il-kwalifiki mitluba minn dan il-grad, iżda hemm Workers’ Health & Safety Representative, kif ukoll Fire Safety Officer. S’issa saru numru ta’ risk assessments li jinkludu: 1. Fire Risk Assessment 2. Clinical Risk Assessment 3. Risk Assessment fuq Sala Partikolari 4. Community Services Risk Assessment 5. Risk Assessment f’Dipartiment Partikolari 6. Electrical Installations Risk Assessment f’zewgt iswali partikolari Ir- risk assessments imsemmija hawn fuq, li jinkludu assessments ta’ riskji kemm ta’ natura klinika kif ukoll riskji oħrajn, ikopru l-oqsma l-aktar kritiċi tal-isptar, kemm dawk kliniċi kif ukoll tas- support services . Dawn ir- risk assessments saru bil-parteċipazzjoni tal-ħaddiema nfushom. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwar ta’ riskji ta’ attivitajiet oħra ta’ xogħol.

Imtarfa Home — Servizz ta' tindif

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tat-tindif fl-Imtarfa Home, hux provdut mill-privat? Nitlob lill-Ministru jghid kemm hemm cleaners impjegati tal-Gvern li jservu fl-istess residenza msemmija? Nitlob lill-Ministru jghid kemm hu l-ammont tal-impjegati mqabbda mill-kuntrattur? Kemm qed jaħdmu sigħat kull wieħed u b'liema rata qed jitħallsu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-tindif fid-Dar tal-Imtarfa isir kemm mill-impjegati tal-Gvern kif ukoll minn impjegati tal-Kuntrattur. Bħalissa hemm 4 impjegati tal-Gvern f’din id-Dar li jgħamlu t-tindif waqt li hemm ukoll 7.05 whole time equivalent ta’ mpjegati mill-kuntrattur li jgħamlu dan ix-xogħol. L-impjegati ma jkunux dejjem l-istess minnħabba li d-Dipartiment jitlob l-ammont ta’ siegħat li għandu bżonn lill-kuntrattur u mhux in-numru ta’ mpjegati. Il-Gvern iħallas il-kuntrattur ir-rata ta’ Euro 5.76 għall-kull siegħa li tinħadem.

persuna li tbati bid-dimensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna bid-demensja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet ma' persuni li ma jbatux bid-demensja fil-ward MT3, meta hemm swali apposta għalihom fir-Residenza San Vincenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.