Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta qed tibgħat “multi amministrattivi” li jittrattaw nuqqasijiet ta’ sentejn ilu (2023)? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex jintbagħtu dawn il-multi wara li ngħatat l-impressjoni li kienu twaqqfu sa ma tiġi stabbilita regolamentazzjoni aħjar speċjalment fejn jidħol waqfien ta’ vetturi Y-plates, minibuses u coaches matul il-ġurnata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità qegħda topera skont id-dispożizzjonijiet ta’ S.L. 499.68 u ma għandhiex l-awtorità li tikkanċella multi amministrattivi kif indikat.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Kavalli - Ipparkjar ta’ vetturi kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif vetturi kummerċjali, li jieħdu żewġ kaxxi bojod ta’ spazju ta’ parkeġġ, qed jitħallew jipparkjaw fi Triq il-Kavalli, San Pawl il-Baħar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tinsab l’ebda dispożizzjoni espliċita li tipprojbixxi parkeġġ f’kaxxa bajda jekk vettura ma tidħolx kompletament fiha. Madankollu, hemm Regolamenti li jinkludu dispożizzjonijiet ċari kontra parkeġġ barra minn spazji awtorizzati meta niġu għal trailers u vetturi kummerċjali tqal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kaxxi tal-parkeġġ riżervati għall-blue badge holders li ma jibqgħux meħtieġa għax il-persuni li jkunu eliġibbli għalihom ikunu mietu jew ma jibqgħux jeħtiġuhom, jitneħħewx kull meta ssir reviżjoni ta’ dawn il-parkeġġi riżervati fit-toroq Maltin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta l-kaxxi tal-parkeġġi riservati għall-persuni li jkollhom blue badge ma jibqgħux meħtieġa, pereżempju meta l-benefiċjarju jitlef id-dritt jew imut, dawn jitneħħew.
Madankollu, f’każijiet fejn il-Kunsill Lokali jinfurmana li hemm persuni oħra fil-viċin li għandhom il-
blue badge
u jistgħu jibbenefikaw minn dak il-parkeġġ, il-kaxxa tinbidel għal waħda komuni, sabiex tkun tista’ tintuża minn kwalunkwe persuna li għandha l-
blue badge
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kampanja għar-rappurtar ta’ vetturi li jkunu jdaħħnu għadhiex attiva? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrappurtati vetturi u kemm minnhom ittellgħu għat-test fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ttiħditilhom il-liċenzja tas-sewqan għax qabżu l-limitu tal-punti, telgħu mill-ġdid għat-test tal-liċenzja fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona magħrufa bħala t-Trunċiera, fil-Mellieħa, hux ser tiġi mnaddfa kompletament mill-bastimenti kollha? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega għaliex u jikkonferma jekk kienx hemm ftehim mal-proprjetarji tad-dgħajjes? F’każ li din iż-żona tiġi mnaddfa mid-dgħajjes, jista’ jikkonferma wkoll jekk hux ser tingħata lura lil sidien oħra ta’ dgħajjes li qatt ma kellhom post hemm qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu ikkunsidrati postijiet bħal dawn fejn l-Awtorita’ tista tagħmel infurzar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li ssir crashbarrier jew xi tip ta’ protezzjoni oħra fil-bidu ta’ Triq Santa Marija, Marsalforn, Għawdex, hekk kif tkun dieħel min-naħa ta’ Triq il-Forn, peress li mhux l-ewwel darba li karozzi baqgħu telgħin fuq il-bankina, b’periklu kbir jekk xi ħadd jinzerta għaddej minn fuq il-bankina?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi eżatt il-lokazzjoni li qed jirreferi għaliha peress li l-Awtorita’ qatt ma kellha talbiet mill-Kunsill Lokali rispettiv jew rapport f’dan ir-rigward.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Vjaġġi uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid:
(a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom?
(b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ?
(ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu?
(d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjat minn familjari tiegħi waqt vjaġġi uffiċċjali.
B'referenza għar-riforma fit-trasport, jista' l-Ministru jgħid x’qiegħed jiġi propost dwar il-parkeġġ? F’każ li xi ħadd ikollu tliet karozzi liċenzjati u jitħallew it-tlieta fit-triq mingħajr ma jiċċaqalqu għal tul ta' żmien, jista’ jgħid x'ser jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull persuna li tkun fil-pussess ta’ vettura li hija liċenzjata u assigurata tista’ tħalli l-istess vettura f’parkeġġ pubbliku (ġewwa kaxxa bajda) mingħajr limitu ta’ żmien, u għaldaqstant, bħalissa m’hemm l-ebda intenzjoni li jsir tibdil f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26453, 26630, 26856 u 27073 u jinforma lill-Parlament jekk id-90 pontoon disponibbli għall-bastimenti tas-sajd ġewx użati fil-Port tal-Imġarr?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-4 pontoons (mhux 90) li hemm fil-Port tal-Imġarr taħt il-management ta’ Transport Malta, inbnew minn Infrastructure Malta u tlestew fl-Jannar 2022. Dawn il-pontoons, flimkien mal-irmiġġi li hemm max-xatt, jammontaw għal total ta’ 333 irmiġġ. Dawn huma maqsuma kif ġej:
· MFA – 51
· MFB – 48
· MFC – 152
· S – 69
· VLT – 13.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26452, 26629, 26855 u 27074 u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26454, 26631, 26857 u 27075 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26455, 26632, 26858 u 27076 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?
Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kunsill Lokali tan-Naxxar – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tan-Naxxar applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kunsill Lokali ta’ Pembroke – Applikazzjoni għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke applikax għal fondi mill-€10 miljun li kienu tħabbru fis-26 ta’ April 2024 bħala skema bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal xogħlijiet fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.