Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — ħlas lil ditta ta' awdituri

Question

Jista' l-Minisstru jgħid kemm tħallset id-ditta tal-awdituri PWC mill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizzi tagħha sena b’sena mis-sena 2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-awdituri tal-Korporazzjoni Enemalta tħallsu kif ġej: 2008 € 52,831 2009 € 791,467 2010 € 340,149 2011 € 498,064 ___________ Total € 1,682,511 ____________

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33418.

Air Malta — external calls għal xi vacancies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħarġet external calls għal xi vacancies partikolari? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kategorija u x'inhi r-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li tagħmel external call meta l-kumpanija tinsab f'proċess li bih qiegħda tnaqqas l-impjegati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta hija entità kummerċjali, u informazzjoni bħal din ma tiġix ippublikata minħabba kunfidenzjalità.

Kuntratt taċ-Chairman il-Ġdid tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta flimkien mad-dettalji sħaħ dwar il-pakkett finanzjarju u inċentivi oħrajn li ġew offruti lilu? Ir-rwol tiegħu hu wieħed eżekuttiv, jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33366.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33202.

Air Malta — self

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kellux iżid id-dejn pubbliku sabiex jagħti self fl-2011 u fl-2012 lill-Air Malta? F'każ li tweġiba hi fl-affermativ, b'kemm żdied id-dejn pubbliku fl-2011 u fl-2012 għal dan l-għan? Taħt u b'liema kundizzjonijiet ingħata dan is-self?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

estensjoni tal-power station — ħażna għall-heavy fuel oil

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-estensjoni tal-power station għandhiex sistema ta' storage li taħżen il-heavy fuel oil? B'liema sistema qed issir din il-ħażna fl-istorage facility tal-estensjoni u kif qed jinġarr il-heavy fuel oil mill-vapur għall-istorage facility tal-estensjoni? Qed tintuża s-sistema konvenzjonali ta' pipeline mill-moll għal ġewwa l-estensjoni? Jekk le, għaliex? Kemm qed tiswa kuljum is-sistema li qed tintuża bħalissa u għaliex qed tintuża din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Low Sulphur Fuel Oil se jkun pprovdut permezz ta’ sistema ta’ pipelines li inbnew apposta biex jikkonnettjaw l-estensjoni ta’ Delimara mat-tankijiet tal-ħażna eżistenti. Il-Fjuwil se jinġieb minn fuq it-tankers direttament lejn it-tankijiet tal-ħażna permezz tal-pipelines eżistenti. Din is-sistema hija waħda li l-Enemalta ilha tuża għal numru ta’ snin biex b’hekk tħaddem l-impjant eżistenti ta’ Delimara. Kien hemm ukoll arranġament temporanju li jipprovdi l-fjuwil tal-kwalità meħtieġa għall-magni diesel minn fuq barkun. Dan l-arranġament temporanju issa waqaf għax il-fjuwil tal-kwalità meħtieġa qed jiġi trasferit direttament lejn it-tankijiet tal-ħażna. L-ispiża għall-kiri tal-barkun kienet dik ta’ €6,000 kull jum flimkien ma' € 7 għal kull tunnellata ta' fjuwil trasferit.

Air Malta — każ ta' allegat serq ta' mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-każ li fih ajruplan tal-Air Malta kellu jittardja t-tluq tiegħu minħabba każ ta' allegat serq ta' mobile phone? Min ta l-ordni biex l-ajruplan jitwaqqaf milli jitlaq? Kemm swiet lill-Air Malta din id-deċiżjoni? Kemm kien hemm każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni simili fil-passat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

L-Imġarr — car park tat-terminal - spazji ta' parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm spazji ta’ parkeġġ hemm fil-car park tat-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispazji huma riservati u għal min huma riservati? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta’ spazji riservati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-parkeġġ tal-Imġarr hemm 141 postijiet tal-vetturi u 6 tal-muturi. Min dawn: 5 huma riservati għal persuni b'diżabilità. 7 huma riservati għal-Management tal-Gozo Channel u 6 huma mikrija lil car hire companies li għandhom facilitajiet ġewwa t-terminal tal-Imġarr.

nefqa żejda

Question

Jista' l-Ministru jippubblika fiex marret in-nefqa żejda fl-ewwel xhur tas-sena u jipprovdi dokumentazzjoni li tixhed dan il-fatt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-baġit tal-Gvern isir għal sena sħiħa, inkluż il-miri ta’ dħul u nefqa kif ukoll dik tad-defiċit.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32873 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32873.

