Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – membru miġjub Malta – ħlas ta’ VAT fuq invoice

Question

In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 7090, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx VAT fuq din il-fattura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li Il-VAT dovuta ser titħallas f'Malta fid-denunzja tal-VAT tal-Awtorità għall-perjodu relattiv. Dan minħabba l-fatt li l-kirja ta’ ajruplan hija meqjusa bħala servizz ta’ trasport. Il-post tal-provvista ta’ servizz huwa rregolat mir-regoli tal-post ta’ tgawdija. Dawn ir-regoli jistabbilixxu li servizz jiġi ntaxxat fil-post fejn is-servizz huwa meqjus li jseħħ. Ir-regola ġenerali hija li l-post tal-provvista ta’ servizz lil persuna taxxabbli (provvista B2B) huwa l-post fejn il-klijent huwa stabbilit.

In-Naxxar — Triq Baħar iċ-Ċagħaq - Xogħol ta' Kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6260 u 6110 u peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar — Triq San Ġwann L-Evanġelista (Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6261 u 6111 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Marsalforn u r-Rabat Għawdex – frekwenza tal-karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiżdied il-frekwenza tal-bus bejn Marsalforn u r-Rabat Għawdex kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf u dan peress li l-popolazzjoni ta' Marsalforn qed kulma jmur tiżdied u ħafna drabi qed tħalli n-nies l-art? Jista' jgħid hux possibbli li f'ċertu ħinijiet l-istess bus fuq ir-rotta ta' Marsalforn tibqa' dieħla sax-Xwejni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward iż-żieda fil-frekwenza fuq ir-rotta 310, li isservi bejn ir-Rabat, Għawdex u Marsalforn, ittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni. Madankollu ninsab infurmat li mhux possibli li din ir-rotta tiġi estiża għax-Xwejni minħabba diffikulta’ ta’ manuvrabilita’ tal-karozzi tal-linja fl-akwata.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Trasport pubbliku b’xejn

Question

Peress li l-Prim Ministru ħabbar li fi żmien 15-il sena, it-trasport pubbliku madwar Malta u Għawdex se jkun b’xejn, jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru biex Trasport Malta waslet għas-sena 2033? X’inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din is-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diskors li għamel l-Onorevoli Prim Ministru fit-30 ta’ Settembru 2018 huwa speċifika li hija il-viżjoni ta' dan il-Gvern li s-servizz tat-trasport pubbliku jingħata b’xejn lil kulhadd fis-snin li ġejjin. Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li diġà bdejna inwettqu din il-viżjoni meta s-sena li għaddiet tajna dan is-servizz b’xejn lil kull min għalaq tmintax (18)-il sena u din is-sena komplejna nespandu din l-iskema għal dawk il-persuni kollha li għandhom bejn is-sittax (16) u l-għoxrin (20) sena. Nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li Transport Malta sejra ħa tkun qed tkompli taħdem fuq pjan fit-tul sabiex din il-viżjoni tiġi mwettqa.

Għawdex – Għarb – applikazzjoni fuq art pubblika

Question

B’referenza għall-PA/02557/17 fl-Għarb Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex din l-art pubblika tingħata lill-kunsill lokali jew xi terzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-PA/02557/17, iva, saret talba mal-Awtorità tal-Artijiet mill-Kunsill Lokali tal-Għarb Għawdex, fejn l-applikant ingħata parir li japplika għal clearance in principle għall-iżvilupp propost.

In-Naxxar – Triq is-Sgħajtar – xogħol ta’ resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6146, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar – Triq Korfù – xogħol ta’ resurfacing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6147, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Għawdex – toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Għawdex, li qegħdin fil-pjani ta’ Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?

Response (BORG, IAN)

Nitolbu lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijijiet parlamentari 4264 f’Seduta 92 u 5010 f’Seduta 101 rispettivament.

