Legislature:
Category:
Reset
Active:

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4852, jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-servizz ġie estiż biss għal dawk li għandhom 22 u 23 sena? Meta se jkompli r-rollout għal dawk ta' 24 sena u akbar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rollout ser ikompli fiż-żmien li ġej.

Infermiera – perjodu ta’ maternity leave

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-average tal-perjodu tal-leave matern tal-infermiera f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-average tal-perjodu tal-leave matern tal-infermiera li kienu tqal kien ta’ 18-il ġimgħa kull waħda.

Infermiera li rriżenjaw

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier irriżenja f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 450.

Dipartiment tas-Saħħa – Mediċina Pirfenidone

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hawn persuni li jagħmlu użu mill-mediċina Pirfenidone (Tablets) IP 400mg u jekk din il-medicina tingħatax b'xejn mill-Gvern? F'każ li tingħata, lil kemm nies tingħata u għal liema kondizzjonijiet? F'każ li ma tingħatax, x'inhi r-raġuni li ma tingħatax u jistax jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tibda tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mediċina msemmija minnu mhix fuq il-formolarju tal-Gvern.

Kumitat Parlamentari għad-Dijabete

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4541, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dan ifissirx li l-Gvern biddel il-ħsieb fuq il-bżonn ta' sottokumitat għad-dijabete? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-Leġiżlatura preċedenti kien hemm sottokumitat iżda issa l-Gvern qed jirrifjuta li jwaqqaf is-sottokumitat tad-dijabete f'din il-Leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4541.

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. l-ewwel rollout meta se jsir; b. liema etajiet se jkunu f'dan l-ewwel rollout; u ċ. il-pazjenti se jingħataw Constant Glucose Monitor biss jew se jkun hemm is-servizz ta' Remote Patient Monitoring ukoll?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi madwar xahar ilu sar pass ieħor mir-rollout tal-Continuouos Glucose Monitors. It-talba tat-tobba kliniċi hi illi għal pazjenti 'l fuq minn 21 sena, il-parti tas-servizz li jinvolvi r-Remote Patient Monitoring tkun reservata għal dawk li ssir talba għalih mit-tobba kuranti stess.

Servizz ta’ tabib fil-bereġ u polikliniċi tal-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ġranet u l-ħinijiet u fejn jingħata s-servizz ta' Tabib (General Practitioner) fil-bereġ u l-polikliniċi tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskeda tas-servizzi kollha offruti mill-Primary HealthCare tinsab fil-Quality Charter tal-Primary Health, li jiġi aġġornat regolarment u jista’ jiġi aċċessat minn kulħadd mill-homepage tal-Primary HealthCare. Kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid – Paola Hub

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3485 dwar il-Paola Hub, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra x’servizzi mediċi se jiġu offruti fl-imsemmi hub tul is-sajf li ġej, kif ukoll x’arranġamenti se jittieħdu in vista tat-traffiku li se jkun hemm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4806.

Ittra ta’ individwu

Question

B’referenza għall-ittra li l-individwu, lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bagħat lill-Ministru għas-Saħħa nhar is-26 ta’ Mejju 2021 u li kopja tagħha qed tingħata separatament ukoll, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u jekk hemmx il-ħsieb li titwieġeb din l-ittra u jekk hemmx il-ħsieb li jittieħed is-suġġeriment tal-individwu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ittra li qed jirreferi għaliha hu, kienet oriġinarjament intbagħtet mill-istess individwu lil Lawrence Gonzi meta kien Prim Ministru hu. Ninfurmah ukoll illi issa l-prassi li qed jissuġġerixxi l-individwu fl-ittra msemmija ilha fis-seħħ għal diversi xhur.

Sptar Mater Dei – listi ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma twal f'termini ta' ġimgħat/xhur il-listi ta' stennija għal dawn is-servizzi fl-Isptar Mater Dei mniżżla hawn taħt: a. MRI; b. CT scan; c. Operazzjonijiet tal-irkoppa; d. Ophtalmic (l-ewwel vista); e. Operazzjonijiet għall-katarretti; f. ENT (l-ewwel vista); u g. GU Clinic? Jista’ jgħid ukoll hemmx xi listi ta' stennija oħra f'dipartimenti oħrajn li jaqbżu t-tliet xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ għalhekk kull każ huwa vverifikat u dawk li huma urġenti jsiru f’qasir żmien. Pereżempju pazjenti li jkollhom bżonn urġenti tas-servizz tal-GU clinic jingħataw appuntament dakinhar stess jew l-għada. Għal każijiet inqas urġenti l-appuntament jista' jkun aktar fit-tul.