SR Technics — pjanijiet għall-espansjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjanijiet għall-espansjoni ta' SR Technics? Jista' jgħid jekk hux bi ħsiebu li jżomm il-ftehim li għandu mal-Malta International Airport għal kiri tal-art li fuqha kellha tkun ibbażata SR Technics?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-SR Technics qed tesplora l-potenzjal ta' espansjoni ġewwa Safi Aviation Park minn fejn din il-kumpannija diġa' qed tiġġestixxi l-operat tagħha. Dan minħabba l-infrastruttura avvanzata illi diġa' teżisti ġewwa dan il-park ta' l-avjazzjoni u anki minħabba titjib infrastrutturali ieħor illi ser jibda' jitwettaq fix-xhur li ġejjin. Naturalment, il-kirja illi għandha l-Malta Industrial Parks Ltd mingħand l-MIA hija direttament marbuta ma' l-iżvilupp ta' l-SRT ġewwa Park 4.

Kunsilli Lokali — ħlas ta' taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown kemm ħalsu taxxa tal-VAT f'ċifra ta' flus globali l-kunsilli lokali kollha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kunsilli lokali m’għandhomx obbligu li jirreġistraw għall-VAT u għaldaqstant mhumiex obbligati li jiċċarġjaw u jiġbru VAT sakemm dan ma jkunx marbut ma’ attività ekonomika kif preskritt fil-liġi tal-VAT.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Żejtun - Triq San Girgor - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li ħsara li ilha magħrufa mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq San Girgor kantuniera ma' Triq San Piju X ż-Żejtun quddiem ħanut tal-fjuri tiġi solvuta minħabba li l-ilma qed joħroġ minn taħt it-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, leakage ta’ ilma ma kienx hemm. Kien hemm suspett ta’ ħsara taħt it-triq li ġiet imsewwija, din ma kinitx qed taffettwa l-ebda residenza.

Awtoritajiet finanzjarji Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu, jekk ħadu l-awtoritajiet finanzjarji Maltin biex jipproteġju l-isem ta' Malta fl-investigazzjonijiet li għaddejin l-Italja dwar kif sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtu €15-il miljun minnhom lejn Malta permezz ta' Periplo SA u l-Bank of Valletta għall-kummerċ bejn SIB Laboratories Ltd u r-Russian Acadamy of Science suppost għall-akwist tal-patents fin-nanotechnology u jirriżulta li ftit minnhom biss intużaw għalhekk u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Finance Intellegence Analysis Unit (Malta) hija prekluża bil-liġi milli tipprovdi dettalji dwar każijiet li jkunu qed jiġu analizzati mill-istess FIAU jew dwar rapporti li jkunu saru minn xi persuni. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-FIAU hija konxja mill-fatti riferiti fil-Mistoqsija Parlamentari u qed tieħu l-passi neċessarji pertinenti mal-leġislazzjoni.

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

kiri ta' uffiċini li jinsabu fl-ajruport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hux se tikri uffiċini ġewwa l-bini magħruf bħala Sky Park li jinsab fl-ajruport tal-Gudja mingħand l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jekk fl-affirmattiv, jista' jgħid kemm se tkun tiswa l-ispiża annwali u totali għal din il-kera u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

San Ġwann — Triq San Ġwann tal-Għargħar - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Minsitru jara jistgħux jittieħdu passi biex il-parti ta’ fuq ta' Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann li tagħti għal Calamatta Gardens tiġi kkonnetjata mad-drenaġġ billi dawn għadhom bis-sistema tal-fossa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi għalkemm saret proposta biex isir dan ix-xogħol meta kienet qed issir it-triq, ix-xogħol involut huwa proġett kbir li jirrikjedi “regrading” tal-main tad-drenaġġ fit-tul u installazjoni fejn ma hemmx main. Għalhekk, kien ġie deċiż li dan ix-xogħol ma jsirx għalissa. Il-kunsill Lokali talab li x-xogħol fuq din it-triq jitlesta fi żmien qasir, u għaldaqstant tali xogħol ma setgħax isir fl-immedjat.