B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2908, jista' l-Ministru jelenka jekk fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa (in-naħa tal-Freeport) hux se jsiru zebra crossings, traffic islands fil-junction ma’ Triq il-Girgħien u traffic calming measures u fiex se jkunu jikkonsistu u jekk hux se tiġi ameljorata r-rainwater management?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nagħmel referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2908, fejn infurmajna li f’din it-triq se jsiru żewġ zebra crossing fuq proposta tal-Kunsill Lokali u li ġiet approvata minn Transport Malta. Xogħlijiet relatati mal-ġbir tal-ilma tax-xita ser ikunu qed isiru fi Triq il-Port Ħieles fiż-żona fejn qed isiru xogħlijiet bħalissa sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar. Dawn ix-xogħlijiet huma parti minn proġett ħolistiku tal-ġbir tal-ilma tax-xita li jinġabar fiż-żona tal-Papa. Dawn ix-xogħlijiet li ser jiġu implementati huma proposti mill-iStormwater Management Unit.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru inċidenti tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3898 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti update fuq il-mistoqsija parlamentari 23751 li ġiet mistoqsija fil-legiżlatura li għaddiet u jgħid jekk huwiex possibbli li ssir zebra crossing biswit ix-showroom tal-Harley-Davidson fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard fejn it-triq tranġat minħabba l-proġett tas-Central Link?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2869 u jgħid kemm kien hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2015 u kemm kien in-numru ta' dawn id-dgħajjes irreġistrati f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena minn dakinhar sal-lum? Jista’ wkoll jgħid fil-preżent kemm hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3678 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3805 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
San Ġiljan – Paceville Avenue – xogħlijiet ta’ upgrade
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ upgrade ta’ Paceville Avenue? Jista’ jgħid jekk din it-triq hux ser tkun pedestrian jew le?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tintervjeni fuq din it-triq fix-xhur li ġejjin, proġett li jara titjib fis-servizzi kif ukoll fl-infrastruttura tat-triq. Infrastructure Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ entitajiet oħra tal-Gvern dwar xogħol addizzjonali li jista’ jiġi inkorporat f’dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min juża l-e-scooter fit-toroq huwiex obbligat li jilbes crash helmet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ helmets mhux obbligatorju għal min ikun qed isuq e-scooter, però bħal fil-każ ta’ sewqan tar-roti, l-użu ta’ helmets huwa dejjem irrakkomandat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali
Question
B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien kif ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari sussegwenti, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu l-pjani u d-disinji relattivi u jekk ġewx konsultati l-awtoritajiet relattivi u l-istess kunsill lokali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi ż-żona hija waħda arkeoloġikament sensittiva, apparti diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali qed issir ukoll konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Tħejjew pjanti preliminari iżda hemm xi dettalji li għadhom qed jiġu kunsidrati. Inġabret ukoll l-informazzjoni dwar sistemi ta’ servizzi pubbliċi waqt li għaddej eżerċizzju biex jiġu identifikat strutturi taħt l-art, fejn diġà nstabu xelters li hemm fl-inħawi.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 400 u 1918 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala parti minn kampanji t’għarfien indirizzati lill-pubbliku inġenerali, fil-perjodu indikat ingħataw żewġ direct orders mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija msemmija għall-ammont sħiħ ta’ €2,833.06.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mutur (motor cycles) għandha l-Awtorità għat-Trasport f'Malta? Jista' jgħid f'liema sezzjoni, fergħa jew dipartiment fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta huma assenjati għall-użu l-imsemmija muturi? Jista' l-Ministru jgħid bħala medja kemm huwa n-numru ta' muturi tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta li jintużaw ta' kuljum biex isir infurzar tal-liġi u kontroll tat-traffiku fit-toroq f'Malta u f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta għandha 10 muturi li 9 minnhom huma assenjati ġewwa Malta filwaqt li wieħed huwa assenjat ġewwa Għawdex.
Dawn il-Muturi li joperaw taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, 7 muturi Malta u ieħor Għawdex ikunu kuljum assenjati jagħmlu xogħol ta’ infurzar, kontroll ta’ traffiku, jintervjenu biex jimmarkaw kollużjonjiet sabiex il-vetturi involuti jitneħħew mill-aktar fis possibbli mill-karreġġjati u ma jibqgħux t’ostakolu għat-traffiku, kif ukoll jassistu f’emerġenzi li jkunu jirrekjedu skorta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3114, jista' l-Ministru jispjega kif skont id-dokumenti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jidher li x-xogħol ta' Key Expert - Electrical Engineer, ġie sub-contracted minn kumpanija (A) li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kumpanija oħra (B) li d-dettalji dwarha qed jingħataw ukoll separatament, meta skont il-clarifications li ntalbu fl-istadju tal-evalwazzjoni tat-tender, kumpanija (A) kienu kkonfermaw li l-ebda parti tat-tender mhu se tiġi sub-contracted, kif jikkonferma d-dokument li qed jingħata separatament ma' din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tweġiba li diġà ngħatat ma tissemma l-ebda kumpanija oħra apparti ta’ min rebaħ il-kuntratt. Huwa l-individwu li jiġi nominat bħala key expert skont kif jintalab fid-dokument tat-tender u dan ma jissejjaħx subcontractor imma jissejjaħ Key Expert. Il-kunċett ta’ subcontractor mhux validu fil-każ ta’ key experts li jkunu qed jintrabtu individwalment.
Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – Sinjali tat-Traffiku
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 3139 dwar sinjali tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb din il-mistoqsija u jara li jerġgħu jsiru s-sinjali mal-art, inkluż stop signs u marki sofor, peress li wara li fl-aħħar sar it-tarmak mill-ġdid fit-triq, dawn is-sinjali baqgħu ma sarux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2053 u jelenka l-istakeholders u/jew NGOs li ġew ikkonsultati għall-pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta' 76 paġna? Dawn kienu jinkludu xi wħud mill-istakeholders preżenti li qed jokkupaw il-port?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2054 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. Kemm hawn vetturi bil-“Y” plate reġistrati Malta?
2. Kemm hemm ħsieb li se jibqgħu jiġu rreġistrati?
3. Kemm kienu reġistrati fl-aħħar ħames snin, sena sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn 4,710 Y plate reġistrati u liċenzjati. Is-suq huwa liberu u miftuħ allura ma nkunux nafu kemm se nirċievu reġistrazzjonijiet. Fl-aħħar ħames snin ġew reġistrati hekk kif imsemmi hawn isfel:
2022 (sal-aħħar ta’ Settembru) - 732
2021 - 341
2020 - 433
2019 - 851
2018 - 640
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu x-xufiera tal-Malta Public Transport? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li hemm rati differenti bejn ħaddiema ta’ nazzjonalità Maltija u ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li dan l-aħħar inġibu ħaddiema mir-Renju Unit li qegħdin jitħallsu b'rati ferm ogħla minn dawk Maltin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata u għaldaqstant hija responsabbli għall-operat tas-servizz inkluz l-ingaġġar tax-xufiera.