Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sedqa — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Aġenzija Sedqa matul is-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali għandha kuntratt għal servizz ta’ avukati (li kien ingħata b’tender) mal-kumpanija Ganado Sammut and Associates. L-aġenzija Sedqa li tagħmel parti mill-Fondazzjoni taqa’ taħt l-istess kuntratt li għandha l-Fondazzjoni u fis-sena 2010 ħallset total ta’ €13,609.02 għal dan is-servizz.

Uffiċjal għar-Ristabbiliment tal-Persuni b'Diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħidma tal-uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità skont il-Kap 210 f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Aġenzija Appoġġ — programmi individwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kull każ tal-familja li għandha l-Aġenzija Appoġġ għandux programm individwali? Jekk iva, meta dan il-programm individwali, li huwa tant importanti għall-familja, qed jiġi rivedut permezz ta' case review? Kopja ta' dan ir-rapport individwali qed jingħata lill-ġenituri jew lill-carers li qed jieħdu ħsieb il-famlija? Min hu responsabbli li dawn il-programmi individwali qed jiġu segwiti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kull individwu u/jew familja li jkunu qed jirċievu servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandu program t`azzjoni individwali. F`każijiet fejn il-familja kollha tkun qed tiġi segwita u provduta bis-servizz, dan il-pjan ikun jinkludi kemm azzjonijiet għall-interess tal-membri kollha tal-familja u/jew saħansitra pjan individwali skont il-bżonnijiet ta’ kull membru tal-familja. Dan il-pjan meta jkun possibbli jsir mal-familja u/jew individwu konċernat. Il-pjan ta’ xogħol (care/action plan) li jrid isir mal-klijenti jiġi l-ewwel diskuss mal-klijent stess waqt l-ewwel laqgħat li jsiru magħhom, waqt li l-ħaddiem soċjali jkun qed jassessja s-sitwazzjoni tagħhom. Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn professjonisti oħra li jkunu involuti mal-familja jiġu kkonsultati bil-kunsens tal-individwi sabiex jgħinu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Fejn hu possibli l-familja u/jew l-individwu jkunu ikkonsultati matul il-proċess kollu u saħansitra inkoraġġuti biex huma ukoll jagħmlu l-parti tagħhom sabiex dan il-pjan jirnexxi u għalhekk id-diffikultajiet li huma stess ikunu preżentaw jitjiebu fl-aħjar interess tagħhom u tal-familja tagħhom. Għalkemm m'hemmx żmien speċifiku kull meta jiġi rivedut dan il-pjan, kull meta jinħass il-bżonn flimkien mal-familja u/jew individwu tiġi evalwata s-sitwazzjoni fl-interess ta’ kull min hu involut. L-individwi u l-familja kontinwament jiġu mħeġġa biex huma jagħmlu l-parti tagħhom u dan il-pjan jiġi revedut magħhom. L-andament tal-każ jiġi diskuss mas-supervisor waqt supervision, kif ukoll b’mod informali jekk ikun il-bżonn (eżempju meta tinqala' kriżi). L-andament tal-każ, osservazzjonijiet min-naħa tal-ħaddiem soċjali u xi bidla ta’ pjan jiġu diskussi ġeneralment b’mod informali mal-klijent. Fil-każijiet ta' minuri li huma 'looked after' , il-pjanijiet għall-minuri jitfasslu b'mod formali waqt case review, li ssir kull 6 xhur. F'dawn ir- reviews jiġu evalwati l-pjanijiet li jkunu saru u mfassla pjanijiet għas-6 xhur ta’ wara. Fil-frattemp jekk ikun hemm bżonn li jinbidel il-pjan li jkun ġie mfassal tista tiġi msejjħa Case Conference . Huma l-individwu u /jew familji konċernati flimkien mal-professjonisti li huma responsabbli sabiex dan il-pjan jiġi mwettaq.

