Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9575 Sitting 217 2019-04-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Belt Valletta – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess jista’ jagħti: a. l-isem tal-istabbiliment; b. it-triq li jinsab fih; u c. l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li fil-Belt Valletta hawn 44 stabbiliment li għandhom il-permess li jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fit-toroq li ġejjin: Triq Numru ta’ stabbilimenti Bieb il-Belt 3 Misraħ Mattie Preti 1 Telgħet Liesse 1 Triq id-Dejqa 4 Triq il-Lanċa 1 Triq il-Mediterran 2 Triq il-Merkanti 4 Triq ir-Repubblika / Misraħ ir-Repubblika 5 Triq it-Teatru l-Antik 3 Triq it-Teżor 1 Triq l-Arċisqof 4 Triq l-Ordinanza 1 Triq Marsamxett 2 Triq San Ġwann / Misraħ San Ġwann 5 Triq San Pawl 1 Triq Santa Luċija 4 Triq Sant’Orsola 2
Leg 13 PQ #9633 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9311, 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għalfejn l-istess Ministru ilu fil-fatt kważi ħames snin biex jirrispondi din il-mistoqsija li fil-fatt saret għall-ewwel darba fit-12-il Leġiżlatura fit-2 ta' Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9779 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Balluta — studji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8955, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru mis-sena 2013 sas-sena 2019 dwar il-Bajja tal-Balluta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji: · Balluta Bay beach replenishment · Marine benthic survey · Balluta Bay beach re-nourishment – Pilot experimental project · Proposed beach replenishment project – Balluta Bay · Beach profiles, sections and bathymetric soundings
Leg 13 PQ #9560 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binjiet li joperaw minnhom il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu huma fil-parti l-kbira tagħhom diġa’ aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Il-Malta Film Commission kif ukoll Dar il-Mediterran għal Konferenzi għaddejjin bi proġetti infrastrutturali fejn il-faċilitajiet tagħhom se jsiru aktar aċċessibbli. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha uffiċċju tal-informazzjoni (TIO) ġewwa l-Imdina li jinsab ġo torri antik u qed jiġi studjat kif din l-aċċessibilità tista’ ssir possibbli.
Leg 13 PQ #9768 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu

Question

In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 9516 li fiha l-Ministru żvela li l-Membru Parlamentari li ismu qed jingħata separatament għandu kuntratt ta’ servizzi legali mal-Malta Film Commission kif ukoll mal-Malta Film Fund, jista’ l-Ministru: (i) jgħid meta ġew iffirmati dawn il-kuntratti u meta jintemm it-terminu tagħhom; (ii) jgħid kemm huwa l-ħlas li se jitħallas il-Membru Parlamentari in kwistjon bħala remunerazzjoni skont dan il-kuntratt? (iii) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn iż-żewġ kuntratti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li ż-żewġ kuntratti ta’ servizzi legali ġew iffirmati f’Awwissu 2017 u huma validi għal sentejn. Il-kuntratt mal-Malta Film Commission huwa ta’ €200 fix-xahar, filwaqt li dak mal-Malta Film Fund huwa ta’ €400 fix-xahar.
Leg 13 PQ #9750 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – AGM – accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-accounts li nqraw fl-Annual General Meeting tal-Airmalta reċentement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Financial Statemen se jkunu ppubblikati fil-ġranet li ġejjin skont ir-regolamenti tal-MFSA.
Leg 13 PQ #9682 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x'tip ta' xogħol ser ikun qed isir fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9681.
Leg 13 PQ #9683 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bejgħ tal-lukanda Selmun Palace