In-Naxxar — Triq Ġdida fi Triq Tan-Najder - Xogħol ta' Kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6257 u 6107, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar — Triq Birguma (L-Aħħar Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 u 6108, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar — Triq San Ġwann L-Evanġelista (Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6259 u 6109 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Użu ta’ drones

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri hawn fis-seħħ biex jiġi kkontrollat l-użu tad-drones? Jaħseb li hawn miżuri biżżejjed? Jekk le għandu l-ħsieb li jkun hemm regolamenti dwar l-użu ta' drones li dejjem qed jiżdied?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazju tal-ajru ta’ Malta u Għawdex huwa klassifikat bħala spazju tal-ajru kkontrollat u għalhekk kull tip ta’ aircrafts inklużi drones iridu japplikaw għal permess. Is-sit eletroniku ta’ Transport Malta toffri informazzjoni dwar il-permessi meħtiega għall-użu ta’ drones. Infatti qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola ta’ dikjarazzjoni għal użu sikur ta’ drones maħruġa minn Transport Malta. Fiha ssib informazzjoni rigward il-permessi meħtieġa kif ukoll il-parametri ta’ żoni restritti. Inħarġu diversi permessi għall-operaturi ta’ drones wara li ddikjaraw li d-drone ser jiġi użat fil-parametri restritti. Fix-xhur li ġejjin huwa antiċipat li l-European Aviation Safety Agency – EASA - se tippubblika r-regolamenti tad-drones meħtieġa li jiġu applikabbli għall-Ewropa kollha.

Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-bord miġjub Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar kienx fil-limitu tal-poteri tiegħu biex jordna li membru tal-Bord tal-Awtorità tinġieb Malta għall-vot dwar l-applikazzjoni PA/03807/17 magħruf bħala ‘City Centre’? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-limitu finanzjarju li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità jista’ jonfoq bla ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ic-Chairman Eżekuttiv ta l-Awtorita’ tal-Ippjanar kien fil-limiti tal-poteri tiegħu. Il-limitu finanzjarju huwa ta €10,000. Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma. Jiena la kont infurmat w anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – deċiżjoni biex membru tal-istess awtorità jinġieb Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ttieħdet deċiżjoni biex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar jinġieb minn barra għall-vot permezz ta’ ajruplan privat bħalma ttieħdet fil-każ tal-applikazzjoni numru PA/03807/17?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-deċizjoni ttieħdet darba. Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma. Jiena la kont infurmat w anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġàesprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – membru miġjub Malta — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti tal-kont imħallas sabiex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar tinġieb minn barra għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala ‘City Centre’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda kopja tal-irċevuta mitluba (according to the VAT act when a supplier provides the authority with a tax invoice there is no need for the supplier to issue an official receipt). Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma. Jiena la kont infurmat w anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – membru miġjub Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ordni għal titjira permezz ta’ ajruplan privat sabiex tinġieb minn barra membru tal-Awtorità għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala ‘City Centre’, saritx permezz ta’ talba għal kwotazzjonijiet jew permezz ta’ direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li proċess sar b’talba ta’ direct order. Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma. Jiena la kont infurmat w anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġàesprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.

Awtorità tal-Artijiet – ftehim fuq art ta’ lukanda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ftehim milħuq mill-Awtorità tal-Artijiet dwar ksur fil-kundizzjonijiet ta’ art tal-poplu mogħtija lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal skopijiet turistiċi iżda li se tintuża bħala uffiċċini? Jista’ jgħid x’inhi ċ-ċifra li kienet tħallset biex jinfeda ċ-ċens? Jista’ jgħid x’inhi ċ-ċifra addizzjonali li se titħallas mil-lukanda biex tagħmel tajjeb għal ksur tal-kuntratt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jinsab skorrett meta jinsinwa illi art tal-poplu ġiet mgħotija lill-propretarji tal-lukanda illi d-dettalji dwarha qed jingħataw separatement. B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 5289 illi diġa’ saret f’dan ir-rigward, nerġa’ ntenni illi l-propjeta’ ġiet mibjugħa lil terzi permezz ta’ tlett atti pubbliċi separati fis-snin 1991, 1996 u 2000 rispettivament, kollha taħt amministrazzjonijiet gvernati mill-Partit Nazzjonalista. Għaldaqsant, ma tħallas l-ebda ċens/kerha fuq l-art u għalhekk, m'hemm l-ebda każ għal reviżjoni. Nserraħ moħħ l-Interpellant illi m’hemm l-ebda ksur ta’ kuntratti u li d-diskussjonijiet dwar emendi potenzjali tal-kuntratti tal-bejgħ, għadhom għaddejjin.