Akkomodazzjoni Alternattiva — sistema ta' punti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25952, tista' l-Ministru tgħid kemm kellhom punti kull wieħed mit-98 persuna jew familja sabiex finalment ġew mogħtija akkomodazzjoni alternattiva s-sena l-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-punti tal-applikanti li bbenefikaw minn akkomodazzjoni alternattiva matul is-sena 2010 kienu jvarjaw minn 0 sa 277 punt. Il-punti huma indikattivi u mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet ta’ l-individwu. Per eżempju ma jingħata l-ebda punt lill-persuna li tkun ġejja minn xi istituzzjonijiet, jew tkun homeless però dawn jingħataw prijorità fuq applikanti oħrajn. Każijiet oħra meta l-punti mhumiex indikattivi huma meta l-applikanti jkunu diġà jgħixu ġo post tal-gvern u minħabba problema ta’ mobilità jew ċokon jew kobor tal-akkomodazzjoni jkollhom bżonn jiġu ri-allokati. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-punti ta’ 98 persuna.

Qasam tal-manifattura — tnaqqis tal-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ imprendituri fil-qasam tal-manifattura li naqqsu l-impjegati tagħhom matul l-2008, 2009 u 2010, sena b’sena b’mod separat? Tista' tgħid minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu l-impjiegi involuti settur b’settur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ — każijiet t'Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-każijiet t'Għawdxin li ġew referuti lill-Aġenzija Appoġġ f'din l-aħħar sena kull xahar separatament u għal liema tip ta' servizz ġew riferuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ — perpetrators' programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li rrikorrew għall-Aġenzija Appoġġ għal għajnuna jew trattament tal-perpetrators' programme fis-sezzjoni tal-vjolenza domestika f'din l-aħħar sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2010 kien hemm 59 klijent referut għall-Perpetrator’s Service

numru ta' studenti li qed jattendu l-kindergarden

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li preżentament qed jattendu l-kindergarten fl-iskejjel tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali raħal b'raħal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li talbu biex jitilqu mill-iskola

Question

Tista' l-Minsitru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm subien/bniet iżgħar minn 16-il sena li din is-sena talbu li jitilqu mill-iskola u li ġejjin mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali raħal b'raħal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm studenta waħda mis-7 distrett u student wieħed mill-11-il distrett li kienu taħt is-16-il sena li ngħataw permess biex jitilqu mill-iskola minħabba raġunijiet umanitarji. Ma kien hemm ebda student/a mit-12-il distrett.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Valuri tat-tenders

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Tista' f'kull każ tgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST ħareġ tender għal servizzi klerikali fl-2011. It-tender ingħata lil kumpanija JF Security and Consulting Services Ltd għall-valur ta’ €7.96, VAT inkluża, għal kull siegħa ta’ kull servizz klerikali provdut.

Allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid: a) fl-aħħar tliet snin, kemm kien hemm allegazzjonijiet ta' abbużi mid-drittijiet tal-ħaddiema li ġew rapportati lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali; b) kemm-il rapport ġie investigat; ċ) kemm ittieħdu azzjonijiet; u d) kemm fadal rapporti pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Home study reports — adozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar tliet xhur kemm ġew konklużi home study reports rigward talbiet għall-adozzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dawn l-aħħar 3 xhur kien hemm 9 Home Study reports li ġew konklużi mill-Aġenzija Appoġġ.