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar il-bejgħ ta' dik li qabel kienet Lukanda Selmun Palace?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isiru numru ta’ film productions internazzjonali biswit dan is-sit. Fil-futur dan is-sit se jiġi użat għal skopijiet turistiċi.
Leg 13 PQ #9684 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra bis-serjetà li l-Palazz ta' Selmun jerġa' jgħaddi lura għand il-poplu Malti b'possibbiltà li jiġi amalgamat mal-kumpless ta’ rziezet li hemm biswit l-istess Palazz, liema rziezet kienu ngħataw b'devoluzzjoni mill-Gvern fl-2012 lill-Kunsill Lokali Mellieħa? Dan sabiex jiżdied il-valur turistiku fiż-żona bla ma ssir ħsara lill-ambjent tal-madwar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9683.
Leg 13 PQ #9680 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira – studji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi għadhom għaddejjin.
Leg 13 PQ #9681 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel iridu jsiru l-istudji meħtieġa.
Leg 13 PQ #9712 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9513 u ċjoè:B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista’ l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f’dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f’dak il-każ lil min akkumpanja? Jista’ jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9326 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Laqgħat ma' kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-data u l-post u skop u ma' min kellu, hu jew xi uffiċjali f'xi entità li jaqgħu taħtu, laqgħat ma' rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi sussidjarja tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija numru PR182523 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta’ Novembru 2018. Saru wkoll diskussjonijiet mal-Malta MedAir u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru in vista tal-pjanijiet li jerġa’ jibda jaħdem is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex.
Leg 13 PQ #9440 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazzo Spinola — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li Palazzo Spinola jintuża għal skopijiet turistiċi jew mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġejjieni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalissa ma hemmx dawn il-pjanijiet.
Leg 13 PQ #9460 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9285 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.
Leg 13 PQ #9516 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-Membru Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Film Commission u l-Malta Film Fund għandhom kuntratt ta’ servizzi legali mal-Membru Parlamentari msemmi.
Leg 13 PQ #9263 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal- Green Public Procurement; · introduzzjoni tal- Online Government li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · il-flessibilita’ mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Leg 13 PQ #9381 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9214 u 9096 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103.
Leg 13 PQ #9438 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jgħinu l-proġetti l-ġodda turistiċi f’pajjiżna sabiex tiżdied il-kwalità tat-turisti li jiġu Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirringrazzja lill-Onorevoli Interpellant ghal mistoqsija tieghu nixtieq insemmi ftit mill-progetti li l-Ministeru tieghi qed jahdem fuqhom sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti u li indirettament huma ntizi li jtejbu l-kwalita’ ta’ turisti li jigu Malta u sabiex dejjem itejbu l-istagjonalita’. Nibda biex insemmi x-xoghol siewi tal-GHRC fil-belt Valletta, fejn qed inkomplu naraw investiment ta’ miljuni ta’ Euro fin-naha t-isfel – f’restawr ta’ binjiet storici u anke residenzjali – progett li ser jara ir-rigenerazzjoni ta’ Marsamxett. Ma nistax ma nsemmiex Gnien Lapparelli li ghadu kemm gie inawgurat u li qed ikompli jzid il-valur tal-progett tad-dahla tal-Belt li gie inawgurat m’ilux. Pero’ l-interventi tal-GHRC ma jifqux fil-Belt u qed ikomplu bi progetti ta’ rigenerazzjoni ta’ zoni li ilhom ma jaraw interventi ghal snin twal – bhax-Xatt tas-Sliema u Msida. Dawn il-progetti ser ikomplu fejn qed jimplimenta l-Ministeru f’Marsaxlokk. Agenzija ohra li qed tahdem fuq skala ta’ progetti kbar hija Projects Malta/Projects Plus, li qed tahdem fuq il-link bejn il-Port ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir u b’mod l-aktar importanti fuq progett iehor ta’ rigenerazzjoni gewwa Birzebbugia. Bi pjacir insemmi wkoll il-Fondazzjoni ghaz-Zoni Turistici li qed tiehu bixra gdida u sehem gdid fil-manutenzjoni taz-Zoni Turistici. B’danakollu mhux qed nifqu hawn ghax l-FTZD qed tiehu sehem ukoll fl-implimentazzjoni ta’ progetti zghar li qeghdin ukoll itejbu l-prodott u anke progetti kbar u qed jinkludu progett estensiv ta’ upgrading ta’ zoni gewwa Paceville, San Giljan fejn insibu anke l-involviment ta’ kumpaniji rinomati internazjonalment. Dawn il-progetti jafu jiswew madwar 10 miljun Ewro u qeghdin isiru b’kollaborazzjoni shiha mal-industrija taht id-direzzjoni diretta tal-Ministeru tat-Turizmu. Ma nistax ma nsemmiex ukoll ix-xoghol tal-MTA li tibqa’ involuta fi progetti relatati mal-bahar, mal-bajjiet tar-ramel u mal-industrija tal-ghadds u xoghol relatat ma’ restawr ta’ siti storici b’kollaborazzjoni ma’ NGOs lokali. F’dan il-kuntest tal-MTA, insemmi wkoll in-numru record ta’ applikazzjonijiet ghal akkommodazzjoni li qed nipprocessaw li qed jiddiversifikaw il-lokalitajiet u anke t-tip differenti ta’ prodott ta’ akkommodazzjoni. Insemmi x-xoghol li qed isir fil-gzira t’Ghawdex li wkoll qed naraw kif intejbu l-accessibilita’ b’metodi godda bhal helicopter link sabiex dejjem inkunu nistghu ntjebu l-kwalita’ fit-turizmu. Din m’hiex lista ezawrjenti tal-progetti kollha li qed nahdmu fuqhom, imma taghti stampa tax-xoghol kbir li qed isir f’dan il-qasam wahdani tat-turizmu, minghajr ma nsemmi dak ix-xoghol kollu li jsir u li jikkumplimenta dawn il-progett.
Leg 13 PQ #9439 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija Għat-Turiżmu – arretrati minn Lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi f’Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Tas-Sliema u San Ġiljan li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li hemm ħames (5) lukandi li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Tlieta minn dawn il-lukandi mhumiex joperaw.