Sptar Sir Anthony Mamo Oncology Centre – listi ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma twal f'termini ta' xhur il-lista ta' stennija għall-ewwel vista fl-Isptar Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta' stennija għall-ewwel vista fl-Oncology Out Patients hija ta’ madwar 18-il jum. Madanakollu kull każ jiġi vetted mill-ispeċjalisti relevanti u f’każ ta’ urġenza l-pazjent jingħata appuntament minnufih.

Kliniċi tal-Komunità – listi ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed ikun hemm stennija bejn appuntament u follow-up ma' psikjatri fil-kliniċi tal-komunità? Jista’ jgħid jekk hux qed jinżamm xi tip ta’ rekord ta' dan id-dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li follow-up fil-kliniċi msemmija minnha jsiru skont il-qagħda klinika u l-ħtieġa tal-pazjent. Dan jiġi determinat mit-tim multidixxiplinarju li jkun qed isegwi lill-pazjent.

Lista ta’ Mediċini tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti li jkollhom xi bidla fil-lista tal-mediċini tal-Kartuna s-Safra qed ikollhom imorru jagħmlu t-tibdil fl-uffiċċju tax-Schedule V fil-kumpless ta' San Luqa? Jista’ jikkonferma li sa ftit ilu l-ispiżjar tal-POYC kien jiffaċilita din il-bidla imma l-ispiżjara rċevew istruzzjonijiet biex ma jkomplux jagħmlu dan? F'każ li vera kien hemm din il-bidla, jista' l-Ministru jiċċara x'kien il-ħsieb wara din il-bidla?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe bidla fit-trattament/mediċina huwa dejjem għad-diskrezzjoni tal-Konsulent li jieħu ħsieb il-pazjent. Tibdil fil-mediċina jista' jsir direttament mill-konsulent lill-POYC, sussegwentement ipproċessata mit-tim ta’ Schedule V jew permezz tas-sistema ta’ intitolament online tal-POYC imsejħa CARE, fejn l-applikazzjoni tiġi riċevuta direttament minn POYC u pproċessata u viżibbli għall-ispiżerija fuq is-sistema WPDS immedjatament wara l-ipproċessar.

Residenza San Vinċenz de Paule — applikanti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid Kemm hemm applikanti li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista' jgħid kemm hemm applikanti li qed jistennew biex jidħlu f'dar tal-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid x'inhuma d-dati tal-applikanti li ilhom l-iktar jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz jew fi djar tal-anzjani fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mediċini out of stock

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-mediċini li kienu out of stock jew li għadhom out of stock mill-isptar bejn id-19 ta' Diċembru 2022 sal-4 ta' Jannar 2023 u li minħabba f'hekk bosta pazjenti spiċċaw jixtru dawn il-mediċini mill-ispiżeriji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li globalment teżisti skarsezza sinifikanti ta’ mediċini l-aktar imħabba problemi ta’ manifattura u ta’ loġistika, lokalment is-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) u l-Medicines Authority qegħdin ikunu proattivi sabiex l-effetti tal-iskarsezza inkwestjoni tkun minimizzata. Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-web page bl-informazzjoni relevanti.

Sptar Mater Dei – injection Kenalog

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-injection Kenalog għadhiex out of stock mill-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni li marru jieħdu din l-injection mill-isptar u spiċċaw intbagħtu biex jixtruha huma minn post ieħor allokat lilhom mill-konsulenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina Triamcinolone (fil-Mistoqsija riferuta bħala Kenalog injection) hija disponibbli għall-użu fl-Isptar Mater Dei.

Mediċina Golexin Implan 3.6 mg

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn pazjenti f’Malta u f’Għawdex li għandhom bżonn il-mediċina Golexin Implant 3.6 mg? Minħabba li din il-mediċina hija out of stock u hawn nuqqas ta’ supply, jista' jgħid jekk hux il-pazjenti kollha qed jingħataw din il-mediċina? Jekk le, jista' jgħid kemm-il pazjent qed jiġi affettwat? Jista’ jgħid ukoll kemm jista’ jkun in-numru ta’ pazjenti li mhux se jkunu moqdija sakemm tiġi riżolta din il-problema? Jista’ jiggarantixxi li jekk in-numru ta’ pazjenti li għandhom bżonn din il-mediċina jiżdied, dawn il-pazjenti se jkunu moqdija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Golexin Implant 3.6 mg mhux out of stock.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3341, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-istess statistika għas-sena 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

IVI Drip Sets out of stock

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma kemm ilhom out of stock l-IVI Drip Sets mill-Isptarijiet tagħna, x'inhi r-raġuni għal dan u meta huwa maħsub li dawn jerġgħu jkunu disponibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-IVI Drip Sets mhumiex out of stock.