adoption unit — deċiżjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew intavolati appelli minn deċiżjonijiet tal-Adoption Unit lill-Bord tal-Appell minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi, kull sena separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn meta dahhlet fis-seħħ il-Liġi ġie ntavolat Appell wieħed biss minn deċiżjoni tal-Adoption Board, liema Appell ġie ntavolat f'Jannar tas-sena kurrenti. L-imsemmi Appell għadu ma nqatax peress li għad hemm xhieda li jridu jinstemgħu quddiem l- Appeals Board . Għal dan l-iskop l- Appeals Board ilu jiltaqa' regolarment minn Frar tas-sena kurrenti u hemm diversi seduti diġa' ffissatti bil-għan illi l- Appeals Board jisma' dawn ix-xhieda u jsirilhom l-kontro eżamijiet meħtieġa, jekk ikun il-każ, skont il-Liġi, b'hekk jiġi deċiż l-Appell. Ta' min jirrileva illi in vista tal-fatt illi dan huwa każ pjuttost sensittiv kien hemm bżonn illi l- Appeals Board jestendi t-terminu ai termini tal-Artiklu 17 (5) tal-Kap. 495 tal-Liġijiet ta' Malta, pero' għad fadal biss ftit xhieda u mistenni li l- Appeals Board jasal għal konklużjoni imminentement.

Skejjel tal-Gvern — Grounds - parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk hemmx grounds fl-iskejjel tal-gvern li f'xi ħin, waqt jew wara l-ħin tal-iskola jintużaw għal skop ta' parking? Tista' tagħti tagħrif dwar liema huma dawn l-iskejjel? Kemm ilhom jintużaw għal dan l-iskop dawn il-grounds?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - faċilitajiet ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet mistennija li jkun hemm fl-2012 u fl-2013 rispettivament għall-użu mill-iskejjel tal-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex biex isiru sessjonijiet prattiċi u jingħataw lezzjonijiet prattiċi kif jitlob is-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika taċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) fl-oqsma segwenti: 1. Badminton 2. Basketball 3. Football/Netball 4. Hockey 5. Team Handball 6. Volleyball 7. Athletics Running Sprinting (100m) Middle distance (800m) Jumping High Jump Long Jump Throwing Shot put Discus 8. Swimming 9. Gymnastics and Dance Activities Artistic Gymnastics floorwork Vaulting Educational Dance Tista’ l-Ministru tgħid x’apparat hemm f’kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola l-ġdida ser ikollha trekk tal-atletika ta’ 200m u post fejn jagħmlu l- long jump . Il-high jump trid issir fil-gym li hemm fil-viċinanzi tal-iskola (Gozo Complex). Throwing events jistgħu jsiru fl-ispazji bejn it-trekk u l-lasti. F’nofs it-trekk tal-atletika ser ikun hemm spazju b’art sintetika li jista’ jintuża għall-futbol, hockey u handball. Ser ikun hemm kort tal-basketball u ieħor tal-volleyball. Il-badminton, in-netball, il-ġinnastika u d-danza jistgħu jsiru fil-gym li hemm fil-viċin (Gozo Complex).

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Family Friendly measures

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport — ħidma fil-kamp tad-diżabilità - Fondi u Riżorsi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26040, tista' l-Ministru tagħti aktar tagħrif u dettalji dwar dak li ingħad fit-tweġiba u kemm kien hemm fondi u riżorsi involuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar 5 snin, għaqdiet sportivi li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilita rċievew total ta’ €34,483.98 f’assistenza mingħand il-KMS. Għal din is-sena, sa Mejju 2011, l-assistenza totali allokata għal dawn l-għaqdiet hija ta’ €22,288.60. Minbarra assistenza finanzjarja, il-KMS joffri assistenza varja oħra li tinkludi, imma mhux biss limitata, għal allokazzjoni ta’ proviżjoni ta’ uffiċini għal użu mil-lat amministrattiv waqt li mill-lat tekniku qed jiġu provduti coaches kwalifikati sabiex jieħdu ħsieb u jmexxu s-sessjonijiet sportivi għal persuni b’diżabiltà kif ukoll użu ta’ numru ta’ faċilitajiet sportivi b’sussidju ta’ mija fil-mija. Fil-qasam tad-Deaf Sports, il-KMS investa f’ coach kwalifikat li b’dedikazzjoni kbira iħarreġ lil dawn l-atleti fil-logħba tal- football . Din l-assistenza tingħata għal siegħa u nofs fil-ġimgħa u ilha tingħata sa mill-2009. Filwaqt li l- Wheelchair Dance Sport ibbenefika minn servizz ta’ coach kwalifikat għal waqt attivita’ internazzjonali. Id- Deaf Sports , l- Occupational Therapy tal-Isptar Monte Carmeli, l-i Special Olympics , il- Wheelchair Dance Sport u l-Inspire ibbenefikaw minn sussidju ta’ mija fil-mija fuq użu ta’ faċilitajiet sportivi. Filwaqt li l-i Special Olympics ibbenefikaw ukoll minn sussidju ta’ mija fil-mija fi spazju ta’ ufficini fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq.

Kulleġġ Santa Theresa Primarja ta' Birikirkara — każ ta' bullying

Question

B'referenza għall-każ ta' bullying li għaddej fil-Kulleġġ ta' Santa Theresa Primarja ta' Birkirkara, li d-dettalji tal-vittma qed jintbagħtu separatament, peress li dan it-tifel għadu jissubixxi bullying minn tfal li huma magħrufa, tista' l-Ministru tgħid x'se jsir biex dan l-abbuż minn dawn it-tfal jieqaf u jekk hemm bżonn tara li l-każ anke jiġi rappurtat lill-pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’rabta ma’ dan il-każ, fejn hu rapportat li l-aggressjoni fiżika mhux qed tkun ġejja min-naħa waħda biss, inġiebet fl-iskola l-anti-bullying teacher li għamlet sessjoni mat-tfal involuti. Minbarra dan, l-iskola ħadet diversi passi: (1) saret Case Conference dwar dan it-tifel; (2) saret applikazzjoni għall-i Statementing Board biex it-tifel konċernat jingħata LSA full-time; (3) saret referral għall-i School Psychological Services .

Università — requirements

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar diskussjonijiet li qed isiru fi ħdan id-Divizjoni tal-Edukazzjoni fuq abbozz li jixħet dawl fuq tibdiliet li jistgħu jsiru fir-requirments għad-dħul fl-Università, jiġifieri jekk hux veru li l-istudenti fis-sixth forms jistgħu jintalbu ħames intermediates fil-first year u żewġ A levels fis-second year?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-diskussjonijiet fil-Working Group imwaqqaf biex jagħti pariri dwar riforma fil-MATSEC għadu kemm temm ir-rapport tiegħu. Hemm diversi tibdiliet li qed jiġu rakkommandati. Dawn se jkunu ippubblikati għal konsultazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

FSWS — Nuqqas ta' supplies

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-(FSWS) Foundation for Social Welfare Services mhux qed jiġu supplied bi stationery, detergents, diżinfettant u kafe? Tista' tara li dawn is-supplies jingħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-interess tal-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li jkollha l-provisti neċessarji sabiex is-servizzi fi ħdanha jkomplu joperaw mingħajr xkiel. Minkejja l-fatt li l-persuna li kienet taħdem fuq bażi full time u li parti mix-xogħol tagħha kien iffukat fuq it-tqassim tal-provvisti rtira u l-proċess ta’ reklutaġġ għadu għaddej, ix-xogħol ta’ din il-persuna qed isir minn ħaddiema oħra fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni. Bħalissa ġiet addottata sistema temporanja fejn ix-xogħol qed jitqasssam kull nhar ta’ Ġimgħa u l-persuni responsabbli li jagħmlu l-ordnijiet ġew avzati b’din is-sistema temporanja. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ impjegat full-time wara li nħolqot vakanza tax-xogħol meta persuna, li parti mix-xogħol tagħha kien it-tqassim tal-provvisti, rtirat. Għal żmien temporanju ġiet addottata sistema fejn ix-xogħol li kienet tagħmel din il-persuna qed jitqassam kull nhar ta’ Ġimgħa u l-persuni responsabbli li qed jagħmlu l-ordnijiet kienu nfurmati li din is-sistema hi waħda temporanja.